Enemalta — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17146 u telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-Enemalta, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Impjegati
Question
Għal kull awtorità jew entità pubblika li taqa' taħt id-dekasteru tagħha, tista' l-Ministru tgħid, kemm hemm:
1. impjegati li qed jaħdmu fuq bażi part-time, u f’kull każ x’inhu r-rwol ta’ kull impjegat?
2. impjegati li qed jaħdmu fuq bażi ta’ reduced hours u f’kull każ x’inhu r-rwol ta’ kull impjegat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir -Airtime u Programmi — Nefqa
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Tista' tindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm u fejn inbidlu mains ta’ drenaġġ u ilma ġewwa Għawdex minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma raħal b'raħal u tgħid liema minnhom kienu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u minn liema programm kienu ffinanzjati? Tista’ tgħid ukoll kemm kienet l-ispiża globali lokalità b’lokalità u triq b’triq, u x’pjanijiet hemm għall-bdil ta’ mains tad-drenaġġ u tal-ilma raħal b’raħal u triq b’triq ġewwa Għawdex sal-aħħar tas-sena 2024? U liema minnhom ser jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u minn liema programm ser ikunu ffinanzjati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar ix-xogħlijiet li saru fil-perjodu indikat, ninsab infurmata li matul din is-sena qed ikun ippjanat biex jinbdew xogħlijiet simili fi Triq Xandriku u Triq Pisani fin-Nadur, Triq Mannar u Triq Karkar fix-Xagħra, Triq San Domeniku fir-Rabat (Victoria) u Triq Wied Sara fl-Għasri u dawn ukoll se jkunu finanzjati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
CT2029/2024 Tender for the Services of Park Cleaners using Low emission equipment for PROJECT GREEN
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għala nħasset il-ħtieġa li tinħareġ is-sejħa: CT2029/2024 Tender for the Services of Park Cleaners using Low emission equipment for PROJECT GREEN? Kemm hi stmata din is-sejħa u kemm hu l-perjodu ta' żmien ta’ din is-sejħa? Tista’ tindika l-postijiet li ser jiġu mnaddfa permezz ta' din is-sejħa kif ukoll tgħid min f'dawn l-aħħar xhur u snin u fil-preżent kien qed jagħmel dan ix-xogħol? Tista’ tgħid ukoll kif intgħażel u kemm kien jitħallas u qed jitħallas?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta twaqqfet f’Jannar 2023, Project Green inkorporat fi ħdanha l-operat ta’ Parks Malta u b’hekk baqgħu jintużaw is-servizzi marbuta mat-tindif li kienu jaħdmu fil-perjodu preċedenti. Matul dawn ix-xhur kien żmien tranżitorju biex jibda l-operat ta’ Project Green. Kif aktar Parks qed jiġu taħt il-ħarsien ta’ Project Green, inħasset il-ħtieġa li tinħareġ is-sejħa li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant biex tkopri l-esiġenzi.
Din is-sejħa hi stmata €1,718,024.88 u tinsab aċċessibli fis-suq sal-21 ta’ Marzu 2024. Il-postijiet li ser jiġu mnaddfa permezz ta' din is-sejħa huma Petting Farm Ta’ Qali , Buġibba WaterPark (xhur tas-sajf), Romeo Romano, Ġnien Calvagna, Ġnien Ħamrun, Sant’Antnin Family Park, Ġnien ir-Rinella fil-Kalkara, Ġnien Kottoner, San Klement Family Park u l-Park ta’ Bengħajsa. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Frar 2024?
Enemed — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza
Question
Tista' l-Ministru telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-Enemed, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
ARMS — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza
Question
Tista' l-Ministru telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-ARMS, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Energy and Water Agency — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza
Question
Tista' l-Ministru telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-Energy and Water Agency, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar servizzi ta’ konsulenza.
Water Services Corporation — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza
Question
Tista' l-Ministru telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-Water Services Corporation, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar servizzi ta’ konsulenza.
Enemalta — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza
Question
Tista' l-Ministru telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-Enemalta, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex mhux kull impjegat u uffiċjal tal-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma (WSC) li ġie interrogat mill-Financial Crimes Investigations Department (FCID) fl-aħħar xhur (b'mod partikolari fis-sajf tal-2023), inkonnessjoni mal-abbuż fi frodi tal-benefiċċji soċjali u li kontrihom ġew ippreżentati l-akkużi kriminali fil-Qorti, ġie sospiż b'nofs paga kif jistipula l-Ftehim Kollettiv, iżda kienu biss uħud li ġew sospiżi? Tista’ tgħid ukoll għaliex minkejja li l-FCID infurmaw lill-WSC fl-aħħar xhur bl-isem ta' kull impjegat u uffiċjal tal-WSC li huma kienu interrogaw u li kienu se jressqu l-Qorti, skont kif inhi l-proċedura, xorta waħda sal-lum il-WSC ma ssospendithomx kollha b'nofs paga? Għaliex id-double standards tal-WSC?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma la rċeviet ebda komunikat mingħand il-FCID u lanqas ma hi b’xi mod involuta fl-ebda investigazzjoni. Kif stipulat fil-ftehim kollettiv, il-Korporazzjoni tieħu passi biss fuq taħrikiet uffiċjali mibgħuta mill-Pulizija. Naċċerta lill-Onor. Interpellant li mkien ma jirriżultaw id-“double standards” li qed jipprova jattribwixxi.
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema xahar tas-sena hu maħsub li jibda x-xogħol mix-Xlendi substation sa Xlendi Ulysses substation ġewwa x-Xlendi? Tista’ tgħid ukoll kemm hu stmat li ser jiġi jiswa x-xogħol kollu, minn min ser isir ix-xogħol, meta ħarġet is-sejħa, meta ġie awarded ix-xogħol u kemm hu mistenni li jieħu żmien biex jitlesta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14974, inżid ninfurmah li s-sejħa nħarġet fil-31 ta’ Mejju 2023 u dan ix-xogħol intrebaħ minn Gatt Tarmac Ltd. fit-30 t’Awwissu 2023.
Il-Qala Għawdex – Żona tal-Kunċizzjoni – Provvista tad-dawl
Question
Peress li f'dawn l-aħħar tliet snin kien hemm problema ta' dawl li ġej u sejjer ġewwa l-akkwati tal-Kunċizzjoni ġewwa l-Qala Għawdex u l-madwar, tista’ l-Ministru tgħid x'sar fil-konkret f'dawn l-aħħar tliet snin biex ikun hemm provvista tad-dawl kif suppost u b’hekk ma jkunx hemm problemi għan-nies li jgħixu f'dawn l-akkwati? Tista’ tgħid ukoll x' hemm maħsub li jsir fil-ġranet u ġimgħat li ġejjin biex din il-problema tissolva darba għal-dejjem?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fl-aħħar sentejn inbidlu l-arbli kollha li jagħtu għaż-żona indikata, kif ukoll inbidlu u ġew rinfurzati l-linji fiż-żona tal-Knisja tal-Kunċizzjoni. Fix-xhur li ġejjin, ser jiġu installati low voltage regualators biex tkompli tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku u għaddejjin tħejjijiet biex ikun identifikat sit fejn l-aħjar li tinbena substation ġdida f’din iż-żona.
Fl-2023 inbidlu wkoll madwar 650 metri ta’ cables fuq livell ta’ vultaġġ medju ta’ 11-il kilovolt, kif ukoll sar xogħol fuq ħames feeders ġodda f’din il-lokalità waqt li substation eżistenti ġiet mgħammra bi switchgear ġdid.
Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti saru minn Project Green ġewwa Għawdex u Kemmuna sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm intefqu flus fuq kull proġett? Tista’ tgħid ukoll xi proġetti hemm ippjanati li jsiru ġewwa Għawdex u Kemmuna minn Project Green u kemm hi stmata li ser tkun l-ispiża fuq kull proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13140, inżid li Ambjent Malta wkoll għadha qed issostni numru ta’ interventi oħrajn f’Għawdex u Kemmuna. Dawn jinkludu interventi protettivi għall-għaram tar-ramel fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra u l-installazzjoni ta’ tabelli informattivi ġodda fis-sit tad-Dwejra. Min-naħa l-oħra, l-interventi f’Kemmuna huma aktar intensivi hekk kif diġà twettaq ħafna xogħol ta’ restawr ambjentali l-aktar fil-campsite l-antika ta’ Santa Marija fejn tħawlu siġar ġodda u saret manutenzjoni u ħidma preventiva sabiex jiġu protetti l-għaram tar-ramel. F’Kemmuna ġew restawrati wkoll għadd ta’ ħitan tas-sejjieħ u tkompla x-xogħol ta’ tneħħija ta’ speċi aljeni invażivi. Dawn l-interventi, li qed jitwettqu b’kollaborazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, se jissoktaw fix-xhur li ġejjin.