Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12563 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

ħaddiema fuq paga minima

Question

Jista' l-Ministru jagħti elenku raħal b'raħal tal-ħaddiema kollha li jinsabu fuq il-paga minima?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinġabarx.
Leg 11 PQ #12565 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

amputazzjonijiet b'kawża ta' meningite jew dijabete

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara kemm saru amputazzjonijiet fl-isptarijiet relevanti fl-aħħar sentejn sena b'sena? Kemm minnhom kienu konsegwenza ta' meningite? Kemm minnhom kienu konsegwenza ta' dijabete?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12597 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — ħaddiema li spiċċaw bla xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema f’Għawdex spiċċaw mix-xogħol xahar b'xahar minn Jannar 2008 'l hawn? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont ir-raġuni tat-terminazzjoni tal-impjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi kemm ħaddiema f’Għawdex spiċċaw mix-xogħol xahar b’xahar minn Jannar 2008 `l hawn kif ukoll ir-raġuni tat-terminazzjoni tal-impjieg. Nixtieq nigbed l-attenzioni tal-Onorevoli Interpellant li dan huma numru ta’ tmiem ta’ impjiegi full-time kif ukoll part-time u mhux numru ta’ persuni.
Leg 11 PQ #12600 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Familji — Benefiċċji tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm f’Malta u Għawdex separatament: a) Familji li jibbenefikaw mill-benefiċċju tal-enerġija? b) Min jirċievi assistenza supplimentari? ċ) Familji li jibbenefikaw miċ- children's allowance fiss u d) Familji bi dħul baxx?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li jibbenefikaw mill-Għajnuna Supplimentari u n-numru tal-familji li jibbenefikaw mill-Benefiċċju ta’ l-Enerġija u taċ-Childrens Allowance fiss u dak ta’ dħul baxx (means tested) f’Malta u Għawdex separatament huwa hekk : Malta Għawdex Total Għajnuna Supplimentari 21560 2237 23797 Benefiċċju ta’ l-Enerġija 24478 2355 26833 Childrens Allowance ( means tested ) 22006 1783 23790 Childrens Allowance flat rate 16862 1409 18272
Leg 11 PQ #12629 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dar Jean Vanier — għajnuna lill-fondazzjoni li tmexxi dawn id-djar

Question

Dan l-aħħar fiż-Żejtun infetħet dar oħra biex tilqa' fiha persuni b’diżabilità u din hija t-tielet waħda bl-isem Dar Jean Vanier wara li diġà kienu nfetħu Dar l-Arċipriet Degabriele u Dar Nazaret. Jista' l-Ministru jgħid x’ għajnuna ngħatat lill-fondazzjoni li tmexxi dawn id-djar biex setgħu jinfetħu? Jingħataw xi fondi oħra annwali biex ir-residenti ma jkunux ta’ piż totali fuq il-fondazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12634 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Servizz ta' teletext fuq TVM

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-servizz tat-teletext spiċċa minn fuq TVM? Jista' jgħid jekk hux ser jerġa' jibda? Għaliex tneħħa?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #12643 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — gamma scans

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm hemm gamma scans fl-Isptar Mater Dei? b) kemm huwa l-potenzjal li tagħmel scans kull magna f'ġimgħa? ċ) kemm saru scans kull ġimgħa fix-xahar ta' Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009? d) kemm iqum kull scan lill-Gvern b'kollox inkluż? e) kemmm jiċċarġja lill-barranin mhux intitolati għal sptar b'xejn ta' kull scan (peress li jsiru diversi scans) u jagħti lista ta' charges jew average charges? Jista' jirrispondi kull mistoqsija individwalment?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12651 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Impjiegi relatati mal-ICT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12440 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inħolqu impjiegi relatati mal-ICT matul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid x'impjiegi kienu sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li d-differenza li kien hemm fis-settur tal-Computer and Related Activities bejn Ġunju 2007 u Ġunju 2009 kienet żieda ta’ 295 persuna. Is-settur Computer and Related Activities jinkludi: Hardware Consultancy; Publishing of software; Other software consultncy & supply; Data Processing; Database activities; Maintenance and Repair of Office, accounting and computing machinery; Other computer related activies. Nixtieq niġbed l-attenzioni tal-Onorevoli Interpellant li dan huma numru ta’ nies full-time kif ukoll part-time u mhux numru ta’ impjiegi.

mediċina Effexor

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12443 u jara li l-mediċina Effexor terġa' tiġi provduta lill-pazjenti li lilhom ġiet preskritta minn konsulenti peress li dawn il-biċċa l-kbira jkunu fuq il-karta r-roża minħabba dħul baxx u dan l-antidepressant hu għoli ħafna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12506, 12077 u 11900 u jgħid x'inhi l-lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani: a) sena b'sena skond is-sena li saret l-applikazzjoni? b) dar b'dar? ċ) bħala total?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

informazzjoni dwar appuntamenti fl-Outpatients

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12444 u jgħid kemm-il persuna ngħatat appuntament l-outpatients: a) Sptar Mater Dei b) Sptar Boffa ċ) Sptar Zammit Clapp Bħala new case: f'Ġunju 2010, f'Lulju 2010, f'Awwissu 2010, f'Settembru 2010, f'Ottubru 2010, f'Novembru 2010, f'Diċembru 2010 u fis-sena 2011?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

San Vincenz de Paule u d-day centres — part-time social assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm part-time social assistants impjegati mad-djar tal-anzjani San Vincenz de Paule u fid-day centres? Kemm minnhom jaħdmu aktar minn 35 siegħa fil-ġimgħa? Kemm minn dawn tal-aħħar qegħdin regolarment jintalbu jaħdmu aktar sigħat b'sahra? Għaliex dawn ma jiġux impjegati full-time?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12684 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fondi allokati fuq bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw iċ-ċwievet lis-sidien tal-fond li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, allokat jumejn qabel l-elezzjoni tal-2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12705 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Romol — paga u pensjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12139, jista' l-Ministru jinformani bit-terms of reference tal-istudju msemmi, kif ukoll it-timeframe?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi id-Diviżjoni qed tagħmel studju fuq overhaul ġenerali tal-benefiċċji kollha u nassigurah illi s-suġġeriment tiegħu jingħata l-importanza li ħaqqu.

Għajnuna supplimentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu għajnuna supplimentari li din l-għajnuna tkun bejn: a) €1 sa €100 b) €100 sa €500 ċ) €500 sa €1000 d) €1000 sa €1500 e) €1500 sa €2500 f) 'l fuq minn €2500

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont massimu fis-sena li jista jitħallas bħala għajnuna supplimentari huwa ta’ €372.82 għal persuna miżżewġa, filwaqt illi l-inqas ammont huwa ta’ €172.12, għal persuna waħida.
Leg 11 PQ #12341 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fgura — Wesgħa l-Kunsill tal-Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa f'biċċa art li għadha mhux żviluppata u li tinsab f'Wesgħa l-Kunsill ta' l-Ewropa ġewwa l-Fgura qrib ta' supermarket minħabba li hemm problema ta' saħħa pubblika minħabba l-ammont kbir ta' ġrieden li hemm u li issa qed jiġru mal-inħawi kollha?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12350 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kampanja lokali kontra possibilità ta' mard

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex f'dawk l-inħawi ta' Malta li huma l-iktar esposti għall-possibilità ta' mard li jittieħed fil-fatt ikun hemm kampanji lokali biex jiġi evitat kull tip ta' mard?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12383 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — każ ta' inkwilin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi il-policy tal-Awtorità tad-Djar meta persuna anzjana jkollha bin wild tagħha joqgħod magħha mit-twelid fir-rigward tat-titlu tal-post tal-gvern li tagħha hi tkun inkwilina kemm-il darba l-anzjana tiġi nieqsa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy li tħaddan l-Awtorità tad-Djar fil-preżent meta l-inkwilini legali ta' post ta' Gvern jiġu nieqsa hi li l-kirja tgħaddi f'isem il-wild li jkun għex u trabba fl-imsemmi fond. Dan isir wara li jkun ssottometta d-dokumenti kollha u l-Awtorità tkun għamlet ir-riċerki tagħha. Ta' min jgħid li darba l-providementi tal-liġi tal-kera jiġu fis-seħħ, l-Awtorità taħdem fil-parametri ta' dawn il-providementi. Dan mingħajr ma jintilef il-focus soċjali pero li jiġi assigurat li jiġu mgħajjuna dawk fil-bżonn tal-għajnuna.
Leg 11 PQ #12498 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Saħħa — audits

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12249 u 11035 u jgħid l-audits ta' kemm jiswew is-servizzi li jagħti d-Dipartiment tas-Saħħa, humiex lesti? Il-Gvern se jippubblika r-riżultati tal-eżerċizzju li sar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.