Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il call inħarġet għal staff f’pożizzjoni maniġerjali fl-MCAST fis-snin 2023, 2024 u 2025? Jista’ jelenka liema kienu u x’salarji kellha kull kariga li ngħatat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il call inħarġet għal staff akkademiku fl-MCAST fis-snin 2023, 2024 u 2025? Jista’ jelenka liema kienu u x’salarji kellha kull kariga li ngħatat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk id-Deputati tal-Gvern li matul l-aħħar 12-il xahar għamlu parti minn xi kumitat jew kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli? Jista’ jgħid ukoll fejn kienu qegħdin iservu fil-kariga li kienu qed jokkupaw, b'liema mod kienu impjegati, jekk hux b'sejħa pubblika jew le, u kemm kien il-ħlas/onorarja tagħhom?
Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30983 u jgħid jekk kienx hemm intake ta’ studenti ġodda għal din is-sena skolastika 2025-2026 fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija? Jekk iva, kemm-il student ser ikun qiegħed jidħol għall-ewwel darba, fil-bidu ta’ din is-sena skolastika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fiċ-ċentru msemmi, għal din is-sena skolastika ma daħlux studenti ġodda.
Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Sudenti ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30982 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30596 dwar studenti ġodda fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija, jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena ta’ skola qegħdin maqsuma il-114-il student separatament għal kull sena u ċjoè l-ewwel sena, it-tieni sena, it-tielet sena, eċċ? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ser jattendu għall-ewwel darba f’din l-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
2nd year – 32
3rd year – 21
4th year – 23
5th year – 21
6th year – 17
Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30964 u jgħid kemm hu ppjanat li jkun hemm studenti fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija għas-snin skolastiċi 2026-2027, 2027-2028, 2028-2029, 2029-2030 u 2030-2031, separatament għal kull sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tifhem li dan huwa settur delikat li jinvolvi student b’ċirkostanzi li jevolvu u jinbidlu b’mod regolari. Għalhekk filwaqt li l-Ministeru jkollu stampa ċara ta’ min potenzjalment jista’ japplika biex jattendi f’dawn iċ-ċentri post sekondarja, u allura l-attendenza mhix obligatorja, it-total ta’ student jista’ jinbidel. Għalhekk sabiex ma tiġix żgwidata l-Kamra, mhux qed tiġi ppublikata din l-informazzjoni.
Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30963 u jgħid kemm hemm studenti preżentement fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija?
Ħal Far - Korsa għat-tlielaq tal-karozzi - Pagamenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pagamenti saru mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, lill-Aġenzija għal Infrastruttura Malta in konnessjoni ma’ xogħol li qiegħed isir fuq il-korsa għat-tlielaq tal-karozzi f’Ħal Far matul din il-leġiżlatura u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-pagamenti huma regolati b’tender u kemm minnhom saru permezz ta’ direct order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal okkupa l-kariga ta’ Direttur Finanzjarju fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jelenka min kienu u min għandu din il-pożizzjoni bħalissa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2022 s’issa kien hemm 3 uffiċjali li differenti okkupaw din il-kariga.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix regolament dwar il-ħin ta’ meta t-tfal iridu jinġabru mid-dar filgħodu bil-mezzi tat-trasport għall-iskejjel offruti mill-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll sa x’ħin iridu jitwasslu fi tmiem il-jum tal-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-kuntratt attwali hemm provediment li jtenni li vjaġġi ta’ skejjel primarji tal-Istat iridu jsiru mhux aktar kmieni minn 45 minuta qabel il-ħin uffiċjali tal-ftuħ tal-iskola. Kif tispiċċa l-iskola t-tfal iridu jinġabru sa mhux aktar tard minn 20 minuta wara li tispiċċa l-iskola uffiċjalment.
Għall-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat, minħabba l-fatt li l-istudenti jinġabru minn rħula varji, il-vjaġġi jridu jsiru sa mhux aktar kmieni minn siegħa u nofs qabel il-ħin uffiċjali tal-ftuħ tal-iskola. Kif tispiċċa l-iskola t-tfal iridu jinġabru sa mhux aktar tard minn 30 minuta wara li tispiċċa l-iskola uffiċjalment.
Għal dawk l-iskejjel mhux tal-Istat, m’hemm l-ebda provediment ta’ fi x’ħin għandhom jinġabru t-tfal. Għaldaqstant, il-Ministeru ħareġ linji gwida li m’għandhomx jibdew aktar kmieni minn siegħa u nofs qabel jew mhux aktar kmieni mis-sitta u nofs ta’ filgħodu. Peress li dawn huma linji gwida, m’hemmx bażi legali għal infurzar.
Sena skolastika 2025-2026 - Transport service providers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ transport service providers għat-tfal, fis-settur statali, tal-knisja u tal-privat matul din is-sena skolastika? Kemm-il mezz ta’ trasport qiegħed jintuża din is-sena u kif jikkompara meta mqabbel mas-sena ta’ qabel? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm operaturi affiljati mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u jipprovdi lista tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ Operaturi tinsab f’din il-ħolqa:
https://edukazzjoni.gov.mt/wp-content/uploads/2025/06/NS-Service-Provider-Schools-for-Website-V.7.xlsx
madanakollu l-lista tal-operaturi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-action plan li kellu jsir rigward ir-rakkomandazzjonijiet li saru fl-audit tal-European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) qed tippjana li tapplika għall-audit tal-European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA) matul l-2026.
MFHEA – Istituzzjonijiet Edukattivi ġodda - Liċenzji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet ta’ Istituzzjonijiet Edukattivi ġodda pendenti biex tinħarġilhom il-liċenzja mill-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Istituzzjoniijiet Edukattivi ġodda li għadejjin mill-proċess ta’ akkreditazzjoni inizjali sabiex tinħarġilhom il-liċenzja jammontaw għal:
Higher Education Institutions, Further and Higher Education Institutions
21
Further Education Institutions
19
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm programmi li qed jistennew akkreditazzjoni mill-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa n-numru ta’ programmi li kienu għadejjin mill-proċess ta’ akkreditazzjoni inizjali jammontaw:
Higher Education Institutions, Further and Higher Education Institutions
103
Further Education Institutions
41
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi oħra dwar meta se jibda x-xogħol fl-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ, f’Ħal Qormi u meta effettivament se jkun qed jitlesta?
Mental Health First Aid Course - Taħriġ għall-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema taħt il-Ministeru tiegħu ġew imħarrġa fuq saħħa mentali permezz tal-Mental Health First Aid Course, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u f’persentaġġi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm LSAs u għalliema tal-Kindergarten, tal-Primarja u tas-Sekondarja li bdew jaħdmu f’Għawdex fis-sena skolastika 2025-2026 u f’liema skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li skont it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25666 kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’, tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jqiegħed kopja tal-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport sħiħ ikkumpilat mill-Agenzija Ewropea?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.