Legislature:
Category:
Reset
Active:

Blue badges irritornati lura

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17227 u tgħid x'inhi l-proċedura biex blue badge tiġi rritornata wara li l-persuna b'diżabilità tkun mietet? Tista' tgħid ukoll kemm-il blue badge ġiet irritornata lura matul is-sena 2023 minħabba li l-persuna b'diżabiltà kienet mietet fl-istess u kemm kien mistenni li jiġu rritornati lura fl-2023 minħabba li l-persuna b’diżabilità tkun mietet?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħala d-data processor tal-iskema tal-Blue Badges, qabel ma għaddiet għand Aġenzija Sapport, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD), kienet daħlet fi ftehim mad-Dipartiment tas-Saħħa biex tiġi proċessata lista ta’ nies li kellhom Blue Badge u mietu. Dan l-eżerċizzju jsir darba fix-xahar u l-lista tgħaddi għand Aġenzija Sapport. Apparti minn hekk sar ukoll ftehim ta’ tqassim ta’ data bejn l-Aġenzija Sapport u Identità Malta dan biex ikompli jgħin fil-proċess biex jiġu rritornati Blue Badges ta’ persuni li ġew nieqsa. Sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, is-CRPD għadha tibgħat ittra fuq l-indirizz irreġistrat tal-persuna li tkun inħarġitilha l-Blue Badge sabiex din tiġi rritornata. Aġenzija Sapport tinżamm aġġornata dwar dan il-proċess. Fis-sena 2023 kien mistenni li jiġu rritornati 419-il Blue Badge ta’ persuni li mietu. Sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija , ġew irritornati 188-il dokument tal-Blue Badge ta’ persuni li ġew nieqsa. Barra minn hekk, kien hemm 18-il każ fejn il-familjari għamlu rapport mal-Pulizija li ma nstabitx il-Blue Badge.

Blue Badge — Miżuri kontra abbużi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qegħdin jittieħdu biex ma jkunx hemm abbuż minn blue badges u kif qed jiġi assigurat li ma jkunx hemm użu tal-blue badge minn persuni oħra għajr dawk li fuqhom tkun inħarġet il-blue badge?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Blue Badge tista’ tintuża minn persuna li m’hijiex id-detentur tagħha, imbasta din tintuża fil-preżenza tad-detentur. Barra minn hekk, sabiex jitnaqqas l-abbuż marbut mal-użu ta’ Blue Badge minn persuni li m’humiex intitolati għaliha, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità toffri taħriġ; · lir-rekluti kollha tal-Korp tal-Pulizija, · lill-uffiċċjali li huma parti, jew sa jkunu parti, mill-Uffiċċjali tal-Komunità fi ħdan il-Korp tal-Pulizija · il-membri tal-korp li qed isegwu l-kors sabiex isiru Surġenti · il-membri tal-korp li qed isegwu l-kors sabiex isiru Spetturi · Uffiċċjali tal-Komunità fi ħdan il-LESA Jingħata wkoll taħriġ lil operaturi ta’ parkeġġi privati, kif ukoll lil membri tal-infurzar ta’ Transport Malta. Ingħata taħriġ ukoll lill-ħaddiema tal-Gozo Channel Company Limited fejn l-uffiċċjali tal-infurzar tal-Kummissjoni għamlu shadowingfiż-żona tal-imbark tal-karozzi. Il-Kummissjoni, fil-funzjoni ta’ infurzar tagħha, tadotta approċċ edukattiv. Dan billi teduka u twissi lil min ikun qiegħed juża il-Blue Badge mhux skont il-liġi, kemm waqt ir-rondi li isiru mill-uffiċjali tagħha, kif ukoll meta tikkomunika ma’ persuni li allegatament ikunu qed jabbużaw mill-Blue Badge.

Communal parking bays – Rapporti dwar abbuż

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport sar dwar abbuż minn communal parking bays jew personalised parking bays għal persuni b'diżabilità fis-sena 2023 u lil liema entità saru?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17386.

Blue Badge – Rapporti dwar abbuż

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport sar dwar abbuż minn blue badge għal persuni b'diżabilità fis-sena 2023 u lil liema entità saru?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul l-2023, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità rċeviet 170 rapport dwar abbuż minn Blue Badge.

Blue Badge – Suspett ta’ abbuż

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għandu jsir meta jkun hemm suspett li l-blue badge tkun ingħatat lil persuna li ma għandhiex bżonn il-blue badge?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi f’każ ta’ tali suspett wieħed jista’ jikkuntatja lit-Taqsima tal-Infurzar tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15427, tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17073.

Blue badges irritornati lura

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura biex blue badge tiġi rritornata wara li l-persuna b’diżabilità ma tkunx għadha eleġibbli għaliha? Tista' tgħid ukoll kemm-il blue badge ġiet irritornata lura matul is-sena 2023 għaliex il-persuna b’diżabilità ma kenitx għadha eleġibbli għaliha? Kemm-il blue badge kien mistenni li tiġi rritornata minħabba li ġie deċiż li l-persuna b’diżabilità ma kinitx għadha eleġibbli għaliha matul is-sena 2023?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Meta persuna ma tkunx għadha eliġibbli għall-Blue Badge, Aġenzija Sapport tibgħat ittra lill-persuna (jew lill-gwardjani tagħha) sabiex tinfurmaha li m’għadhiex eliġibbli għal dan id-dokument legali u sabiex tirritorna d-dokument tal-Blue Badge. Fis-sena 2023 ġew irritornati 51 dokument tal-Blue Badge għar-raġuni deskritta hawn fuq. Matul l-istess sena kienu mistennija li jiġu rritornati 142 Blue Badges minħabba li l-persuni m’għadhomx eliġibbli għaliha. Bħalissa għaddej proċess sabiex jinġabru d-dokumenti li ma ġewx ritornati.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tagħha għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Blue badges irritornati lura

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura biex blue badge tiġi rritornata wara li l-persuna b'diżabilità tkun mietet? Tista' tgħid ukoll kemm-il blue badge ġiet irritornata lura matul is-sena 2023 minħabba li l-persuna b'diżabiltà kienet mietet fl-istess u kemm kien mistenni li jiġu rritornati lura fl-2023 minħabba li l-persuna b’diżabilità tkun mietet?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Frar 2024?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16399.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Airtime u Programmi — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Tista' tindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha li għandhom CEO? Jekk iva, tista’ tgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u tgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W46. Filwaqt li ninfurmah ukoll li s-sur Oliver Scicluna u s-sur Mauro Pace Parascandolo ma jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Promozzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid • kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hi responsabbli għalih; • fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u • kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.

Persuni b'diżabilità – Day centres

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu d-day centres għal persuni b'diżabilità li kienu qegħdin joperaw sal-aħħar tas-sena 2023? Kemm kienu n-numru ta' persuni b'diżabilità li kienu jagħmlu użu minn kull wieħed minn dawn iċ-ċentri? Tista' tgħid ukoll kemm huma dawk il-persuni b'diżabilità li qegħdin fuq il-waiting list biex jidħlu f'wieħed minn dawn iċ-ċentri?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16378.

Mediċina Thalidomide – Kumpens għall-vittmi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il applikazzjoni ġiet sottomessa għall-kumpens lill-vittmi tat-Thalidomide? Kemm-il applikazzjoni ġiet approvata u kemm ser ikun il-kumpens għal kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet? Meta ser ikun qed isir il-ħlas ta' dan il-kumpens? Tista' tgħid ukoll jekk iż-żmien li fih wieħed seta' japplika għal dan il-kumpens għalaqx u jekk iva, tista' tgħid jekk hemmx ħsieb li dawn l-applikazzjonijiet jerġgħu jinfetħu?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li wara li f’Novembru 2021 il-Ministeru għall-Inklużjoni kien ħareġ sejħa pubblika għal kull min potenzjalment seta’ sofra xi diżabilità kawża tat-teħid tal-mediċina Thalidomide mill-omm, 38 persuna avviċinaw il-Ministeru bid-dettalji tagħhom. Wara li kull persuna tat il-kunsens tagħha biex il-bord mediku jkun jista’ jaċċessa r-rekords mediċi rispettivi, saru l-pre-assessments u eventwalment l-eżamijiet mediċi. Min-numru tal-applikanti, s’issa 25 persuna kienu konfermati li d-diżabilità li għandhom għandha rabta diretta mat-teħid tal-pillola Thalidomide. Il-kumpens li se jkun wieħed ex-gratia se jkun ibbażat fuq formula maqbula mill-kabinett li tieħu inkonsiderazzjoni fost l-oħrajn il-persentaġġ tad-diżabilità u l-età tal-persuna. L-ammonti relattivi ta’ kumpens bħalissa qed jinħadmu. Il-perjodu tal-applikazzjonijiet issa huwa magħluq.

Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid sal-aħħar tas-sena 2023, kemm kien hemm Ċentri ta’ Matul il-Jum, li fihom setgħu jattendu persuni b'diżabilità u tgħid liema kienu? Kemm kien hemm persuni li kienu jattendu f'kull wieħed minn dawn iċ-ċentri? Kemm kien hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija sal-aħħar tas-sena 2023? Tista’ tgħid ukoll il-persuni li qegħdin fuq il-waiting list, kemm ilhom jistennew biex jidħlu f'wieħed minn dawn id-day centres, sal-aħħar tas-sena 2023?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sal-aħħar tas-sena 2023, Aġenzija Sapport kienet qed tmexxi 11-il ċentru ta’ matul il-jum, waqt li klijenti oħra jattendu ċentri ta’ matul il-jum immexxija minn entitajiet oħra bi ftehim mal-Aġenzija (STAR u Spero), kif ġej: Ċentru Numru ta’ klijenti Paola 38 Mtarfa 68 Ħal Far 69 Fleur De Lys 56 Mtarfa Resource Centre 37 Birgu 25 Swatar 22 Isla 18 Għawdex 20 Sliema 35 Baħar iċ-Ċagħaq 25 STAR 35 SPERO 40 Total 488 Fl-istess perjodu kien hemm 161 applikant fuq il-lista ta’ stennija għal servizz ta’ matul il-jum. It-tul ta’ żmien ta’ stennija jvarja skont il-każ. Dan jiddependi minn diversi fatturi bħal l-età tal-persuna, bżonnijiet mediċi u urġenza. Il-bżonnijiet ta’ kull applikant ivarjaw bejn prijorità għolja, medja u baxxa u din tiġi evalwata minn professjonisti minn żmien għal żmien. Matul dan l-assessjar kontinwu, f’każijiet fejn ma hemmx postijiet vakanti f’ċentri addattati skont il-bżonnijiet tal-applikant, niggwidaw lill-applikant għal servizzi alternattivi, filwaqt li qed issir ħidma biex persuni b’dizabilità li jattendu ċ-ċentri jiġu di-instituzjonalizzati permezz ta’ servizzi jew opportunitajiet oħra ffukati fuq għajxien indipendenti u inklussiv fil-komunità u programmi ta’ taħriġ sabiex isibu mpjieg. Għalhekk il-lista ta’ stennija ma tirrappreżentax l-istampa ċara għax l-istess applikanti, għalkemm qegħdin fil-lista ta’ stennija għal servizz ta’ matul il-jum, jistgħu jkunu qed jibbenefikaw minn servizzi oħra.

Aġenzija Sapport — kollaborazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ kollaborazzjoni hemm bejn l-Aġenzija Sapport u l-grupp SPERO? Tista' tgħid ukoll kemm kien hemm persuni li jagħtu taħriġ u tgħid kif intgħażlu dawk li jingħataw it-taħriġ, sal-aħħar tas-sena 2023?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lil Onor. Interpellanta li Aġenzija Sapport toffri servizz lil persuni li għandhom nuqqas ta’ vista permezz ta’ servizz ta’ matul il-jum outsourced - Spero. Il-persuni li jagħmlu użu mis-servizz jiltaqgħu fil-faċilitajiet tal-kumpanija li Aġenzija Sapport għandha l-kuntratt magħha għall-provediment ta’ dan is-servizz. It-taħriġ jinkludi programmi dwar ħiliet relatati mal-ħajja indipendenti, ħiliet relatati mat-teknoloġija tal-informatika u l-użu tal-Braille, ħiliet artistiċi u wkoll programmi soċjali. Bħalissa fi ħdan il-kumpanija hemm 4 ħaddiema li jagħtu t-taħriġ u minn żmien għal żmien jiġu mistiedna professjonisti li joffru taħriġ ieħor varjat. L-għażla tal-ħaddiema ssir mill-kumpanija li għandha l-kuntratt mal-Aġenzija.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct Orders

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000, li ngħataw mill-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Jannar 2024?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15427.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Kiri ta’ bini mill-privat

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha ta’ kiri ta’ dawn il-proprjetajiet mikrija mill-Aġenzija Sapport mingħand terzi: 1. Continental Business Centre Level -1 Santa Venera 2. Continental Business Centre Level 3 Santa Venera 3. Continental Business Centre Level 0 Santa Venera 4. Cannon Road Offices Ħamrun 5. Scouts Association Santa Venera 6. Blue Haven Apartment - Community Hub Żurrieq 7. Sea Breeze - Marsascala Apartment Marsaskala 8. Tal-Virtu - Community Hub Rabat (Malta) 9. Baħar Iċ-Ċagħaq Day Centre- Casa Beata Caterina Burmarrad 10. Qrendi Pastoral Centre Qrendi 11. De Porres Pastoral & Cultural Centre Sliema Tista’ tgħid ukoll kemm hu t-terminu ta’ żmien għal kull kirja u kemm hu l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena f’kull każ?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha mikrija mill-Aġenzija Sapport. Skont il-kuntratti li kienu saru, it-terminu ta’ żmien ta’ kull kirja huma kif indikat fit-tabella t'hawn isfel: L-Isem tal-Propjeta’ Terminu ta’ żmien tal-kirja Continental Business Centre Level -1 Santa Venera 8 Snin (16.01.2017 - 15.01.2025) Continental Business Centre Level 3 Santa Venera 8 Snin (01.07.2018 - 30.06.2026) Continental Business Centre Level 0 Santa Venera 3 Snin (01.06.2022 - 31.05.2025) Cannon Road Offices Ħamrun 3 Snin (01.03.2022 - 28.02.2025) Scouts Association Santa Venera 2 Snin (01.10.2023 - 30.09.2025) Blue Haven Apartment - Community Hub Żurrieq 3 Snin (16.12.2023 - 15.12.2026) Sea Breeze - Marsascala Apartment Marsaskala N/A (Contract Ceased) Tal-Virtu - Community Hub Rabat (Malta) 5 Snin (14.03.2022 - 13.03.2027) Baħar Iċ-Ċagħaq Day Centre- Casa Beata Caterina Burmarrad 15 Snin (23.02.2018 - 22.02.2033) Qrendi Pastoral Centre Qrendi 2 Snin (17.10.2022 - 17.10.2024) De Porres Pastoral & Cultural Centre Sliema 10 Snin (23.12.2016 - 23.12.2026) Il-ħlas ta’ kera dovut fis-sena huwa dak stipulat fil-kuntratti.

Birkirkara — G5 Offices – Kuntratt ta’ kiri

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ kiri tal-G5 Offices f’Birkirkara mikri mill-Kummissjoni għall-Persuni b'Diżabilità? Tista’ tgħid ukoll kemm hu t-terminu ta’ żmien għal din il-kirja u kemm hu l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-kiri tal-G5 Offices f’Birkirkara mikri mill-Kummissjoni għall-Persuni b'Diżabilità. Dettalji jidhru fit-tabella t'hawn isfel: Data meta ġie ffirmat Terminu taż-żmien Garaxx f’livell -1 u uffiċċji f’livelli 1 u 2 ta’ G5 Offices 11 ta’ Mejju 2017 120 xahar L-Uffiċċji f’livell 3 ta’ G5 Offices 17 ta’ April 2023 56 xahar u 12-il ġurnata L-uffiċċju f’Għawdex fl-Iskola Primarja f’Ta’ Sannat 20 ta’ Settembru 2023 12-il xahar Il-ħlas ta’ kera dovut fis-sena huwa dak stipulat fil-kuntratti.