Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
MFSA – emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6309 jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn il-mistoqsijiet tal-media ma ġewx imwieġba?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni tiddependi minn varji punti, inkluż meta l-MFSA tintalab tagħti informazzjoni kunfidenzjali skont il-liġi, ma jkunux jistgħu jingħataw kummenti dwar dak mitlub, inkella jiġu imposti deadlines li ma jkunux realistiċi biex tingħata tweġiba ġusta u fattwali, fost oħrajn.
Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol — karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żewġ karozzi li, skont il-Manwal, jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt.
GĦAMLAMIXTRIJA/MIKRIJADATATENDER/DIRECT ORDERDITTAPREZZ (VAT ESKLUŻ)
Opel Corsa MQZ 107Mikrijawef 19/11/22No tender was issuedSundrive Car Rentals (Altour Co. Ltd.)€14 per day
Opel Corsa MQZ 165Mikrijawef 18/10/22No tender was issuedSundrive Car Rentals (Altour Co. Ltd.)€16 per day
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema tal-Iskema (Community Scheme Workers) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u kemm ilhom? Jista’ jgħid taħt liema Direttorat/Diviżjoni jifformaw parti dawn il-ħaddiema, x'inhu xogħolhom, x'korsijiet sarulhom s’issa u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirulhom matul is-sena 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 306 ħaddiema tal-Iskema (Community Scheme Workers) mifruxin fuq 14-il Direttorat jew Diviżjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Dawn huma r-Rural Gozo Directorate, l-Eco Gozo & Regional Development Directorate, Services Gozo Directorate, Cultural Heritage Directorate, Projects & Development Corporate Services Directorate, Wild Birds Regulation Unit, CMU Maintenance Directorate, Maintenance & Restoration Directorate, Corporate Service Directorate, Gozo College, Tourism & Economic Development Directorate, Operation Division, People Management Directorate u Animal Welfare.
Hija responsabilità tal-kuntrattur li jiddeċiedi dwar it-taħriġ li kull parteċipant għandu bżonn. Jobsplus tkun infurmata minn xahar qabel dwar liema parteċipanti għandhom jattendu liema taħriġ.
MFSA – Executive Committee – membri li ddikjaraw kunflitt ta’ interess
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6291, jista' l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid jekk kienx hemm istanzi fis-snin 2020, 2021 u 2022 fejn membri tal-Executive Committee fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) iddikjaraw kunflitt ta' interess u ma pparteċipawx f'deċiżjonijiet? Meta kienu dawn l-istanzi u liema kienu l-membri tal-Executive Committee?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta jinkludu l-fatti kollha li jkunu wasslu għal tali deċiżjoni.
Barra minn hekk, kif diġà ġie spjegat, l-istruttura tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tiżgura li l-ebda persuna waħedha ma tista' tinfluwenza d-deċiżjoni u b’hekk jiġu evitati l-kunflitti ta' interess.
Mingħajr preġudizzju għas-suespost, jekk u meta kien hemm istanzi fejn membru tal-Kumitat Eżekuttiv kellu kunflitt ta’ interess, dak il-membru jkun iddikjara tali kunflitt u
in vista
ta' dak il-kunflitt, ma jipparteċipax fid-diskussjonijiet, u kwalunwke deċiżjoni riżultanti, tal-Kumitat Eżekuttiv fejn huwa relevanti tali kunflitt.
Fuq il-kunflitt innifsu u min u meta qajmu, tali informazzjoni mhijiex biss privata u kunfidenzjali skont il-liġi, iżda wkoll sensittiva fi sfond legali għaliex tista' tippreġudika l-pożizzjoni tal-Awtorità fi proċeduri legali pendenti, u għalhekk ma tistax tiġi żvelata.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6290, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull membru tal-Executive Committee tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u jagħti range tal-pakketti finanzjarji? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull membru speċifiku u min hu dak il-membru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 6794, tlabt biex il-bqija tal-informazzjoni tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
MFSA – Executive Committee – rapporti mill-pubbliku ta’ kunflitt ta’ interess
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6384, jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat imsemmi fl-istess tweġiba? Jista’ jgħid min għandu aċċess għall-ilmenti li jidħlu mill-website pubbliku tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri tal-Kumitat huma skont it-tabella t'hawn taħt:
GRAD
ISEM
Acting CEO & Chief Officer Enforcement
Ms Michelle Mizzi Buontempo
Chief Officer Supervision
Mr Christopher Buttigieg
General Counsel
Ms Edwina Licari
Chief Officer Strategy, Policy & Innovation
Mr Michael Xuereb
Chief Operations Officer
Mr Ivan Zammit
Secretary
Ms Rosalie Tanti
Id-Dipartiment tal-Komunikazzjoni fi ħdan l-Awtorità għandu aċċess għall-ilmenti li jidħlu mill-websajt pubblika tal-Awtorità. L-ilmenti jingħaddu lil dipartimenti oħra konċernati fi ħdan l-Awtorità, sabiex l-ilment jiġi indirrzzat skont il-każ.
FIAU – Compliance Monitoring Committee – membri li ddikjaraw kunflitt ta’ interess
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6383, jista' l-Ministru jgħid x'verifiki saru biex jiġi assigurat li tali membri tal-Compliance Monitoring Committee fi ħdan il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) ma kellhomx kunflitt ta' interess?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li jipparteċipaw fil-Compliance Monitoring Committee fi ħdan l-FIAU għandhom jiddikjaraw li m’għandhomx kunflitt ta’ interess qabel ma tibda d-diskussjoni.
FATF – trasparenza u żieda benefiċjarja tal-kumpaniji
Question
F'konformità mal-gwida tal-FATF dwar it-trasparenza u s-sjieda benefiċjarja tal-kumpaniji, jista' l-Ministru jgħid min kienu s-sidien benefiċjarji tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta ngħataw il-konċessjoni tat-tliet sptarijiet statali tagħna fl-2016 u jekk kienx hemm xi bidla fis-sjieda benefiċjarja ta’ din il-kumpanija fl-2017?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-gazzetti li ngħataw xi forma ta’ għajnuna minħabba l-effetti tal-pandemija u jekk il-gazzetta, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hijiex tirċievi wkoll dan?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Turisti li niżlu f’pajjiżna tul dawn l-aħħar għaxar snin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turisti li waslu f’pajjiżna bil-baħar tul dawn l-aħħar għaxar snin sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt.
Dawn iċ-ċifri huma tal-viżitaturi kollha li ġew Malta bil-baħar li jkunu qattgħu minn tal-inqas lejl fil-pajjiż, u għalhekk jiġu meqjusa bħala turisti, kemm għal skopijiet ta’ vaganza kif ukoll għal skopijiet ta’ negozju. Il-figuri ma jinkludux passiġġieri li ġew Malta permezz ta’ cruise liners u li ma qattgħux lejl fil-pajjiż (same-day visitors).
SENANUMRU TA' TURISTI
201352,363
201473,189
201561,460
201670,497
201787,997
201882,234
201969,861
202019,525
202133,456
202298,831
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5621, jista' l-Ministru jagħti l-average wage ta' dawn il-ħaddiema?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ impjegati li jaħdmu fis-settur tal-catering, inklużi ristoranti u lukandi, fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2022 kien ta’ 15,996 persuna. Dan l-ammont jinkludi impjegati li jaħdmu f’dan is-settur - full-time u anke part-time, jew full-time with reduced hours u jeskludi persuni li jaħdmu għal rashom.
Is-salarju nħadem abbażi tas-salarju bażiku annwali medju (average annual basic salary). L-ammonti ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances.
Il-paga medja tal- impjegati li jaħdmu fis-settur tal-catering, inklużi ristoranti u lukandi, fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2022 kienet ta’ €14,937.
Din l-informazzjoni mhijiex disponibbli għal persuni li jaħdmu għal rashom.
Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS).
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MFSA — Lista ta' Promozzjonijiet u t-Titlu tal-Impjiegi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6017 u jagħti lista tal-promozzjonijiet kollha, inkluż it-titlu tal-impjieg, li saru fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji bejn April tal-2013 u l-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija? Kemm hu l-pakkett finanzjarju, inkluż il-perkaċċi għall-imsemmija impjiegi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitblua qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema mir-rekwiżiti legali minimi li ġejjin, skont il-L.S.452.116, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019, huma inklużi, u liema mhumiex inklużi, fil-karta tal-paga (payslip) tal-Edukatur, sa Diċembru 2022 mill-Ministeru għall-Edukazzjoni:
1. l-isem tal-prinċipal;
2. l-isem tal-impjegat;
3. l-indirizz tal-prinċipal;
4. it-titolu tal-pożizzjoni tal-impjegat;
5. is-somma totali tal-pagi mħallsa;
6. il-breakdown tas-somma totali tal-pagi mħallsa;
7. il-perjodu li fir-rigward tiegħu l-kontenut tiegħu jirrelata;
8. in-numru ta’ sigħat normali maħduma;
9. in-numru ta’ sigħat imħallsa bħala overtime;
10. in-numru ta’ sigħat imħallsa b’rata speċjali;
11. in-numru ta’ sigħat ta’ leave annwali li ttieħdu;
12. il-bilanċ ta’ leave li jkun fadal;
13. il-pagi bażiċi riċevuti;
14. breakdown ta’ kwalunkwe bonuses u allowances; u
15. kwalunkwe tnaqqis effettwat, inkluż kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali nazzjonali, taxxa u oħrajn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed nagħmel użu mill-karozza privata tiegħi mingħajr ma nieħu ebda forma ta’ kumpens jew allowance ta’ dan.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6012 u jgħid kemm daħlu rapporti għand il-Whistleblower tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Whistleblowing Reports Unit fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) irċeviet 22 rapport mill-2015 sal-lum taħt l-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informant (Kap. 527).