Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22460 u jgħid kemm hemm entitajiet relatati mal-benesseri soċjali appuntati mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll kemm-il ħaddiem hemm fi ħdan dawn l-entitajiet, maqsuma entità b'entità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, hemm 3 entitajiet li jaħdmu fuq benesseri soċjali, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Entità
Numru ta’ ħaddiema fi ħdan l-Entità
Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)
1,004
Awtorità ta’ Standards għal Kura Soċjali (SCSA)
36 impjegat
Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal (CFC)
7 impjegati
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24325 u jgħid jekk armla tiritx iż-żieda fir-rata tal-pensjoni tar-raġel skont il-miżuri tal-pre-1962 anomaly? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm romol li huma intitolati għal din il-miżura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’mod ġenerali, romol li l-konjuġi tagħhom kellhom dħul pensjonabbli li jeċċedi d-Dħul Pensjonabbli Massimu kif qed ikun rivedut kull sena għal dawk li twieldu qabel l-1962, tista’ tikkwalifika għal żieda addizzjonali fil-pensjoni.
Fil-fatt, in-numru ta’ romol li gawdew mill-miżura msemmija matul is-sena 2024 kien ta’ 3,816.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li daħħalna miżura oħra li tikkonċerna l-anomalija ta’ qabel l-1962 illi biha iggarantejna liż-żieda bażika li jingħataw il-pensjonanti kull sena ma tibqax biss il-COLA kif kienet għal dawk imwielda qabel l-1962, iżda tkun ibbażata fuq il-mekkaniżmu tas-70/30 li kien fil-liġi biss għall-pensjnanti li twieldu wara. Minn din il-miżura qed jibbenefikaw il-pensjonanti kollha.
Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant lir-romol jistgħu jikkwalifikaw għal żieda addizzjonali oħra bis-saħħa ta’ miżura oħra li biha gradwalment se jkunu qed jirtu l-pensjoni sħiħa tal-konjuġi minflok il-5/6 kif kien jiġri qabel.
Din il-miżura issa daħlet fir-raba’ sena u fi żmien sentejn oħra, ir-romol kollha ikunu qed jirtu l-pensjoni sħiħa tal-konjuġi tagħhom meta jmut.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24645 u jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li ġew medikament boarded out sena b’sena mill-2020 'l hawn? Jista’ jgħid kemm minn dawk li ġew boarded out ma baqgħux?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li ġew medikament boarded out, sena b’sena mill-2020 'l hawn, kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
2020
2021
2022
2023
2024
Numru
191
299
263
219
126
F’dawn l-aħħar erba’ snin, kien hemm 340 persuna li ma baqgħux boarded out.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22682 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4245, 5978, 18943 u 21816 u jgħid kemm-il persuna bbenefikat u rċeviet pakkett ta’ ikel ipprovdut mill-Gvern mill-Fond Konsolidat matul is-sena 2022? Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk li jikkwalifikaw għal dan l-ikel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li matul l-2022, 37,645 ibbenefikaw mill-ikel provdut mill-Fond Konsolidat tal-Gvern, fuq zewġ (2) distribuzzjonijiet li saru F’Mejju u Setttembru/Ottubru 2022.
Il-persuni eleġibbli f’dawn iż-żewġ distribuzzjonijiet, kkwalifikaw hekk kif kienu jissodisfaw waħda jew aktar minn dawn l-kriterji:
· Persuni li jirċievu benefiċċju mhux kontributorju (Għajnuna ghall-Qgħad, Benefiċċju Speċjali għall-Qgħad, Assistenzi Soċjali, u Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ);
· Persuni eliġibbli għal pensjoni mhux kontributorja l-Pensjoni tal-Eta’ li jikkwalifikaw mit-Test tal-Mezzi u bi status ta’ persuni waħedhom;
· Persuni li jirċievu Benefiċċju ta’ Enerġija li jikkwalifikaw mit-Test tal-Mezzi;
· Persuni li jirċievu pensjoni tad-diżabilit (Assistenza tad-Dizabilita, Assistenza għal Dizabilita Severa, Assistenza Miżjuda għal Dizabilità Severa, Assistenza għall-Persuni b’Vista batuta) u mhux f’impjieg.
Persuni li huma residenti f’xi istituzzjoni pubblika bħall-sptarijiet, jew djar tal-anzjani ma humiex eleġibbli.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema tal-Kuntrattur Ħaddiema tal-Kuntrattur
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9098, 18947 u 21819 u jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħu hemm 83 ħaddiema tal-kuntrattur. Dawn huma ingaġġati f’xogħlijiet ta’ tindif, sigurtà u klerikali.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – spiża tat-telephone b’linja fissa u mobile
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10328, 18949 u 21820 u jgħid kemm kienet l-ispiża, sena b’sena, mill-2012 sal-2022 tat-telephone b’linja fissa u mobile fid-dekasteru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni u kemm ħadu kull wieħed fi flus, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari (mingħajr ma jissemmew l-ismijiet), u x’raġunijet ingħataw dawk li ma bbenefikawx mill-benefiċċju ġdid li beda minn Awwissu 2024 għall-persuni bil-Fibromyalgia u l-Myalgic Encephalomyelitis (M.E)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor, Interpellant, li permezz ta’ miżura tal-Budget għas-sena 2024, ġie emendat l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), prinċiparjament l-Artikolu 106 (g) li permezz tiegħu ġie kompost bord interprofessjonali sabiex jevalwa l-applikazzjonijiet kollha għall-Assistenza għal Diżabilità u l-Assistenza għal Diżabilità Severa.
Tali bidla ma saritx biss għall-persuni bil-Fibromyalgia u l-Myalgic Encephalomyelitis (M.E) iżda saret sabiex persuni bi problemi ta’ funzjonalità, li mhux neċessarjament għandhom diżabiltà imsemmija fil-liġi, ikunu possibilment mgħejjuna aħjar.
Il-bord inter-professjonali jevalwa tali applikazzjonijiet bbażat fuq il-mudell tal-World Health Organisation International Classification of Functioning, Disability, and Health (ICF). Mill-persentaġġ tal-istess ICF based evaluation, il-persuna tiġi mgħarrfa jekk tikkwalifikax għall-Assistenza għal Diżabilità Severa jew Assitenza għal Diżabilità, jew jekk għandhiex tinħareġ ċaħda. Mill-istess emendi fid-disposizzjonijiet tal-Artikolu 106 (g) tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), f’każ ta’ ċaħda, l-persuna jkollha d-dritt li tappella.
Fir-rigward tal-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant, ninforma li minn meta ġiet introdotta r-riforma, jiġifieri mit-2 ta’ Settembru 2024, b’kollox ġew sottomessi 1,254 -il applikazzjoni li jinkludu iżda mhux biss applikanti bil-kundizzjoni ta’ Fibromylagia jew Myalgic Encephalmyelitis (M.E.). Mill-1,254 applikazzjoni, 676 minnhom ġew ipproċeessati sa issa.
Tajjeb jingħad, li qabel mal-każ jgħaddi għall-iskrutinju tal-bord inter-professjonali, isir ivvettjar amministrattiv mid-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza. Għaldaqstant 458-il applikazzjoni ġew miċħuda minħabba li ma’ ssodisfawx il-parametri amministrattivi u ġew iggwidati biex japplikaw kif suppost. Mill-218-il applikazzjoni li dehru quddiem il-bord inter-professjonali sa issa, ġew approvati 97 każ u 121 oħra kienu miċħuda minħabba li l-livell ta’ non-funzjonalità skont l-ICF irriżulta baxx..
Is-97 każ li ġew approvati, sal-ġurnata li fiha qed titwieġeb din l-interpellanza tħallsu total ta’ €354,212 bħala Assistenza għal Diżabilità Severa u €157,222 bħala Assistenza għal Diżabilità.
L-ammonti kkwotati jirriflettu l-każijiet li għaddew mill-iskrutinju tal-bord inter-professjonali minn meta bdew jidħlu l-applikazzjonijiet fit-2 ta Settembru 2024 u għalhekk wara li daħlet fis-seħħ ir-riforma.
Tajjeb jinghad illi fejn kien hemm applikazzjonijiet b kundizzjonijiet/diżabilitajiet ġodda u mhux diżabilitajiet li kien ilhom espressi fil-liġi, l-pagament dovut tħallas mill-1 ta Jannar 2024 sabiex jirrifletti dak li intqal fil-miżura tal-baġit, hekk kif miżura tal-baġit dejjem tiġi kkunsidrata li ddaħlet fis-seħħ mill-bidu tas-sena.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Credit/Debit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 24473.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsuma bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance f'kull raħal f’Għawdex? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsuma bejn nisa u rġiel, li joqogħdu f'kull raħal f’Għawdex iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ġenituri single, huma skont t-tabella hawn taħt:
RAĦAL
NISA - ĠENITURI SINGLE
IRĠIEL - ĠENITURI SINGLE
FONTANA
16
0
GĦAJNSIELEM
66
3
GĦARB
29
1
GĦASRI
8
0
KERCEM
29
0
MUNXAR
38
2
NADUR
94
3
QALA
48
1
SAN LAWRENZ
10
0
SANNAT
61
0
VICTORIA
154
3
XAGĦRA
93
3
XEWKIJA
65
3
ZEBBUG (GOZO)
51
2
TOTAL
762
21
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux informazzjoni fuq jekk hemmx ġenituri single li ma jirċevux children’s allowance għal tfal taħt l-età ta’ 16-il sena.
Kull applikant (ġenitur jew kuratur awtorizzat) li jkollu tfal taħt is-16-il sena jingħata ċ-Children Allowance għax huwa dritt tal-wild li jirċevih.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2024? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità, u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirrefer din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Credit/Debit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x'inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Kuntratt ta’ impieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-uffiċjali fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu li għandhom xi klawsola fil-kuntratt dwar termination allowance jew bonus jew penalty, fl-eventwalità li jitneħħew mill-pożizzjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-ammont għal kull wieħed u waħda minnhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-'Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis' li jispeċifika liema huma l-karigi u l-istanzi fejn l-uffiċjali jkunu intitolati għal termination benefit fl-eventwalità li jkun hemm bidla fil-Gvern jew il-Ministru.
Persuni homeless — Inizjattivi nazzjonali għat-tnaqqis tal-faqar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal qed jiżgura li l-politika soċjali li timmira għat-tnaqqis tal-faqar tiġi kkordinata mal-inizjattivi nazzjonali għall-persuni mingħajr dar? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-istrutturi ta' koordinazzjoni formali jew informali bejn il-Ministeru tiegħu u l-Ministeru responsabbli għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Istrateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u tal-Inklużjoni Soċjali (li inħarġet għal konsultazzjoni pubblika f’Ottubru li għadda), ġiet ikkordinata minnn “Kumitat ta’ Tmexxija Nazzjonali” li kkontribwixxa għat-tfassil u l-abbozzar ta’ din il-konsultazzjoni pubblika. Dan il Kumitat kien jikkonsisti ukoll minn rappreżentanti mill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli (MSAA) fost oħrajn.
Ta’ min ukoll isemmi li fl-istrateġija qed jiġi ukoll propost li jiġi stabbilit “Kumitat ta’ Livell Għoli għat-Tnaqqis tal-Faqar u għall-Inklużjoni Soċjali” biex imexxi u jimmonitorja l-progress fl-implimentazzjoni. Huwa propost li d-Direttur Ġenerali, fid-Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni, jippresiedi l-Kumitat ta’ Livell Għoli u jkollu r-rappreżentanti minn setturi oħra, b’mod partikolari mis-setturi tal-edukazzjoni, tal-impjiegi, tas-saħħa, tal-inklużività, tal-akkomodazzjoni, u tal-ġustizzja. Ir-rappreżentanza f’dan il-Grupp ta’ Livell Għoli għandha tkun fil-livell ta’ Direttur Ġenerali.
Dan kollu għandu jiżgura li l-politiki u l-miżuri jiġu allinjati mal-ħtiġijiet tas-soċjetà, inkluż dawk relatati mal-akkomodazzjoni soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x'eżempji jista' jipprovdi l-Ministeru ta' kollaborazzjonijiet ta' suċċess li jsaħħu s-sinerġiji bejn il-politiki għat-tnaqqis tal-faqar u l-politika dwar persuni mingħajr dar? Liema dgħufijiet strutturali jew operazzjonali jfixklu tali kollaborazzjonijiet, u kif qed jiġu indirizzati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għall-Politika Soċjali u D-Drittijiet tat-Tfal konsistentement jikkollabora ma’ entitajiet oħra, speċjalment dawk taħt il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli. Dan qed iseħħ sabiex jiġu implimentati diversi miżuri li jgħaqqdu l-istrateġiji soċjali u dawk tal-akkomodazzjoni affordabbli, biex jgħin lil dawk f’riskju ta’ faqar u persuni mingħajr dar. Dawn l-inizjattivi mhux biss jipprovdu akkomodazzjoni lil dawk fil-bżonn billi jindirizzaw dgħufijiet strutturali jew operazzjonali, imma jaffettwaw ukoll, id-dimensjonijiet soċjali u ekonomici li jwasslu għas-sitwazzjoni tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid x’riformi daħħal il-Ministeru mill-2021 'l hawn biex jitnaqqas il-faqar li jindirizzaw ukoll il-persuni mingħajr dar? Dawn kienu influwenzati mid-Dikjarazzjoni ta' Lisbona? Kif jallinjaw dawn ir-riformi mal-impenji tal-Unjoni Ewropea taħt id-Dikjarazzjoni ta' Lisbona, u x'evidenza tappoġġja s-suċċess tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2021 'l hawn, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, introduċa diversi riformi mmirati biex jitnaqqas il-faqar u jiġu appoġġjati persuni mingħajr dar.
Dawn ir-riformi jinkludu il-Viżjoni Soċjali Għal Malta 2035, il-Qafas ta’ Politika għat-Tfal 2024-2030, il-Pjan Soċjali għall-Familja, u l-Politika Stateġika Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali, b’dik tal-aħħar tkun kemm dik li kopriet il-perjodu 2014-2024 kif ukoll dik imġedda, li tkopri l-perjodu ta’ bejn 2025-2035.
Ir-riformi introdotti mill-Ministeru jallinjaw mal-għanijiet tad-Dikjarazzjoni ta' Lisbona, billi jiffokaw fuq it-tnaqqis tal-faqar, it-titjib tal-inklużjoni soċjali, u l-appoġġ lil dawk l-aktar żvantaġġati fis-soċjetà. L-istrateġiji mfassla jikkunsidraw il-prinċipji Ewropej ta' koeżjoni soċjali u żvilupp sostenibbli.
Preżentament, parti mill-istrateġiji msemmija jinsabu f'fażi ta' implimentazzjoni, u oħrajn jinsabu fil-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika.
Barra minn hekk, ir-Rapport ta’ Implimentazzjoni u Evalwazzjoni 2020 – 2022 fuq l-Politika Stateġika Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u tal-Inklużjoni Soċjali 2014-2024, jipprovdi evidenza ddettaljata li tappoġġja s-suċċess tat-tali strateġija.
Persuni homeless — Inizjattivi nazzjonali għat-tnaqqis tal-faqar
Question
Jista’ l-Ministru jiddeskrivi x’riformi hemm ippjanati jew hemm maħsuba li jindirizzaw it-tnaqqis fil-faqar u biex jindirizzaw il-problema ta’ persuni mingħajr dar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Istrateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u tal-Inklużjoni Soċjali (li inħarġet għal konsultazzjoni pubblika f’Ottubru li għadda), tinkludi diversi riformi u miżuri mmirati biex jindirizzaw il-faqar u l-problema ta’ persuni mingħajr dar.
B’mod partikolari din l-istrateġija tiffoka fuq li tagħti s-setgħa lill-individwi biex joħorġu miċ-ċiklu tal-faqar, billi tipprovdi għodod għal tkabbir personali u professjonali.
Se tiġi ukoll introdotta definizzjoni uffiċjali ta’ “persuni mingħajr dar” biex tkun tista’ tinġabar dejta aktar preċiża u jsiru interventi aktar effettivi. Barra minn hekk se jitkompla l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ akkomodazzjoni affordabbli kemm mis-settur pubbliku kif ukoll minn dak privat kif ukoll se jitkomplew jisaħħu l-iskemi dawk diġa eżistenti.
Apparti dan kollu se tkompli tisaħħaħ l-għajnuna li tingħata mill-Gvern permezz ta’ ftehimiet ma’ għaqdiet non governattivi li joffru servizzi għal persuni li ma jkollhomx djar.
Ser jiżdiedu ukoll s-sussidji għal persuni li jkollhom jitilqu minn djarhom minħabba vjolenza domestika.
L-istrateġija tipproponi ukoll Pjan fit-tul għall-akkomodazzjoni soċjali (2027-2037) biex jiġu żgurati aktar opportunitajiet ta’ djar għall-familji f’sitwazzjoni vulnerabbli.
B’dawn l-interventi strateġiċi, fost ħafna aktar, l-istrateġija tiffoka fuq approġġ ħolistiku u kollaborattiv biex tnaqqas il-faqar u ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali fit-tul.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri speċifiċi qed jieħu l-Ministeru biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-politika li tindirizza l-faqar mal-politika mmirata biex tindirizza l-problema ta’ persuni mingħajr dar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Istrateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u tal-Inklużjoni Soċjali (li nħareġet għal konsultazzjoni pubblika f’Ottubru li għadda), tipproponi diversi miżuri biex tintegra l-politika li tindirizza l-faqar mal-politika dwar il-persuni mingħajr dar. Dawn il-miżuri huma mfassla biex joffru soluzzjonijiet sostenibbli u effettivi għall-isfidi relatati mal-inklużjoni soċjali u l-akkomodazzjoni.
Barra minn hekk, il-Ministeru għandu wkoll ftehim ma għaqdiet non-governattivi li joffru servizzi relatati għal persuni mingħajr dar. Dawn jinkludu ftehim ma’ Fondazzjoni Suret il-Bniedem, Dar Patri Leopoldo, Dar Tereża Spinelli, Fondazzjoni Kenn u Tama, kif ukoll mal-YMCA. Minbarra dawn il-ftehimiet, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, għandu ukoll ftehim mas-Sależjani ta’ Don Bosco li joffru Out of Home Care lil klijenti rġiel ta’ bejn it-18 u l-25 sena, kif ukoll ftehim ieħor ma’ Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl li joffru programm ta’ servizz residenzjali għal dawk li jkunu għadhom kif ħargu mill-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin u li m’għandhomx fejn joqogħdu.
Jista’ l Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni/familji li:
i. qed jirċievu għajnuna biex iħallsu parti mill-kont tal-konsum tal-elettriku u tal-ilma;
ii. qed jingħataw għajnuna biex iħallsu parti mill-kirja tas servizz tad-dawl u tal-ilma; jew
iii. qed jingħataw għajnuna miż-żewġ skemi flimkien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif inhi spjegata hawn taħt:
i. In-numru ta’ familji li qed jirċievu għajnuna biex iħallsu parti mill-kont tal-konsum tal-elettriku u tal-ilma huwa dak ta’ 13,094
ii. Familji li qed jingħataw għajnuna biex iħallsu parti mill-kirja tas servizz tad-dawl u tal-ilma huwa ta’ 10,120
iii. Familji li qed jingħataw għajnuna miż-żewġ skemi flimkien huwa ta’ 10,120
Barra minn hekk 92 Organiżazzjoni Karittativa wkoll jibbenefikaw mill-Benefiċċju tal-Enerġija.