Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu rigward il-problema serja tal-gambling f’pajjiżna? Kemm hemm persuni li għandhom din il-problema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interperlant illi permezz tal-Addictions Team, l-Aġenzija Sedqa fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Socjali (FSWS), toffri servizz lil dawk illi b’xi mod qed jissieltu mal-problema tal-logħob tal-azzard u l-konsegwenzi marbuta magħha. Toffri wkoll servizz ta’ sapport lill-qraba, anki jekk il-persuna li qed iġġor il-problema, għal xi raġuni tirrifjuta s-servizz.
Normalment il-proċess jibda billi tidħol talba għal assistenza mingħand il-persuna li tixtieq l-għajnuna jew xi professjonisti oħra li jkunu f’kuntatt mal-persuna. Il-professjonisti tal-Addictions Team ta’ Sedqa jissoktaw billi joffru appuntament mill-ewwel, fil-maġġoranza tal-każi fi żmien ġimgħa. L-iskop huwa li jiġi stabilit kuntatt mal-persuna kemm jista’ jkun malajr u anki jiġi assessjat fid-dettal x’inhuma l-bżonnijiet. Fejn meħtieġ, il-professjonisti jippruvaw mill-ewwel jidentifikaw sitwazzjonijiet ta’ kriżi u jfasslu pjan ta’ kura għalihom sa mill-ewwel darba.
Eventwalment il-każ jiġi allokat għand ħaddiem soċjali u jibda l-proċess ta’ għajnuna, li jista’ jinkludi wkoll terapija minn professjonisti oħra, dejjem fil-kuntest ta’ dak li jixtieq il-klijent.
Jiġu offruti varjetà ta’ interventi li jibdew minn laqgħat ta’ kull ġimgħa mal-ħaddiem soċjali inkarigat mill-każ. Jiġi offrut ukoll servizz ta’ tabib u psikjatra u jekk ikun hemm bżonn anki servizz ta’ psikologu/a u terapista tal-familja. F’każijiet fejn il-problema tkun infirxet mhux ħażin, jiġi offrut servizz ta’ programm intensiv ta’ riabilitazzjoni residenzjali.
Bejn l-2010 u Ġunju 2019, il-professjonisti tal-Aġenzija Sedqa assistew medja ta’ 45 klijent fis-sena bi problemi relatati mal-logħob tal-ażżard.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti ta’ kostruzzjoni li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar li bdew jinbnew mill-2013? F’liema lokalitajiet? Kemm-il unit issib f’kull lokalità? Kemm hemm minnhom lesti għall-abitazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid, minn dawk il-proġetti li bdew jinbnew minn wara l-elezzjoni tal-2013, liema huma s-siti li xi darba kellhom applikazzjoni quddiem il-MEPA/Awtorità tal-Ippjanar qabel l-elezzjoni tal-2013? Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni ta’ kull sit?
Response (FALZON, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant.
Postijiet tal-Gvern – xogħlijiet ta’ rinovar u manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tlestew xogħlijiet ta’ rinovar u manutenzjoni f’postijiet tal-Gvern? Liema huma l-binjiet? F’liema lokalitajiet? Kemm sewa l-proġett ta’ kull binja? Kemm-il familja bbenefikat f’kull binja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta bdiet l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’? Għal kemm-il sena hi miftuħa din l-iskema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema ‘Nikru Biex Nassistu’ ġiet imħabbra fl-1 ta’ Settembru 2017.
Din l-iskema tiġġedded awtomatikament sena b’sena.
Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm proprjetajiet jew djar battala fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn? F’liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet/djar battala?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu eleġibbli għal allowance għal assistenza miżjuda għal diżabilità severa? Jista’ l-Ministru jagħti elenku tal-benefiċċju u r-rati applikabbli għal assistenza miżjuda għal persuni b’diżabilità severa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex persuna tikkwalifika għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, irid li l-ewwel ikun jikkwalifika għall-Assistenza għal Diżabilità Severa skont kif stipulat fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali (Kap 318) u tkun iċċertifikata minn Bord Multi Dixxiplinarju li d-diżabilta` tagħha iżżommha lura milli tidħol fid-dinja tax-xogħol.
Ir-rata fil-gimgħa ta’ din l-Assistenza hija ta’ €150 fil-ġimgħa.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — contract of service u contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tingħata l-informazzjoni mitluba, jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani ta’ dipartimenti varji, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq xogħol ħafna aktar produttiv.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu eleġibbli għal allowance għall-carers? Jista’ l-Ministru jagħti elenku tal-benefiċċju u r-rati applikabbli għal allowance għall-carers?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex persuna tkun tikkwalifika għall-Għajnuna għall-Carers, irid ikun idur b’qarib tiegħu il-ġurnata kollha u jgħix fl-istess dar ma’ l-anzjan/a u ma jkunx f’impjieg, skont kif elenkat fil-liġi tas-Sigurta` Soċjali (Kap 318).
Ir-rata tal-benefiċċju hija ta €92.72 fil-ġimgħa u ma jsirx test tal-mezzi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ għajnuna tingħata lil min ibati minn Hansens Disease?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jbagħtu mill-Lebbra, huma intitolati għall-Għajnuna tal-Lebbra. Din l-għajnuna ma tkunx means tested u tammonta għal €36.58ċ fil-gimgħa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ għajnuna tingħata lil min ibati mit-tuberkolożi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor.i Interpellant lli persuni bit-Tuberkolożi, huma intitolati għall-Assistenza għat-Tuberkolożi, li ma tkunx means tested u li tammonta għall-€29.24ċ fil-ġimgħa. L-ispeċjalista tal-benefiċjarju, jiddetermina jekk il-persuna għadx għandha l-bżonn li tkun assistita mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali, rigward l-għotja fuq din il-kundizzjoni. Dan il-benefiċċju jingħata anke` jekk il-persuna li tbgħati mill-kundizzjoni msemmija, tkun f’impjieg.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ assistenza tingħata għal diżimpjieg?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex persuna tirċievi l-Assistenza għad-Diżimpjieg, trid tkun qed tirreġistra għax-xogħol taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru.
Din l-Assistenza hija
means tested
u titla’ sa massimu ta’ €105.93ċ fil-ġimgħa, f’każ ta’ persuna waħedha u tiżdied b’€8.15ċ fil-ġimgħa għal kull membru ieħor fil-familja.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu eleġibbli għall-allowance għall-persuni b’vista batuta? Jista’ l-Ministru jagħti elenku tal-benefiċċju u r-rati applikabbli għal allowance għal persuni b’vista batuta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex persuna tkun eleġibbli għall-Assistenza għall- Vista Batuta, trid tkun iċċertifikata minn oftalmologu li l-vista tagħha hija tant baxxa, li ma tħallihiex twettaq xogħol fejn il-vista hija essenzjali. Din l-Assistenza tingħata mill-eta` ta’ 14- il sena u tammonta sa massimu ta’ €104.85` fil-ġimgħa. Meta persuna b’din il-kundizzjoni tagħlaq is-60 sena, r-rata titla’ sa massimu ta’ €114.18` fil-ġimgħa. Persuni li jbgħatu minn din il-kundizzjoni, jistgħu jkunu qed jaħdmu u d-dħul mix-xogħol ma jkunx ikkunsidrat fl-assessment illi jsir sabiex tingħata l-Assistenza.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10763 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9202, jista’ l-Ministru issa jindika l-ħidma li twettqet mill-Aġenzija Sapport fis-snin 2017 u 2018?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar sentejn, l-Aġenzija Sapport ħadmet fuq diversi proġetti u inizjattivi, kif ġej:
1. Ristrutturar tal-Aġenzija Sapport, b’Direttorati u servizzi ġodda
2. Tnedija u bidu ta’ servizz ġdid –
Sharing Lives
3. Tnedija ta’ 3 Ċentri ta’ Matul il-Jum ġodda
4. Modernizzar ta’ numru ta’ Ċentri ta’ Matul il-Jum
5. Inbeda l-proċess biex ikun ristrutturat u modernizzat iċ-Ċentru l-kbir tal-Imtarfa
6. Iffirmar ta’ ftehim ma’ diversi entitajiet u organizzazzjonijiet non-governattivi
7. Bidu u tmiem tal-proġett pilota
Jobs Enhancing Skills Scheme
8. Tnedija ta’ 7 residenzi ġodda għall-persuni b’diżabilità bħala parti mill-Proġett Soċjetà Ġusta, uħud minnhom bi ftehim ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi
9. Inbeda xogħol fuq 2 residenzi oħra ġodda bħala parti mill-Proġett Soċjetà Ġusta
10.
Workshops
u
support groups
varji għall-familjari ta’ persuni b’diżabilità
11. Tnedija ta’ flotta ta’ vetturi ġodda aċċessibbli għal persuni b’diżabilità
12. Bidu tal-operat ta’ 3 skemi (Eżenzjoni mill-ħlas tal-Liċenzja tat-Triq, Eżenzjoni mit-Taxxa tar-Registrazzjoni fuq Vettura, Sussidju fuq Apparat Speċjalizzat) li ġew trasferiti mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità lill-Aġenzija Sapport
13. Estensjoni tal-uffiċini tal-Aġenzija Sapport
14. Bidu ta’ xogħol ta’ tisbiħ fuq il-binja tal-Head Office tal-Aġenzija
15. Tnedija u bidu tal-proġett INK, kofinanzjat mill-UE u bdejna nagħtu taħriġ u job placements ta’ persuni b’diżabilità
16. Bidu tal-proċess tal-proġett u tnedija ta’ REACH fin-Naxxar
17. Bidu tas-servizz tal-Assistent Personali
18. Ħidma sabiex isir tkabbir tal-Għajnsielem
Learning Hub
19. Iffirmar ta’ ftehim mal-Universitá ta’ Malta għall-opportunitajiet ta’ placements ta’ studenti u kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Sapport u l-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà
20. Iffirmar ta’ ftehim ma’ SVP u bidu għall-proċess ta’ servizz ġdid Narċis.
Dawn il-proġetti huma apparti proġetti u programmi li jitwettqu fil-ħidma tal-Aġenzija b’mod regolari direttament mal-klijenti tagħha bħal life skills, għajxien indipendenti, u active support.
Allokazzjonijiet ta' postijiet tal-Gvern — lokalitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6698 u 9344 u jgħid kemm saru allokazzjonijiet ta' postijiet tal-Gvern matul din is-sena 2018 u f'liema lokalitajiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2018, l-Awtorità tad-Djar allokat 50 post tal-Gvern, kif jidher fit-tabella :-
Lokalita` fejn ġew allokati
Total
Birkirkara
1
Cospicua
5
Fgura
1
Floriana
2
Gzira
1
Hamrun
3
Kalkara
1
Kirkop
1
Mosta
1
Msida
4
Paceville
1
Paola
5
Pembroke
1
Qormi
1
Rabat
1
San Gwann
1
Senglea
4
Siggiewi
1
St Julians
3
Tarxien
2
Valletta
8
Vittoriosa
2
Total - 50
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9345, 6701 u 567 u jgħid kemm-il allokazzjoni saret mill-Awtorità tad-Djar bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017? Jista’ jgħid kemm-il allokazzjoni saret xahar b’xahar fiż-żmien imsemmi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita` tad-Djar allokat 139 post bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017 imqassma kif ġej :-
Xahar
Total
Jannar
2
Frar
6
Marzu
0
April
1
Mejju
117
Sat-3 ta’ Ġunju 2017
13
Total
139