Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri li bbenefikaw mill-Parole f’dawn l-aħħar tliet snin u sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minn dawn il-priġunieri kisru l-kundizzjonijiet tal-ħruġ tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2017 wieħed u sebgħin (71) priġunier bbenefikaw mill-Parole. Tmienja minn dawn kisru l-kundizzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16279 u jgħid kemm kien hawn immigranti rregolari jgħixu f'Malta mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din id-domanda? Jista' l-Ministu jgħid kemm minnhom ġew irrifjutati l-ażil? Kemm minnhom ġew ripatrijati?
Pjazza ta’ Raħal Ġdid u Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – irwejjaħ insapportabbli
Question
Jista’ l-Ministru jordna li ssir investigazzjoni biex jinstab il-kaġun u tittieħed l-azzjoni neċessarja kontra l-irwejjaħ insapportabbli li ta’ kull filgħaxija qed jaħkmu l-akkwati tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u l-madwar għal dawn l-aħħar jiem bin-nies jispiċċaw bl-imkatar ma’ wiċċhom? Jistax ikun daqstant ġentili li jagħtini tweġiba anke issa waqt li s-seduti tal-Parlament jinsabu weqfin sal-11 ta’ Jannar 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn l-irwejjaħ ma kinux ġejjin mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Korp tal-Pulizija – membri li preżentament jinsabu fl-20 sena ta’ servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li preżentament jinsabu fl-20 sena ta’ servizz tagħhom fl-istess Korp?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-31 ta’ Diċembru 2020 kien hemm tmienja u sittin (68) membru fil-Korp tal-Pulizija li għalqu l-għoxrin sena ta’ servizz tagħhom fil-Korp.
Korp tal-Pulizija – membri li preżentament jinsabu fl-24 sena ta’ servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li preżentament jinsabu fl-24 sena ta’ servizz tagħhom fl-istess Korp?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-31 ta’ Diċembru 2020 kien hemm tmienja u disgħin (98) membru fil-Korp tal-Pulizija li għalaq l-erbgħa u għoxrin sena servizz fil-Korp.
Korp tal-Pulizija – membri li preżentament jinsabu fil-25 sena ta’ servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li preżentament jinsabu fil-25 sena ta’ servizz tagħhom fl-istess Korp?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-31 ta’ Diċembru 2020 kien hemm disgħa u sittin (69) membru fil-Korp tal-Pulizija li għalaq il-ħamsa u għoxrin sena servizz fil-Korp.
Spezzjonijiet fuq vapuri u terminals rigward il-Covid-19
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq il-vapuri li jaqsmu bejn Malta u Għawdex u kif ukoll it-terminals tal-Imġarr u ċ-Ċirkewwa a rigward l-osservanza tad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet kwantu l-COVID-19 u dan sa meta tiġi mwieġba din id-domanda? Jista' jispjega wkoll jekk ingħatawx sanzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn meta l-użu tal-maskri sar obbligatorju u cioe mid-18 ta’ Awwissu 2020 l’hawn, in-numru ta’ spezzjonijiet li saru mill- Uffiċjali tal-Komunita’ u mill-Pulizija, fuq il-vapuri li jaqsmu bejn il-gżejjer u fit-terminals tal-Imġarr / Ċirkewwa biex jigi kkonfermat l-osservanza tad-direttivi fl-istess Avviż, kien ta’ 591 spezzjoni u ngħataw 406 ċitazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex Għawdex igawdi wkoll mill-proġett ta' Community Policing?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kif ġie ndikat drabi oħra, l-inizjattiva tal-Community Policing se tkun introdotta gradwalment f’diversi lokalitajiet oħra f’Malta kif ukoll ġewwa Għawdex, fejn qed jipproċedi l-istudju meħtieġ biex is-sistema tiġi eventwalment introdotta fl-2021.
Ipoteka fuq proprjetà li hi reġistrata r-Reġistru tal-Artijiet
Question
Jista' l-Ministru jindika għaliex meta jkun hemm bżonn li ssir ipoteka fuq proprjetà li hi reġistrata, ir-Reġistru tal-Artijiet jesiġi illi tali ipoteka tiġi iskritta qabel fir-Reġistru Pubbliku bir-riżultat illi tali ipoteka tiġi tiswa d-doppju? Jidhirlux il-Ministru li f'tali każijiet, din il-prattika għandha tinqata' u ssir reġistrazzjoni unika fir-Reġistru tal-Artijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi ipoteki jiġu reġistrati fir-Reġistru Pubbliku peress illi dan huwa rikjest ai termini tal-Kapitolu 55.
Ir-Registru tal-Artijiet jitlob kopja tan-nota ta’ iskrizzjoni bħala dokument addizzjonali mal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-ipoteka fir-Reġistru tal-Artijiet, kif inhi l-prassi sa mill-bidu tar-reġistrazzjoni tal-ipoteki fir-Reġistru tal-Artijiet.
Meta tingħata garanzija ipotekarja, bosta drabi, barra li tingħata l-ipoteka specjali tingħata wkoll ipoteka ġenerali, liema ipoteka ġenerali tiġi reġistrata bir-Reġistru Pubbliku biss.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija tal-Onorevoli interpellant hija l-intenzjoni tal-Ministeru illi jinbeda’ process ta’ riforma fil-liġi li tirregola ir-Reġistrazzjoni tal-Artijiet sabiex din tkun waħda li tirrefletti ahjar ir-rejaltajiet ta’ llum.
Reġistratur tal-Artijiet – estensjoni tal-arei ta’ reġistrazzjoni f’Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jindika x'intenzjoni għandu r-Reġistratur tal-Artijiet fir-rigward tal-estensjoni tal-arei ta' reġistrazzjoni f'Malta u Għawdex u meta hemm ħsieb illi t-territorju nazzjonali kollu jkun reġistrabbli?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi peress illi qatt ma sar upgrading tas-sistema li tintuża fir-Reġistru tal-Artijiet biex tiġi reġistrata il-propjetà, liema sistema hija magħrufa bħala Land Registration Certification System u ġiet introdotta fl-1994, m’huwiex possibbli illi r-reġistrazzjoni tal-propjetà tiġi estiża għal Malta u Għawdex kollu stante illi qatt ma’ sar titjib fuq din is-sistema u llum hija meqjusa bħala outdated.
Għaldaqstant qegħda tiġi żviluppata sistema ġdida sabiex tgħin fir-reġistrazzjoni tal-propjeta li ha tkun magħrufa bħala Plotter.
Din is-sistema għandha tkun aċċessibbli onlajn fuq bażi ta 24/7 filwaqt illi kull reġistrazzjoni għandha tiġi sottomessa wkoll onlajn. Din is-sistema ser tkun lesta fis-sena 2022.
Malli din is-sistema ġdida tkun lesta, jibda t-trasferiment tad-data mis-sistema preżenti għas-sistema l-ġdida. Dan il-proċess għandu jsir fuq bażi ta’ kunsill u meta d-data tiġi trasferita kollha ta’ dak il-kunsill partikolari, dan il-kunsill jiġi iddikjarat bħala area ta’ reġistrazzjoni. Dan il-proċess huwa maħsub li jieħu madwar sentejn u nofs.
Proprjetà f’area ta’ reġistrazzjoni jew le – Form E — użu ta’ pjanta sottomessa mal-istess applikazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx il-possibilità illi meta tiġi sottomessa Form E sabiex jiġi determinat jekk proprjeta hijiex f'area ta' reġistrazzjoni jew le, tingħata l-possibilità liċ-ċittadin illi juża l-pjanta sottomessa mal-istess applikazzjoni sabiex issir reġistrazzjoni tal-proprjetà malli jsir il-kuntratt ta' bejgħ anke jekk il-proprjetà mhix f'żona ta' reġistrazzjoni u dana sabiex iċ-ċittadin jiffranka flus u ħela ta' ħin u l-proċess tar-reġistrazzjoni tal-artijiet jieħu spinta ferm meħtieġa?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru kawzjonijiet fir-Reġistru tal-Artijiet kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex sena b'sena mis-sena 2000 'l hawn u kif ġew determinati dawn il-kawzjonijiet u kemm hemm minnhom li għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm repeat offenders fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm hemm priġunieri jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li r-residenza tagħhom kienet ir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, l-Imġarr Malta, Baħrija u l-Imtarfa? Jista’ jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li tħabbar li tlesta f’Ta’ Kandja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lil-Onor Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq l-mejda tal-kamra.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – għodda ta’ restraints
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid kif jinżammu r-records ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn intużaw 'għodda ta restraint'?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li kważi ta’ kuljum ikun hemm madwar 50 priġunier li jittieħdu lejn il-Qorti jew sptarijiet, skont il-ħtieġa, u dawn ikunu ‘restrained’ minħabba raġunijiet ovvji ta’ sigurtà.
Ninsab infurmat ukoll li r-rekords tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jinżammu skont dak li titlob il-liġi.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Għodda ta’ restraints
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-għodda ta’ restraint li jintużaw fil-ħabs?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-għodda ta’ restraint li wieħed isib fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hija l-istess bħal dik li wieħed isib f’ħabsijiet oħra fl-Ewropa u anke bħalma jużaw forzi dixxiplinati oħra li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ persuni jew ċirkostanzi li jistgħu jkunu ta’ periklu għas-soċjetà jew għall-istess ħaddiema li jridu jżommu l-ordni.
Kull għodda ta’ restraint hi dik permessa skont il-liġi u tintuża skont l-istess liġi.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16854, jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet kinux direttament fil-Ministeru jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-figuri li tajna bi tweġiba għall-PQ16854, ninforma lill-Onorevoli interpellanta li ma kien hemm ħadd mill-Ministeru, imma kollha kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.
In vista tal-allegazzjonijiet ferm serji li qed isiru dwar it-tmexxija tal-Ħabs u t-trattament inuman u degradanti li allegatament qed jngħataw xi priġunieri, ma jidhirlux il-Ministru li għandu jaħtar inkjesta uffiċjali sabiex tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet u sserraħ lill-opinjoni pubblika illi l-ħabs ċivili f'Malta qed jitmexxa kif jixraq f'soċjetà demokratika ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar ġimgħat saru numru ta’ allegazzjonijiet li mhumiex minnhom inkluż minn deputati kollegi tiegħu fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni.
Fl-istess ħin infakkru li jeżistu istituzzjonijiet u entitajiet indipendenti li għandhom irwoli importanti biex jassiguraw li l-faċilità korrettiva titmexxa kif jixraq f’soċjetà demokratika.