Prostituzzjoni u tlajjar — Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - priġunieri
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, jew istituzzjoni korrettiva oħra, fuq prostituzzjoni u tlajjar maqsuma skont dawn l-etajiet:
a. bejn it-18-il sena u t-30 sena;
b. bejn il-31 sena u l-40 sena;
ċ. bejn il-41 sena u l-50 sena;
d. bejn il-51 sena u s-60 sena; u
e. 'il fuq minn 60 sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi mara waħda, fl-età ta’ bejn il-41 sena u l-50 sena tinsab fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fuq tlajjar.
Inkjesti Maġisterjali – talba mill-Pulizija biex jinfetħu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Inkjesta Maġisterjali ġiet mitluba mill-Pulizija biex tinfetaħ bejn is-17 ta’ Lulju, 2023 u t-28 ta’ Lulju, 2023 fuq rapport ta’ mewta misterjuża/suspettuża jew fejn il-kawża ma kenitx magħrufa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn is-17 ta’ Lulju, 2023 u t-28 ta’ Lulju, 2023 il-Pulizija talbet li ssir disa’ u tletin (39) Inkjesta Maġisterjali sussegwentement ta’ rapporti mwiet fejn il-kawża ma kinitx magħrufa u/jew ta’ mwiet misterjuzi/suspettużi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-Computer Security Incident Response Team (CSIRT)? Jista’ jgħid x’inhi l-kariga ta’ kull impjegat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi r-reklutaġġ f'dan l-uffiċċju huwa kontinwu u fi ħdan il-Computer Security Incident Response Team bl-isem ta CSIRTMalta, l-impjegati jikkonsistu minn Direttur, Manager I Security Management u kuntrattur speċjalizzat fil-forensika diġitali.
Fil-preżent ħarġu żewġ sejħiet għaż-żewġ pożizzjonijiet vakanti, apparti li ġew identifikati fondi tal-UE għal kofinanzjament biex jimtlew tliet postijiet vakanti oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b’sena, kemm ittieħdu miżuri regolatorji minħabba allegat ksur tal-Ordni dwar Miżuri għal Livell Għoli Komuni ta’ Sigurtà tan-Netwerks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni (L.S. 460.35)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi skont l-informazzjoni miġbura mill-uffiċċju CIPD, l-ammont irrappurtat fuq allegat ksur tal-Ordni dwar Miżuri għal Livell Għoli Komuni ta’ Sigurtà tan-Netwerks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni (L.S. 460.35) qiegħda tiġi prodotta fit-tabella ta’ hawn taħt.
2020
0
2021
2
2022
5
2023
3
Ir-rapporti fis-sena 2023 jistgħu jiżdiedu peress li għad hemm inċidenti li qed jiġu investigati.
Riforma dwar it-traffikar uman u l-prostituzzjoni — Sottomissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku b'rabta mar-riforma dwar it-traffikar uman u l-prostituzzjoni bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sena 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jindika kemm hemm ħaddiema jaħdmu fit-taqsima tar-riċerki tal-aġenzija Identità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fit-Taqsima tar-Riċerki hemm 41 ħaddiem li huma maqsuma hekk: 18-il impjegat li jaħdmu fil-front office fil-Belt Valletta u 23 impjegat li jaħdmu fil-back office fl-Imsida.
Għal dawn l-aħħar 10 snin, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra:
· kemm il-koppja tal-istess sess daħlet f’unjoni ċivili f’Malta;
· kemm il-koppja tal-istess sess daħlet f’unjoni ċivili barra minn Malta u rreġistrat l-istatus tagħha f’Malta;
· kemm il-koppja tal-istess sess iżżewġet barra minn Malta u rreġistrat l-istatus tagħha f’Malta;
· kemm il-koppja tal-istess sess applikat sabiex tkun ikkunsidrata għall-adozzjoni;
· kemm il-individwu bidel il-ġeneru uffiċjali tiegħu fuq iċ-ċertifikat tat-twelid?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li f’dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm 189 koppja tal-istess sess li daħlet f’unjoni ċivili u li ġew rreġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta u t’ Għawdex.
Matul l-istess perjodu kien hemm 33 koppja tal-istess sess li daħlet f’unjoni ċivili barra minn Malta u rreġistrat l-istatus tagħha fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta.
Kien hemm 97 koppja tal-istess sess li żżewġet barra minn Malta u rreġistrat l-istatus tagħha fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta.
Matul dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm ukoll 222 persuna li bidlu uffiċjalment il-ġeneru fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom, fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta u t’ Għawdex.
Infurmat ukoll li minn Settembru tal-2017, meta daħlet fis-seħħ il-liġi taż-Żwieg bejn koppji tal-istess sess ġew reġistrati 435 żwieġ fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta u t’ Għawdex.
Persuni ta’ nazzjonalità barranija reġistrati f’pajjiżna
Question
Jista’ l-Ministru jelenka n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija li hawn reġistrati f’pajjiżna? Jista’ l-Ministru jelenka kemm-il persuna hawn f’Malta maqsuma għal kull pajjiż u kemm huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet f’dawn l-aħħar tliet snin fil-lokalità ta’ Santa Venera, maqsuma sena b’sena u skont it-toroq rispettivi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li n-numru ta' kontravenzjonijiet maħruġa fil-lokalità ta’ Santa Venera fis-sena 2021 kienu 9,165, fis-sena 2022 kienu 6,633 u minn Jannar sat-30 ta’ Settembru 2023 kienu 4,530.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet f’dawn l-aħħar tliet snin fil-Belt Valletta, maqsuma sena b’sena u skont it-toroq rispettivi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li n-numru ta’ kontravenzjonijiet maħruġa fil-Belt Valletta fis-sena 2021 kienu 15,542, fis-sena 2022 kienu 14,730 u minn Jannar sat-30 ta’ Settembru 2023 kienu 7,123.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet f’dawn l-aħħar tliet snin fil-lokalità tal-Pietà, maqsuma sena b’sena u skont it-toroq rispettivi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li n-numru ta’ kontravenzjonijiet maħruġa fil-lokalità tal-Pietà fis-sena 2021 kienu 7,150, fis-sena 2022 kienu 3,929 u minn Jannar sat-30 ta’ Settembru 2023 kienu 2,372.
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni jibda s-servizz ta’ Community Policing ġewwa r-raħal taż-Żejtun?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kuntent li llum anke xi wħud mill-Oppożizzjoni konvinti mis-servizz tal-Community Policing fil-komunitajiet tagħna. Ninsab infurmat illi huwa previst li servizz ta’ Community Policing ġewwa r-raħal taż-Żejtun jibda fiż-żmien li ġej.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Ħaddiema ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Marzu 2022 sal-ġuranta li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom passaport diplomatiku u f’liema kapaċità jew abbażi ta’ liema rwol uffiċjali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bħalissa hawn 641 Passaport Diplomatiku validu fiċ-ċirkolazzjoni. Il-mistoqsija dwar il-kapaċità u l-kriterji li fuqhom jingħata dan il-passaport għandha ssir lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm-il kontravvenzjoni ħarġet il-LESA bejn Jannar 2022 u Awwissu 2023, xahar b’xahar, għal kull lokalità?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10715 u jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il Mejda tal-Kamra.