Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sewwieqa tal-roti humiex suppost jobdu r-regolamenti tat-traffiku bħal sewwieqa oħra b'mod partikolari f'każ ta' toroq one way?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li regolament 12 tal-leġislazzjoni sussidjarja 65.26 (Regolamenti dwar Ċikletti bil-Pedali u Muturi b’Qawwa Baxxa) jistipula li “Kull min isuq ċikletta bil-pedali jew li taħdem ukoll b’għajnuna ta’ mutur, fit-triq għandu josserva u joqgħod għar-regolamenti kollha tat-traffiku.”
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan u indikazzjoni ċara taż-żoni kollha individwalment li se joħroġ biex ikunu privatizzati għall-parking f'Malta u Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — Triq Jean de la Cassiere - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-aħħar parti ta' Triq Jean de la Cassiere f'San Pawl il-Baħar tingħata wiċċ biex l-aċċess li hemm nieqes ikun jista' jinfetaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — xogħol fuq triq il-Port Ruman f'San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar fiex waslu l-preparamenti ta' Transport Malta, f'dik li hi koordinazzjoni mal-entitajiet l-oħra tal-Gvern, biex jitkompla x-xogħol fuq triq il-Port Ruman f'San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Isla — Proġett ta' rijabilitazzjoni tax-Xatt mill-Maċina sal Boiler Wharf
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35768 jista' l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li jonqsu l-postijiet għall-parkeġġ minħabba dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nuqqas primarjament seħħ minħabba li twessgħet it-triq biex jingħata aċċess għall-coaches. Dan l-eżerċizzju sar minħabba li l-cruise port f’Boiler Wharf għandu bżonn ta’ aċċess għat-traffiku aħjar sabiex jaqdi s-servizzi meħtieġa u dan jista’ biss jiġi pprovdut minn Triq L-Arkati, Triq Juan B Azzopardi u Triq it-Tarzna. Dawn l-arranġamenti ġew diskussa mall-Kunsill Lokali ta’ l-Isla u ma’ l-Għaqda Barklori. Din l-Għaqda kienet oġġezzjonat li jsiru aktar spazji għall-parkeġġ man-naħa tax-Xatt, dan għaliex jekk isir dan jitnaqqas l-ispazju għad-dgħajjes tal-membri tagħhom.
Fil-preżent hemm 128 postijiet għall-parkeġġ u dawn ser jiġu mnaqqsa għal 59 post.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-car parks pubbliċi se jkunu privatizzati? Il-privatizzazzjoni tagħhom kif se ssir? Il-gvern se jistabbilixxi xi forma ta' rati li jista' jkun hemm bħala massimu u minimu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34480.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36021 u jinvestiga l-ilment tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha reserved parking quddiem id-dar tagħha minħabba l-istat xejn tajjeb tas-saħħa tal-ġenituri fejn dawn sfortunatament spiss mhux qed isibu parkeġġ għax jipparkjaw karrozzi oħrajn mhux awtorizzati u skont ir-rapporti li wasluli, l-kunsill u l-pulizija qalulhom li din hija problema li taqa' taħt Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.
Issa f’għeluq is-sena mis-servizz il-ġdid tal-istess trasport pubbliku, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun f’pożizzjoni li joffri s-servizz kif kien qabel jaqdi lir-residenti tal-Gudja li sal-lum iridu jimxu sal-airport, meta qabel kien hemm servizz permess tal-venda fiċ-ċentru tar-raħal biswit l-iskola, kif kienet sa ftit aktar minn sena ilu? Jista' jgħid meta se jsiru bus shelters fl-istages kollha li hemm fil-lokal tal-Gudja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rotta tal-Gudja tgħaddi minn ġo ċ-ċentru tal-Gudja kif kien jgħaddi s-servizz li kien jingħata qabel it-3 ta’ Lulju 2012.
Infurmat ukoll li mill-lokalita` tal-Gudja hemm servizz dirett tat-trasport pubbliku lejn lokalitajiet oħra bħall-Isptar Mater Dei, Raħal Ġdid, Wied il-Għajn u ż-Żejtun.
Fir-rigward ta’
bus shelters
, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta m’għandha l-ebda talba sabiex jitwaħħlu
bus shelters
f’din il-lokalita`.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36121 u jikkonferma jekk Transport Malta qatgħetx barra is-suġġeriment u/jew proposta li jkun hemm traffic lights biex residenti fin-naħa ta' Tal-Qroqq Str u l-parti t’isfel tas-Swatar jaqsmu għan-naħa tal-Università? Jekk dan huwa minnu u billi qed jiġu nkoraġġiti bħala residenti biex jużaw aktar is-subway li hemm, jistgħu jittieħdu passi flimkien mal-awtoritajiet kompetenti biex dan jiġi mdawwal aħjar, joffri aktar sigurtà u ma jkunx hemm overflowing tad-drenaġġ kif irrapurtawli li qed jiġri spiss?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-underpass, sabiex il-pedonali jaqsmu min-naħa tas-Swater għan-naħa tal-Universita, hija meqjusa bhala l-aktar mod sikur biex taqsam it-triq.
Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta qiegħda dejjem tieħu l-passi neċessarji sabiex isiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex din is-
subway
tkun aktar imdawwla, sigura u nadifa.
Peress lı r-resıdentı ta' Trıq Rokon, San Lawrenz Għawdex u nıes oħra lı jıffrekwentaw dık ın-naħa tal lokalıtà ta' San Lawrenz qed jılmentaw lı qed ıkun hemm ħafna vetturı deħlın u ħerġın mıl-lukanda b'veloċıtà qawwıja u allura jıxtıequ lı jkun hemm road hump bıex ıs-sewwıeqa jnaqqsu l-veloċıtà u allura ma jkunux ta' perıkolu, jısta' l-Mınıstru jara lı dan l-ılment jiġi ındırızzat u dın ıt-talba tıġı mılqugħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li Transport Malta studjat dan il-każ u mhux rakkomandat li f'din it-triq issir round topped road hump minħabba li din hi triq għall-aċċess biss. L-Awtorita' rrakomandat li jitwaħħlu tabelli u jsiru marki fl-art SLOW.
Transport Malta — Enforcement Department - security li wettaq att kriminali relattat ma' serq
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk matul ix-xahar ta’ Awwissu 2011, persuna fil-kariga ta’ security fl-Enforcement Department ta’ Transport Malta stazzjonat f’Sa Maison Transport Directorate, wettqet att kriminali relattat ma' serq? Jista' jipprovdi r-rapport dettaljat tal-każ, x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ dan il-ħaddiem u x’kariga jokkupa llum fi ħdan l-istess Awtorità wara li wettaq dan l-att?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda każ ta’ serq minn security fl-Enforcement Directorate f'Awwissu 2011.
Marina tal-Kottonera — xogħol ta' manutenzjoni fuq jottijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li fil-marina tal-Cottonera, jsir xogħol ta' manutenzjoni fuq jottijiet? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk isirux spezzjonijiet sabiex dan ma' isirx jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni kontra dan it-tip ta' xogħol u abbuż ieħor fl-istess marina, saru matul dan l-ahhar tnax-il xahar ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux xi pjanijiet biex żoni pubbliċi li fihom jipparkjaw il-karozzi jinbidel il-managment tagħhom? Jekk iva, b'liema mod se jinbidlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 34480.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn car park attendents f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid kif dawn huma reġistrati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm 58 car park attendants li għandhom liċenzja maħruġa minn Transport Malta. Wieħed minn dawn huwa assenjat f’parkeġġ tal-karozzi skedat f’Għawdex.
Il-liċenzja ta' dawn il-
car park attendants
inħarġet skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-regolament 65 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (L.S. 65.11). Kopja ta’ dan ir-regolament qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu spazji pubbliċi jew parkeġġi mibnija li huma tal-istat u li qegħdin jitmexxew mill-privat? Jista' jgħid kif huwa l-ftehim bejn l-istat u min qed imexxi dawn il-parkeġġi? Kemm fadal żmien biex dan il-ftehim jiskatta u jekk bdewx id-diskussjonijiet biex l-ftehim eżistenti jinbidel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm l-istat qed idaħħal flus mill-parkeġġi li għandu mikrija lil kumpaniji privati , bħal dak l-parkeġġ li hemm ġewwa l-Isptar Mater Dei?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
strateġija nazzjonali dwar l-immaniġġjar tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li titwettaq strateġija nazzjonali dwar l-immaniġġjar tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għandha diversi policies u linja gwida għall-immaniġġjar tat-traffiku kif ukoll strutturi u prattiċi ta' xogħlijiet stabbiliti li flimkien jiddefinixxu l-istrateġija għall-immaniġġjar tat-traffiku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew toroq ġodda s’issa din is-sena u fejn jinsabu dawn it-toroq f'kull lokal? Jista' jgħid kemm hemm toroq f'kull lokal li r-responsabbilità li jsiru huma tal-gvern ċentrali u għadhom ma sarux? Meta mistennija li ssir kull triq f'kull lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ toroq residenzjali li nbnew minn Transport Malta matul din is-sena, kif ukoll lista ta’ toroq li qegħdin fil-programm ta’ din is-sena. Ninsab infurmat li, dejjem jekk ma jinqala’ xejn imprevist, dawn ikunu lesti sal-aħħar tas-sena. Il-lista turi wkoll it-toroq li huma parti minn dan il-programm li pero’ għandhom problema biex jinbnew minħabba raġunijiet ta’ esproprazzjoni u ta’ ffurmar ta’ triq.
Barra minnhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari Nru. 32623, 31657 u 31516.