Jista' l-Ministru jikkonferma kemm hu l-persentaġġ ta' fondi miksuba minn Għawdex taħt dawn il-programmi:
- Programm ta' Koeżjoni;
- ERDF;
- ESF;
- Agrikultura; u
- Sajd?
Jista' jelenka dawn il-proġetti taħt il-programm rispettiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura u tingħata f’seduta oħra.
Ħal Far – Riħa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta’ ħut
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2962, jista’ l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Malta Industrial Parks & Hubs u mill-INDIS Malta Ltd biex tkun investigata riħa insapportabbli li ħierġa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut li tinsab fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far peress li dawn l-irwejjaħ baqgħu jaffettwaw ħażin ħafna kemm lil min jaħdem f'din iż-żona industrijali kif ukoll lir-residenti ta' Birżebbuġa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li INDIS intervjeniet u ttieħdu l-passi neċessarji mis-sidien tal-fabbrika. INDIS qiegħda tagħmel spezzjonijiet ta’ verifika regulari fl-inħawi kkonċernati. Nifhem li ħidma simili qiedgħa ssir minn entitajirt oħra fuq xogħol ieħor.
Għawdex — Fondi Ewropej (Programming period 2014-2020) – fondi mogħtija u mitlufa
Question
Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3868 u jikkonferma kemm Fondi Ewropej ġew mogħtija u mitlufa fuq proġetti ġewwa Għawdex matul il-'programming period' 2014-2020?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-‘programming period’ 2014-2020 għadu miftuħ u għaldaqstant allokazzjonijiet ta’ fondi għadhom fil-perjodu ta’ eliġibbiltà b'ebda telf irreġistrat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-concession agreement li ngħatat lil-lukanda ġewwa Kemmuna?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba jistgħu jinkisbu mir-Reġistru Pubbliku. Madankollhu qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3779, peress li din ir-risposta mhux qed twieġeb il-mistoqsija oriġinali, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsijiet parlamentari 2594, 3246 u 3779 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa' taħtu ta' kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratti mill-2018 sal-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorvoli Interpellant li minkejja l-mistoqsija kif mitluba ġiet imwieġba, qiegħed nifhem li l-Onor. Interpellanta qegħda titlob lista ta’ kuntratti għal-servizzi. Għalhekk qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista provduta lili minn kull entità ta' kuntratti/direct orders ta’ servizzi ġodda u kemm hu l-valur tal-kuntratti mill-2018 sal-2022
Jista’ l-Ministru jelenka kemm staff ta’ grad professjonali telqu mis-segwenti entitajiet xahar b’xahar mill-2020 s’issa:
(i) l-MGA;
(ii) l-MCA; u
(iii) l-MDIA?
F’kull każ jista’ jgħid jekk saritx sejħa għal replacement, kemm dam il-proċess u x’kien l-eżitu finali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jikkjarifika grad professjonali x’għandu jinkludi.
Kummissjoni Ewropea – Country Report dwar l-andament soċjo-ekonomiku ta’ Malta
Question
Peress li f'Ġunju li għadda l-Kummissjoni Ewropea ħarġet il-Country Report dwar l-andament soċjoekonomiku ta' Malta fejn fih qalet li jinħass nuqqas kbir ta’ ħaddiema f'Malta u l-ispariġġ fil-ħiliet huma sinifikanti fis-setturi kollha, jista’ l-Ministru jindika x’miżuri se jittieħdu sabiex dan jiġi indirizzat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2594 u 3246 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjiegi ta’ konsulenti fl-entitajiet huma skont il-Business and HR Plans tal-istess entitajiet rispettivi, hekk kif ikunu approvati ċentralment.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex s’issa l-Ministeru tiegħu baqa’ jirrifjuta li jagħti risposta lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan għat-talba tal-istess Kunsill biex Palazzo Spinola li hu abbandunat jingħata lura lill-komunità bħala community centre?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3834.
San Ġiljan – Xatt is-Sajjieda, Triq Ross u Triq San Ġorġ – site plans tal-encroachments
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-encroachments ġewwa Xatt is-Sajjieda, fi Triq Ross u fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġgi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-encroachments ġewwa Xatt is-Sajjieda, fi Triq Ross u fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew qed issir fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2065?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament inkwistjoni qed jiġu analizzati. Dan biex fl-ewwel lok jiġu identifikati x’miżuri hemm bżonn li jittieħdu għat-twettiq effettiv tal-istess Regolament, kemm minn perspettivi amministrattivi kif ukoll minn dawk leġiżlattivi, u jiġi assigurat ukoll li l-implimentazzjoni tiegħu tiġi mwettqa fiż-żmien stipulat mill-istess Regolament.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tiegħu għall-Palazzo Spinola ġewwa San Ġiljan?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li temporanjament dan il-palazz se jkun assenjat lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ, sa ma jsiru x-xogħlijiet ta’ restawr meħtieġ fil-Ministeru ġewwa Palazzo Parizsio fit-triq il-Merkanti l-Belt Valletta, bħalissa qed isiru diskussjonijiet ma’ dan il-Ministeru dwar il-Pjan tax-xogħol meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta’ restawr tas-saqaf, twieqi u faċċata tal-Palazzo Spinola ġewwa San Ġiljan fid-dawl tal-applikazzjoni li saret mal-Awtorità tal-Ippjanar biex dan il-palazz jittranġa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3834.
Jista’ l-Ministru jgħid kif u meta nħareġ it-tender għal encroachment li hemm fil-ġnien ta’ wara, ġewwa l-Palazzo Spinola u li dan qed jintuża bħala ristorant u pizzerija? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan t-tender?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-concessions b’encroachment kien ingħata b’mod dirett lil stabbiliment tal-likel li jopera fl-istess żona. F’dan il-każ l-encrochment fil-ġnien irelatat ma’ dan l-istabbilment ingħata fl-2006.
Imqabba – artijiet meħuda mill-Gvern – kumpens dovut
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3440 fejn intlabt biex inkun aktar speċifiku, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area u l-valur ta' kumpens dovut tal-artijiet fl-Imqabba li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din id-domanda u li għadhom ma ġewx ikkumpensati b'mod sħiħ? Tista' tingħata d-data għal kull każ meta se jingħata l-kumpens dovut u l-ammont tal-kumpens?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibna fil-mistoqsija parlamentari 3440, l-Awtorità tal-Artijiet tirrileva li d-domanda mressqa titlob ammont konsiderevoli ta’ riżorsi umani u ħin biex tiġi kkompilata. Ikun aħjar li l-Onor. Interpellant iressaq domanda aktar speċifika fuq siti speċifiċi bil-għan li jkun faċilitat il-ġbir tat-tagħrif, kif ukoll iż-żmien li jittieħed biex tinġabar tali informazzjoni jkun imqassar.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex wara x-xogħol ta’ tħaffir li sar fuq wara tal-Crafts Village f’Ta’ Qali, is-sena li għaddiet, ma sar xejn iktar? Jista’ jgħid jekk l-art li tħaffret ġietx allokata u jekk iva, lil min u meta?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda xogħol ta’ tħaffir fuq wara tal-Crafts Village f’Ta’ Qali s-sena li għaddiet, imma sar din is-sena.
Dan l-iskavar li nifhem li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant huwa tħejjija għall-bini ta’ fabriki ġodda li mbagħad ikunu allokati skond l-procedura stabbilita.