Studenti li applikaw għal korsijiet tal-Università
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' studenti li applikaw għal kull wieħed mill-korsijiet li għalihom kien hemm sejħa din is-sena għal tagħlim fl-Università?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew mislufa kotba mill-libreriji pubbliċi fl-2008 u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kif kien is-self imqassam mil-librerija nazzjonali, minn dawk reġjonali u minn dawk lokali? Hemm il-ħsieb li dawn il-libreriji kollha jkollhom servizz ta' internet u li dan is-servizz ikun imqabbad bejn librerija u oħra? Kemm minn dawn il-libreriji huma llum amministrati mill-kunsilli lokali? Liema huma dawn tal-aħħar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qasam tal-edukazzjoni — sejħiet għal direttur jew aktar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’sejħiet saru fid-dekasteru tagħha li għandhom x’jaqsmu mal-qasam tal-edukazzjoni għall-post ekwivalenti ta’ Direttur jew aktar mis-sena 2008 sal-lum, sena b’sena? Tista’ tagħti wkoll id-dati taċ-ċirkularijiet rispettivi u meta dehru dawn l-avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern għal kull każ? Tista’ tghid min intgħażel f’kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati għalliema regolari tal-Franċiż fis-snin 2006 u 2007 separatament? Tista’ tgħid min huma u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat tal-interview?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid min kienu l-persuni maħtura bħala Ombudsman tal-Università minn meta twaqqfet din il-kariga? Kemm tressqu ilmenti minn studenti quddiem l-Ombudsman tul is-snin kemm ilha teżisti din il-kariga sena b'sena? X'kienet in-natura ta' dawn l-ilmenti? Kemm ittieħdu deċiżjonijiet favur l-istudenti sena b'sena? Kemm ittieħdu deċiżjonijiet favur l-Università sena b'sena? Kemm minn dawn ma ġewx aċċetati bħala ilmenti validi sena b'sena? Fil-preżent, x'inhi l-medja taż-żmien biex tittieħed deċiżjonijiet mill-Ombudsman?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'użu qed isir mil-quarterly returns li jintbagħtu mill-iskejjel tal-istat lill-Head Office? Id-data minn dawn ir-returns minn min qed tinġabar u f'liema forma qed tinġabar, manwali jew digitali? Fejn qed tinħażen din id-data?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-quarterly returns jintużaw prinċipalment biex jaqdu il-bżonnijiet ta’ żewġ Direttorati f’xogħolhom. Meta tintalab, id-data tingħata wkoll lil-Parlament f’forma ta’ tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari, lill-istudenti universitarji, riċerkaturi, aġenziji tal-Gvern u anke aġenziji non-governattivi. Id-data tinġabar mill-iStatistics Unit fi ħdan id-Dipartiment tal-Assigurazzjoni ta’ Kwalita’. Id-data tinġabar b’mod diġitali u tinħażen fuq server li jinsab housed għand il-MITA.
Stima għal spejjeż biex jitneħħew prodotti tal-asbestos
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3378, tista' l-Ministru tgħid x'qiegħed iżomm milli titlesta l-istima tal-ispejjeż involuti biex prodotti tal-asbestos li hemm fl-iskejjel u li diġà għandha lista tagħhom, jitneħħew mingħajr aktar telf ta' żmien? Taħseb li periklu bħal dan kellu jingħata prijorità ferm akbar? Mingħand min kienet qed tistenna l-istima tal-ispejjeż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istima tal-ispejjeż involuti biex prodotti tal-asbestos li hemm fl-iskejjel statali jitneħħew inħadmet.
Sar programm biex dan l-eżerċizzju jinħadem fi tlett fażijiet peress li:
1. dawn il-prodotti m’humiex jintużaw u mhux aċċessibbli għall-istudenti u għalhekk m’humiex ta’ periklu imminenti;
2. is-somma involuta hija waħda konsiderevoli.
L-ewwel fażi nħadmet waqt il-vaganzi tas-sajf 2009 biex waqt it-tneħħija ma jkunx hemm tfal fl-iskejjel.
Inġabret stima mingħand operaturi liċenzjati u approvati mill-Wasteserv biex jagħmlu dan ix-xogħol.
talbiet mill-iskejjel għas-servizz ta' School Psychologist
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' talbiet mill-iskejjel għas-servizz ta' school psychologist matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u skola bi skola? Kemm minn dawn it-talbiet ġew indirizzati u kemm għad baqa' pendenti? Kif inhi l-proċedura meta jsiru talbiet bħal dawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-proċedura meta jsiru talbiet mill-iskejjel għas-servizz ta’
school psychologist
, taħdem b’dik li tissejjaħ
open-referral
system
li tfisser li studenti jistgħu jiġu riferuti għall-servizzi ta’
school psychologist
, minn kull entità sakemm ikun hemm il-kunsens bil-miktub tal-ġenituri fuq il-formola uffiċjali tas-
School Psychological Services
.
Skejjel tal-istat — Kunsill Skolastiku - informazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'liema skejjel tal-istat hemm Kunsill Skolastiku, skola bi skola? Minn min hu kompost kull kumitat ta' kull skola? Kif inhi l-proċedura preżenti biex jiġu eletti dawn il-kunsilli? X'inhuma t-terms of reference ta' dawn il-kunsilli? Kif iġibu l-fondi biex jiffunzjonaw dawn il-kunsilli? X'attivitajiet isiru minn dawn il-kunsilli? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kalendarju tal-attivitajiet ta' kull Kunsill Skolastiku għas-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'mezzi ta' sigurtà jeżistu fl-iskejjel tal-Istat sew għal matul il-jum kif ukoll għal matul il-lejl biex jipproteġu sew lill-istudenti u l-għalliema, kif ukoll il-proprjetà? Kemm hemm skejjel li għandhom il-faċilità ta' closed circuit television? Kemm hemm skejjel mgħammra b'sistema ta' fire alarm? Kemm hemm skejjel mgħammra b'sistema ta' intruder alarm? Kemm hemm skejjel li tħallew jidħlu f'kuntratti ma' kumpanniji tas-sigurtà biex jipprovdulhom is-sigurtà meħtieġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mezzi ta’ sigurta, kemm għan-nies, kif ukoll għall-proprjetà għal matul il-lejl għandna watchmen, closed circuti televisions u intruder alarms. Għal matul il-jum kull skola tħaddem il-metodu tagħha ta’ kif iżżomm is-sigurtà kemm għall-istudenti, kif ukoll għall-għalliema, inkluż il-bieb ta’ barra magħluq li jinfetaħ minn uffiċċju tal-amministrazzjoni biss.
Hemm 46 skola li għandhom il-faċilita ta’
closed circuit television
, 55 skola mgħammra b’sistema ta’
fire alarm
, u 89 skola mgħammra b’sistema ta’
intruder alarm
.
Tmien skejjel għandhom kuntratt ma’ kumpaniji li jipprovdu servizzi ta’ sigurtà għall-manteniment tal-
closed circuit television
, 9 skejjel għas-sistema ta’
fire alarm
u 20 skola għas-sistema ta’
intruder alarm
.
Tista' l-Ministru tgħid kemm bdew studenti f'kull fakultà/dipartiment/istitut fl-Università ta' Malta din is-sena akkademika, jiġifieri 2009/2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni hija għar-rigward in-numru ta’ studenti li ġew aċċettati sal-1 ta’ Ottubru 2009.
Tista' l-Ministru tgħid minn liema lokalità ġejjin l-istudenti li bdew is-sena akkademika 2009/2010 fl-Università ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni hija għar-rigward in-numru ta’ studenti li ġew aċċettati sal-1 ta’ Ottubru 2009.
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu studenti barranin din is-sena akkademika jiġifieri 2009/2010 fl-Università ta' Malta? Minn liema pajjiż barrani ġejjin? Liema kors għażlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni hija għar-rigward in-numru ta’ studenti li ġew aċċettati sal-1 ta’ Ottubru 2009.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' staff akkademiku fl-Università ta' Malta? Minn liema lokalità ġej l-istaff akkademiku Malti? Minn liema pajjiżi ġej l-istaff akkademiku barrani?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett għall-bini ta' campus ġdid għall-MCAST, u jekk dan miexi 'l quddiem fiex se jkun jikkonsist? Kemm se jiswa u meta hu maħsub li jitlesta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proġett għall-bini ta’ campus ġdid għall-MCAST qiegħed fil-proċess li tingħalaq l-applikazzjoni għall-Outline Development Permit mill-MEPA u allura il-programm tax-xogħlijiet u tlestija għadu ma jistax jiġi konkluż. Hu maħsub li l-ewwel fażi tal-proġett tkun il-parti ċentrali ta’ campus li tikkonsisti fi:
Librerija
Binja Amministrativa
Binja għall-faċilitajiet tal-istudenti
Institute of Business & Commerce
Institute of Applied Sciences
Underground Carpark
Il-Gvern diġà ħabbar li l-ispiża totali tal-proġett hi ta’ madwar 120 miljun Ewro.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8525, tista' l-Ministru tgħid jekk l-evalwazzjoni msemmija fit-tweġiba saritx jew le? Jekk fl-affermativ, x'kien ir-riżultat u x'deċiżjonijiet ittieħdu? Tista' tgħid ukoll jekk ġewx konsultati għaqdiet u persuni barra mill-qasam edukattiv iżda li jagħmlu użu u għandhom ukoll interess fl-istess bini?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-evalwazzjoni tal-ispazju li hemm fil-Liċeo tal-Bniet fiż-Żejtun fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More saret. Ġie deċiż li fl-ispazju fejn hemm il-ground jiġi żviluppat f’faċilità sportiva. Sar ftehim bejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Kunsill Malti għall-Isport, sabiex il-ground ikompli jintuża għall-attività sportiva. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni kkonsulta ukoll maż-Żejtun Corinthians F.C. u ġiet ukoll ikkunsidrata proposta mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun qabel ma ttieħdu d-deċiżjonijiet.
Tista’ l-Ministru tgħid kien kemm hemm studenti Għawdxin isegwu korsijiet fl-Institute of Toursim Studies f’Malta u f’Għawdex separatament sena b'sena mill-2000 sal-2008? Tista’ tgħid kemm hemm studenti llum? Tista’ tagħti din l-informazzjoni skond il-kors li segwew/qed isegwu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kien kemm hemm studenti Għawdxin isegwu korsijiet fl-MCAST f’Malta u f’Għawdex separatament sena b'sena mill-2000 sal-2008? Tista’ tgħid kemm hemm studenti llum? Tista’tagħti din l-informazzjoni skond il-kors li segwew/qed isegwu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.