Ministeru għall-Finanzi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 24481.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26670, 28510, 28779, 28972 u 29121 u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta fil-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta u kemm tħallsu pagi, xahar b'xahar, mill-ġurnata li fiha għalqet l-Airmalta sal-aħħar ta’ Frar 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdew jaħdmu persuni barranin f’pajjiżna matul l-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn pajjiżi terzi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi - Ħaddiema full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtu matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30776.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdew jaħdmu persuni barranin f’pajjiżna matul l-2024, kemm minnhom kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn pajjiżi terzi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu s-Siġġiewi u li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Luqa u li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Qormi u li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ daħal għand l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji matul din is-sena, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew riżolti u kemm fadal pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
2025
Ilmenti registrati fis-sena 2025
Ilmenti tas-sena 2025 rizolti
Ilmenti tas-sena 2025 pendenti sal-ahhar tax-xahar
Jannar
27
0
27
Frar
15
0
42
Marzu
17
1
58
April
19
4
73
Mejju
35
14
94
Gunju
19
10
103
Lulju
53
17
139
Awwissu
20
10
149
Settembru (sa 26 tax-xahar)
15
12
152
220
68
Fir-rigward tal-ilmenti riżolti f’dan il-perjodu (ċioe Jannar sa’ Settembru 2025), wieħed irid iżid ukoll 167 każ ieħor li kienu reġistrati fis-sena 2023 u 2024.
Dan ifisser li f’dan il-perjodu ġew riżolti 235 każ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni tan-Naxxar? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess tal-persuna?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Lokalità
Maltin
Barranin
Total
Irġiel
Nisa
Irġiel
Nisa
Naxxar
7,152
7,400
1,967
1,607
18,126
Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28037, jista’ l-Ministru jagħti tqassim ta’ kull tip ta’ dħul mill-VAT, kif definit fit-tabella pprovduta fl-istess tweġiba, skont is-settur ekonomiku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28036, jista’ l-Ministru jagħti tqassim ta’ kull tip ta’ dħul mit-taxxa fuq id-dħul, kif definit fit-tabella provduta fl-istess tweġiba, skont is-settur ekonomiku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni barranin, kemm minn pajjiżi terzi kif ukoll mill-Unjoni Ewropea, li ħallsu l-bolla f’Malta mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-ammont miġbur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni tal-Imġarr, Malta? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess tal-persuna?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Lokalità
Maltin
Barranin
Total
Irġiel
Nisa
Irġiel
Nisa
Mġarr, Malta
2,319
2,226
413
291
5,249
Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni tal-Mellieħa? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess tal-persuna?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Lokalità
Maltin
Barranin
Total
Irġiel
Nisa
Irġiel
Nisa
Mellieħa
4,695
4,660
2,883
2,050
14,288
Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ San Pawl il-Baħar? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess tal-persuna?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Lokalità
Maltin
Barranin
Total
Irġiel
Nisa
Irġiel
Nisa
San Pawl il-Baħar
7,454
7,506
15,795
9,449
40,204
Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti bejn April u Ġunju tal-2025? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità, u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra ta’ approvazzjoni għal kull entità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Intepellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għal Kawżi Ġusti bejn Jannar u Marzu tal-2025? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra ta’ approvazzjoni għal kull entità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Intepellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu, bħalissa ma hemm ebda impjegat/a li jinsabu sospiżi hekk kif imsemmi fil-mistoqsija.