Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siġar u arbuxelli indiġeni miżrugħa u mħawla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew miżrugħa u mħawla siġar u arbuxelli indiġeni tul is-sena 2020? Jista’ jindika n-natura tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ siġar u arbuxelli indiġeni li tħawlu mill-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar matul din is-sena kien ta’ disat elef, mija u tmienja (9108). L-aktar speċi komuni kienu l-Bruka, id-Deru, il-Klin, il-Prinjol, il-Virgi, Iż-Żebbuġija, Ir-Riħan, Iż-Żebbuġ u l-Ħarrub. Kif tindika t-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, l-aktar speċi komuni kienu l-Bruka, id-Deru, il-Klin, il-Prinjol, il-Virgi, Iż-Żebbuġija, Ir-Riħan, Iż-Żebbuġ u l-Ħarrub.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11390 li għamel hu stess f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Hekk kif tinġabar l-informazzjoni ulterjuri mitluba minnu, din tkun tista’ tingħata wkoll.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Civic Amenity Sites – reġistrazzjoni tal-vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fir-rigward ta’ registration tal-vetturi li jistgħu jużaw is-Civic Amenity Sites; a. meta saru l-aħħar emendi fir-regolamenti ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi għal użu tas-Civic Amenity Sites; u b. jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- ispecifications tal-vetturi li huma f’Kategorija A u Kategorija B u li turi d-daqsijiet tal-vetturi kif ivarjaw minn kategorija għal oħra?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolamenti ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi għal użu tac-centri ta’ skart goff ghadhom kif kienu. Qieghed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Il-Magħtab – Landfill — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qiegħed isir fil-preżent fil-landfill tal-Magħtab b’preparazzjoni għal għoti ta’ tenders fir-rigward tal-proġett għall-inċineratur fil-landfill tal-Magħtab? Jista’ jgħid kemm qed jinqata’ blat fil-preżent sabiex tkumpli tikber il-ħofra li fih kien se jitwaddab l-iskart?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant tal-Iskart għall-Enerġija mhux se jinbena fil-landfill tal-Magħtab, iżda maġenbha. Ix-xogħlijiet li għaddejjin fuq il-post huma parti mill-istudju arkeoloġiku tas-sit. Intant, s-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet ta’ tħaffir meħtieġa għall-estensjoni tal-landfill se tkun qiegħdha tiġi ppublikata fil-jiem li ġejjien.

Gżejjer Maltin – taqsim tal-art

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14578 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-taqsim tal-art fil-gżejjer Maltin f’persentaġġ bħala kampanja (b’veġetazzjoni naturali u semi-naturali), art agrikola u dik żviluppata (inkluż żoni industrijali) fil-preżent?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li għab-bażi tal-Corine Land Cover tal-2018, it-taqsim tal-art fil-gżejjer Maltin huwa kif ġej: • Żviluppata (inklużi żoni industrijali) – 28.3% • Art agrikola – 52% • Kampanja (b’veġetazzjoni naturali u semi-naturali) – 18.3% Ta’ min iżid ukoll illi fil-Gżejjer Maltin madwar 28.9% tal-art hija mħarsa u protetta jew skedata b’liġijiet ambjentali jew tal-ippjanar, bi 13.8% ta-art tifforma parti min-netwerk Natura 2000; dawn iż-żoni jinkludu kemm siti b’veġetazzjoni naturali jew semi-naturali kif ukoll art agrikola u artijiet b’użu ieħor (bħal, pereżempju, iċ-Ċittadella).

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar ’l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema impjegati u/jew sekondati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mas-Segretarjat Privat tal-Ministru? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-Ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru minn fejn huma seconded jew on loan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif kont spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 14883, l-ingaġġi fuq ba¿i ta’ person of trust jew position of trust fis-Segretarjat tal-Ministeru ssir skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tas-Segretarjat tiegħi, n-numru ta’ impjegati li ġew ingaġġati mis-Servizz Pubbliku huwa ta’ tnejn (2).

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – xiri ta’ laptops u notebooks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw laptops u notebooks minn kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul l-aħħar sena u nofs? X'kienet l-ispiża minfuqa? Mingħand min inxtraw? Kif ġie deċiż mingħand min jinxtraw?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – lista ta’ konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, għamlu użu minnhom matul is-snin 2017, 2018, 2019 u 2020? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema fis-segretarjat privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni fis-Segretarjat Privat tad-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandhom? Kemm jitħallsu fix-xahar u x'perkaċċi għandhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 14883, is-Segretarjat tiegħi huwa kompost skont kif jipprovdi l-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – vacancies għas-sajf għal studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dipartimenti, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hux se jkun hemm xi vacancies għas-sajf għal studenti li jkunu bil-vakanzi? Jekk fl-affermattiv, fejn ser ikunu, xi kwalifiki ser ikunu mitluba u kemm ser jidħlu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, l-ingaġġ ta’ studenti fi żmien il-vakanzi tas-sajf isir skont il-provvedimenti taċ-ċirkolari annwali li tinħareġ mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Fil-każ tas-sajf 2020, iċ-ċirkolari msejħa “Opportunitajiet ta’ Xogħol tas-Sajf 2020 għall-istudenti” kienet iġġib ir-referenza MEDE/10/2020.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — sponsorships/grants mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-isponsorships/grants kollha li ngħataw minn xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tiegħu sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull sponsorship/grant jgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizzjattiva u meta ngħatat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li informazzjoni dwar sponsorships mogħtija bejn Ġunju 2017 u Jannar 2020 fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 12706. B’żieda mal-informazzjoni li diġà tajt, ngħarrfu li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’informazzjoni addizzjonali li ma kinetx taqa’ fil-parametri tal-Mistoqsija Parlamentari preċedenti.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Board meetings matul l-2020

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 16122.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – family friendly measures u childcare facility

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-family-friendly/work-life balance measures li jitħaddmu fid-dekasteru tiegħi huma dawk li jistipula l-Manual on Work-Life Balance Measures li wieħed jista’ jaċċessah online fuq is-sit tas-Servizz Pubbliku. Il-mi¿uri li jipprovdi għalihom dan il-Manwal huma applikabbli għall-impjegati kollha fl-Amministrazzjoni Pubblika. Fir-rigward ta’ faċilitajiet ta’ childcare, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, grazzi għall-miżura tal-Free Child Care, kif implimenta mill-Gvern fl-aħħar snin, dawk il-ġenituri/gwardjani li qegħdin, jew li jixtiequ jidħlu, fid-dinja tax-xogħol jew li jkomplu bl-istudji tagħhom, jistgħu jibbenefikaw minn child care tal-għażla tagħhom b’xejn mingħajr il-ħtieġa li jkollhom it-tali faċilità fuq il-post tax-xogħol.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħlas għall-konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'ċifra ta' flus f'konsulenza mill-uffiċċju tiegħu u minn dipartimenti fid-dekasteru tiegħu matul din is-sena s'issa? Jista' jipprovdi break down lil min tħallsu u kemm hija ċ-ċifra ta' flus dovuta sa dan l-aħħar tas-sena u nofs?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – nisa li talbu għal transfer f’Għawdex minħabba tqala

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministeru tiegħu biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-aħħar ħames snin, fid-dekasteru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħi ma kien hemm l-ebda mara Għawdxija li matul it-tqala tagħha talbet li tiġi ttrasferita lejn Għawdex b’mod proviżorju u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema fuq bażi ta’ kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika għal-liema kuntratti qed jirreferi.

Promozzjoni ta’ Green Jobs

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-promozzjoni ta’ xogħol aħdar (green jobs) kompla matul l-aħħar snin permezz ta’ l-implimentazzjoni tal-iStrateġija għal Ekonomija Ħadra fejn komplejna l-promozzjoni ta’ investiment u tħaddin ta xogħol aħdar. Fl-istħarriġ li sar fl-2015 permezz tal-Uffiċju Nazzjonali għall-Istatistika ħareġ li 3.6% mill-impjiegi Maltin huma meqjusa ‘green jobs’. Dawn huma mferrxin tul numru ta’ setturi ekonomiċi, xhieda tal-penetrazzjoni li dawn it-tipi ta’ impjiegi qed ikollhom. Ix-xogħol dwar promozzjoni tal-ekonomija l-ħadra tkompla u l-ministeru tiegħi qiegħed jistħarreġ kemm żdiedu dawn it-tip ta’ impjiegi fis-snin 2018 u 2019 u 2020 bl-assistenza tal-uffiċċju nazzjonali ta’ l-istatistika. Fix-xhur li ġejjin ikollna stampa iktar riċenti ta’ fejn qiegħed pajjiżna fir-rigward ta’ ekonomija ħadra. Irrid inżid illi impjiegi ħodor jistgħu jkunu kkrejati minn kull settur ekonomiku u mhux permezz ta’ xogħolijiet fl-ambjent biss. Il-Ministeru tiegħi jista’ jagixxi ta’ xprun permezz tal-politika li huwa jħaddan. Ta’ min jgħid li ftit ilu ħabbart investiment kbir f’infrastruttura ħadra fil-lokalitajiet tal-Mosta, il-Ħamrun u Ħal-Qormi li għandhom ikunu ta’ xprun ta’ kif nixtiequ li l-iżvilupp tagħna jsir. Dan ser ikompli joħloq aktar postijiet tax-xogħol ħodor. L-istess jista’ jingħad fil-qasam tal-iskart fejn l-investimenti bla preċedent li ser nagħmlu għandhom jixprunaw ukoll dawn it-tip ta’ impjiegi.