Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — transfers ta' ħaddiema

Question

B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 105, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017 ma kien hemm l-ebda trasferiment ta’ ħaddiema mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.

Malta Enterprise – proġetti ta’ investimenti barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proġett ta’ investiment barrani ġie approvat minn Malta Enterprise mis-sena 2014 sad-data li fiha li tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Malta Enterprise approvat 66 proġett ġdid u 48 espansjoni ta’ Investiment barrani minn 2014 sa Awissu 2017.

Ħruġ ta’ Liċenzji ta’ importazzjni u esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni bejn is-snin 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux ingaġġat ma’ xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu? Jekk għadu ingaġġat, kif jispjega dan il-Ministru ladarba l-Kummissjoni Permanenti dwar il-Korruzzjoni sabet li kien involut f’każ ta’ korruzzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament mhux ingaġġat ma’ xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħi.

Investiment barrani miġjub lejn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-valur tal-investiment li nġieb lejn Malta bejn is-snin 2014 u 2016?

Response (CARDONA, CHRIS)

L-Investiment proġettat tal-Investiment li nġieb lejn Malta u approvat mill-Malta Enterprise bejn 2014 u 2016 jammonta għal €350.30 miljun.

Kumpaniji b’investiment barrani li kabbru l-operat tagħhom f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kumpaniji b’investiment minn barra li kabbru l-operat tagħhom f’Malta mis-sena 2014 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mis-sena 2014 s’Awissu 2017 kien hemm 48 kumpaniji b'Investiment min barra li kabbru l-operat tagħhom.

Operaturi li għandhom Trade Licence f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi li għandhom Trade Licence f’Malta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ħtieġa ta liċenzi għal operaturi li huma premises based bħal ħwienet u fabbriki tneħħiet fl 2016. In-numru ta’ operaturi li mhumiex premises based bħal street hawker u market hawkers li għandhom trading licence huma 2824.

Intrapriżi li bbenefikaw mill-Iskema Certify

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-Iskema Certify bejn is-sena 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mill- 2015, 24 il-intrapiża ibbenefikat taħt l-iskema ta’ Certify.

Intrapriżi li bbenefikaw mill-Iskema Business Start

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-Iskema Business Start bejn is-sena 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mill-2015, 74 il-intrapiża ibbenefikat taħt l-iskema tal- Business Start.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ngħataw b'direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — sponsorships

Question

B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 75, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta’ sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f’għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b’xejn. Jista’ l-Ministru f’kull każ jgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f’kull każ l-isponsorship?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti l-isponsorship li ġie approvat fl- Estimi finanzjarji tal-baġit 2017 taħt il-vot 19 rikurrenti: Programmes and Initiatives line item 5881, kien hemm dawn lis-sponsorhips: Chamber of Engineers - €590.00 – Conference: Core Values for Engineers. (Request 21 April 2017; approvata mic-CEO-Malta Enterprise). Art Council of Malta - €5,000.00 – Malta Pavilion at the Venice Biennal. (Request 14 March 2017; approvata mic-CEO u COO-Malta Enterprise). Malta Employers’ Association - €3,333.00 – Sponsorship towards MEA’s involvement during the SME Week events 2017. (Request 12 May 2017; approvata mic-CEO-Malta Enterprise). Halmann - €10,000.00 – Gold Sponsorship of Halmann Vella Event in London. (Request 16 March 2017; approvata mic-CEO-Malta Enterprise).

Dipartiment tal-Kummerċ – Business Care Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew assistiti klijenti mill-Business Care Unit fid-Dipartiment tal-Kummerċ bejn l-2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Life Sciences Park Malta – spazju meħud minn intrapriżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħdu spazji minn intrapriżi fil-Life Sciences Park Malta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 40 tenant ġewwa il-Life Sciences Park li jokkupaw 80% mill-Life Sciences Park u id-Digital Hub huwa mimli kollu.

Koperattivi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ koperattivi li ġew irreġistrati bejn is-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ koperattivi li ġew irreġistrati bejn is-sena 2014 sal-2017 huwa ta’ 14-il koperattiva.

Intrapriżi li bbenefikaw mill-Iskema Business Development and Continuity

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-Iskema Business Development and Continuity, bejn is-sena 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2016, 31 intrapiżi ibbenefikat taħt l-iskema tal-Business Development and Continuity.

Xewkija Għawdex – żona industrijali – business workshops

Question

B'referenza għad-diskors tal-Baġit għas-sena 2017, fejn f'paġna 104 intqal li ż-Żona Industrijali tax-Xewkija se tiġi estiża fuq żewġ binarji għal business workshops ġodda għal servizzi finanzjari, ICT, riċerka u taħriġ, jista' l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu u twettqu dwar dan il-proġett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li nħarġu żewġ sejħiet pubbliċi għall-offerti mid-Dipartiment tal-Kuntratti għat-twettiq tax-xogħolijiet fuq iż-żewġ siti rispettivi, dak hekk imsejjaħ Il-Ħofra, u dak prezentament okkupat mill-impjant abbandunat tal-fabbrika tal-ħalib, li it-tnejn jiffurmaw parti miż-żona industrijai tax-Xewkija.

Inizjattivi biex sit ikun żviluppat

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid x’inizjattivi ttieħdu u twettqu biex parti mis-sit, illum okkupat mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tiġi żviluppata f'faċilità li sservi għal għanijiet differenti biex takkomoda, fost setturi oħra, operazzjonijiet bħalma huma servizzi finanzjarji,ta’ riċerka u ta’ taħriġ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li nħarġet sejħa pubblika għall-offerti mid-Dipartiment tal-Kuntratti għat-twettiq tax-xogħolijiet fuq is-sit indikat.

Għawdex – proġetti tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-Iskola Medika ta’ Barts

Question

Dwar il-proġetti tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Iskola Medika ta' Barts, liema inizjattivi kienu deskritti mill-Gvern bħala proġetti li se jagħtu dimensjoni ġdida u fl-istess ħin ikomplu jiddiversifikaw l-ekonomija Għawdxija, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid x'kienu r-riżultati miksuba s'issa rigward dan il-għan?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li waqt li x-xogħlijiet fuq l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-Iskola Medika ta’ Barts annessa qed ikomplu, Barts laqgħat l-ewwel 40 student barrani tagħha ġewwa Għawdex.