Sena finanzjarja tal-Gvern 2025 - Spiża għall-kultura
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’kienet l-ispiża għall-kultura għas-sena finanzjarja tal-Gvern 2025 u kemm tiġi bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku?
Response (BONNICI, OWEN)
Risposta għall-mistoqsija dwar x’kienet l-ispiża attwali għall-kultura għas-sena finanzjarja tal-Gvern 2025 tkun tista tingħata meta tkun għalqet l-istess sena finanzjarja.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hawn kirjiet kummerċjali ‘protetti’ li ser jintlaqtu minn dak dispost fl-Art. 1531I tal-Kodiċi Ċivili u ċjoè li jintemmu fl-1 ta’ Ġunju, 2028? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-kirjiet, is-sid huwa l-Gvern ta’ Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kirjiet huwa 2750. Kull minn għandu waħda minn dawn il kirjiet għandu d-dritt illi jitlob illi jingħata konċessjoni enfitewtika ta’ 50 sena skont l-Avviz Legali 131 ta’ 2024 kif emendat bl-Avviz Legali 58 ta’ 2025.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jressaq azzjoni legali biex jirkupra d-differenza fil-valur tal-art kif indikat mill-Awditur Ġenerali fil-każ tal-Fortina? Jekk iva, f’liema stadju jinsab dan il-proċess?
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi kawżi pendenti fil-Qrati ta’ Malta jew quddiem il-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet relatati mal-art tal-Fortina, u jekk iva, x’inhu l-istatus tagħhom?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux pagamenti addizzjonali jew kontribuzzjonijiet oħra mill-Fortina wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Awditur Ġenerali, u jekk iva, x’kienu l-ammonti mħallsa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma sarux pagamenti addizzjonali jew kontribuzzjonijiet wara l-pubblikazzjoni tar-rapport ta’ l-Awditur Ġenerali.
Art mogħtija mill-gvern – Bidla fil-kundizzjonijiet tal-art – Ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-somma totali li effettivament tħallset mill-Fortina għall-bidla fil-kundizzjonijiet tal-art, u kemm hi d-differenza bejn din is-somma u l-ogħla valur li kien stmat mill-periti jew mill-Awditur Ġenerali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill Onorevoli interpellant għar-rapport ta’ l-Awditur Generali li tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra tad-Deputati fil-15 ta’ Settembru, 2025.
Jista’ l-Ministru jagħti lista bil-valuri kollha li ġew stmati għall-art tal-Fortina mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont id-data, l-entità jew perit li għamel l-istima u l-valur finali f’Euro?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għar-rapport ta’ l-Awditur Generali li tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra tad-Deputati fil-15 ta’ Settembru, 2025.
Ta’ Sannat - Triq Ta’ Xagħman u Triq Dun Lazzru Camilleri
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30456 fl-intier tagħha u jgħid għaliex ix-xogħlijiet fi Triq Ta’ Xagħman u Triq Dun Lazzru Camilleri f’Ta’ Sannat m’humiex ser jitkomplew immedjatament peress li l-livelli issa ilhom iktar minn xahrejn li ġew stabbiliti u hemm inkonvenjenti kbar għar-residenti u għall-persuni li ta’ kuljum jużaw dawn it-toroq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Sannat illi x-xogħol għandu jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30504 u jippubblika l-kuntratt ta’ konsulenza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ġie ingaġġat bħala ‘Strategic Advisor’ mal-Malta Film Commission f’nofs din is-sena, li jinkludi s-salarju inkluż il-benefiċċji kollha, it-termini tal-ingaġġ u meta jiskadi l-kuntratt tiegħu? Jista’ jippubblika wkoll ix-xogħol li dan l-individwu wettaq fil-kariga tiegħu li jiġġustifika dan l-ingaġġ?
Festivals Malta - Persuni fil-kariga ta’ "Head of Section"
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fi ħdan Festivals Malta hemm żewġ persuni fil-kariga ta’ “Head of Section” u li għandhom parentela mill-qrib? Jista’ jgħid jekk dan imurx kontra l-etika u l-protokol ta’ impjegati mal-Gvern u/jew mal-entitajiet u l-aġenziji tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tkun iktar ċara peress li fl-entita’ m’hemmx sezzjonijiet u m’hemm ħadd li għandu dan ir-rwol.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Bieb ta’ Della Grazie Battery fix-Xgħajra li huwa skedat bħala Grad 1, hux se jiġi restawrat? Jekk iva, jista’ jgħid meta ser isir dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Bħalissa d-Direttorat tar-Restawr u Preservazzjoni huwa mpenjat bil-proġetti ta' restawr taħt l-iskema tal-Kunsilli Lokali u oħrajn li diġà gew dikjarati bħalma huma l-iswar kollha tal-Kottonera inkluż il-Margerita Lines li qatt ma ġew restawrati qabel fl-istorja ta' Malta.
Konċessjoni/permess għall-imwejjed u siġġijiet barra l-istabbilimenti tax-xorb u tal-ikel
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-istabbilimenti li kellhom il-konċessjoni jew il-permess għall-imwejjed u siġġijiet barra l-istabbilimenti tax-xorb u tal-ikel għal xi perjodu jew perjodi bejn l-1 ta’ Settembru 2024 u l-31 ta’ Awwissu 2025 u jindika għal liema perjodu jew perjodi kull stabbiliment kellu konċessjoni jew permess?
San Pawl il-Baħar - Skema tal-bini fuq artijiet ta-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-artijiet tal-Gvern li jinsabu fl-iskema tal-bini fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tas-siti kkonċernati?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tippreċiża l-mistoqsija tagħha u tispeċifika għal liema art/sit jew artijiet/siti qedha tirreferi.