Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Konsulenti/Persons of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti jew persons of trust li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma Third Country Nationals?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti u l-persons of trust li jaħdmu fil-Ministeru li tiegħu jiena responabbli huma kollha ta’ ċittadinanza Maltija.

Ristrutturar tas-settur tal-ħalib — Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati u konsegwentament mogħtija fondi għar-ristrutturar tas-settur tal-ħalib mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għas-settur tal-ħalib ġew allokati fondi taħt diversi skemi hekk kif ġej: · Skema temporanja ta’ għajnuna mill-Istat lis-settur tal-ħalib maħsuba biex tikkumpensa lill-bdiewa għat-telf esperjenzat minħabba disturbi fis-suq li ġabet magħha l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja: Mill-2023 sal-lum ġew allokati €2.3 miljuni għar-ristrutturar tas-settur tal-ħalib li minnhom tħallsu €2,229,290. · Skema għall-istabbilità tal-prezzijiet tal-ikel li tkopri l-ġwież u d-dqiq: Fl-2023 ingħata sussidju ta’ €11,984,494 filwaqt li fl-2024 ingħataw €4,309,246. · Għajnuna Statali għar-Riforma tas-Suq Domestiku fis-Settur tal-Ħalib: Ġew allokati 6 miljun ewro maħsuba sabiex tappoġġa s-sostenibbiltà u l-kompetittività tas-settur tal-ħalib. Skema f’ dan ir-rigward qed tiġi diskussa. · Skema ta’ ristrutturar tal-irziezet tal-baqar: Din l-iskema li ħarġet fl-2023, kienet intenzjonata għar-ristrutturar tal-irziezet tal-baqar sabiex jiġi assigurat illi raħħala li ma kienux ibbenefikaw min skemi passati ddedikati għall-irristrutturar ikollhom l-opportunita’ li jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja. Is-somma totali mqasma permezz ta’ din l-iskema kienet ta’ € 150,720.71. · Skema li tagħti għajnuna finanzjarja għal investimenti fuq l-irziezet: Din l-iskema għandha allokazzjoni baġitarja ta’ madwar 21 miljun ewro ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea u minn fondi nazzjonali taħt il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta. L-Awtorità ta’ Tmexxija ħabbret li din l-iskema għandha titnieda fil-futur qarib. · Għajnuna għall-istabbiliment ta’ negozju għall-bdiewa żgħażagħ: Din l-iskema, wkoll taħt il-PAK, tipprovdi għajnuna finanzjarja lil bdiewa taħt il-41 sena sabiex jistabbilixxu n-negozju/azjenda tagħhom fis-settur billi jimplimentaw Pjan ta’ Negozju approvat. Il-baġit allokat huwa ta’ madwar 5 miljun ewro. Din l-iskema għadha ma ġietx imnedija mill-Awtorità ta’ Tmexxija.

Settur tas-sajd — Sajjieda żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sajjied żgħażugħ/a li kienu jixtiequ jiġu impjegati fis-settur tas-sajd ġew impjegati ma’ sajjieda stabbiliti? Kemm-il sajjied li kellu aktar minn bastiment wieħed gawda permezz ta’ skema ta' inċentivi sabiex jimpjega miegħu sajjieda żgħażagħ li jkunu jixtiequ jibdew jaħdmu f’dan is-settur u x'kienu dawn l-inċentivi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura nhieda proġett pilota f’dan ir-rigward sabiex jevalwa l-interess fis-settur f’dan il-prinċipju propost. Fil-fatt, b’kollox kien hemm żewġ sajjieda li wrew interess biex joffru spazju għal din l-opportunità iżda ma kinux konformi mal-kundizzjonijiet tal-proġett pilota, u kien hemm ukoll żagħżugħ wieħed. Dan ifisser li l-proġett pilota ma ġġenerax l-interess mixtieq. L-incentivi proposti kienu monetarji fl-ammont ta’ €200 kull xahar.

Sajjieda — Għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sajjied gawda minn għajnuniet biex sajjjieda setgħu jixtru l-ewwel bastiment tagħhom? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-istrumenti finanzjarji u kemm ġew allokati u konsegwentament utilizzati flus għal dawn l-istrumenti finanzjarji?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din il-miżura bdiet tiġi implimentata billi ftit tal-ġimghat ilu beda jsir studju magħruf bħala ex-ante assessment li jikkonsulta ma' stakeholders varji sabiex janalizza l-bżonn u l-mudelli differenti ta' dan l-istrument finanzjarju li jistgħu jkunu kkunsidrati għal din il forma ta’ sapport.

Għawdex — Ħondoq ir-Rummien u Daħlet Qorrot - Studji teknċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju wasslu l-istudji tekniċi biex jiġu mtejba l-landing sites ta’ Ħondoq ir-Rummien u Daħlet Qorrot, f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’xogħlijiet ser isiru f'dawn il-landing sites u kemm hi stmata li ser tkun in-nefqa?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Aġenzija Aquatic Resources Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-bord tal-Aġenzija Aquatic Resources Malta? Kemm qed tħaddem ħaddiema preżentament din l-Aġenzija u f'liema gradi? Jista’ jgħid ukoll minn fejn qed topera din l-Aġenzija?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-Leġislazzjoni Sussidjarja 595.47 Aquatic Resources Malta (establishment as an agency) Order, Legal Notice 283 tal-2023, li jindika li l-Aġenzija m’għandiex bord. Sad-data li fiha twieġbet din il-mistoqsija, l-Aġenzija għandha 42 impjegati fil-gradi tal-Aġenzija kif indikat hawn taħt: Nomenclature Numru ta’ Impjegati Assistant Officer 9 Chief Executive Officer 1 Chief Officer 1 Executives 3 Officer 4 Senior Executive 2 Senior Officer 14 Senior Support Staff 1 Senior technical Officer 1 Support Staff 5 Technical Officer 1 L-Aġenzija qed topera mit-Torri ta’ San Luċjan ġewwa Marsaxlokk.

Aġenzija Aquatic Resources Malta — Riċerka u innovazzjoni ġdida fl-akwakultura u sajd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'sar b'mod tanġibli mill-Aġenzija Aquatic Resources Malta fir-settur tar-riċerka u innovazzjoni ġdida fl-akwakultura u sajd?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-Aġenzija Aquatic Resources Malta bdiet topera bejn tmiem l-ewwel kwart u l-bidu tat-tieni kwart ta’ din is-sena, baqgħet għaddejja bir-riċerka mibdija mid-Dipartiment, u bdiet proġett ġdid ta’ riċerka dwar id-diversifikazzjoni tal-ispeċi. Bil-kollaborazzjoni tas-sajjieda reġistrati, llum fil-faċilitajiet tal-Aġenzija hemm iċ-ċervjol u l-pagri. L-Aġenzija qed tati s-sehem attiv tagħha wkoll fit-tiswir tal-istrateġija għall-akwakultura u kif ukoll dik għas-sajd sostenibbli. L-Aġenzija tinsab attiva wkoll fil-bini ta’ relazzjonijiet ġodda ma’ universitajiet u ċentri ta’ riċerka fl-Ewropa. Tajjeb inżid li matul dawn ix-xhur ukoll, il-Kummissjoni Ewropea għarfet il-ħidma fir-riċerka tant li tellgħet programm sħiħ fis-sensiela ‘Ocean’ fuq l-istazzjon Ewronews dwar wieħed mill-proġetti ta’ riċerka.

Kors ta' Veterinarju — Numerus Clausus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kors ta' Veterinarju, li beda għall-ewwel darba f'pajjiżna din is-sena, kellux marbut miegħu Numerus Clausus fejn jidħlu l-applikazzjonijiet tal-istudenti?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21746.

Biċċerija pubblika — Nefqa għal overtime tas-securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal overtime tas-securities fil-Biċċerija Pubblika, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21014.

Għammieri — Nefqa għal overtime tas-securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal overtime tas-securities fl-Għammieri minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21014.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W305.

Prodotti lokali — Tikketti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx introdotti tikketti li jidentifikaw prodotti lokali u jipprovdu traċċabbilità għall-ħaxix, frott u ħut frisk sabiex nippromwovu użu tal-prodotti lokali? Jista’ jgħid ukoll f’liema swieq u liema prodotti qed ikollhom dawn it-tikketti?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-frott, il-ħaxix u kif ukoll il-ħut li jinbiegħu mis-swieq ċentrali, jiġifieri l-Pitkalija u l-Pixkerija rispettivament, kollha jinħarġu bit-tiketti ta’ traċċabilità. Barra minn hekk, il-Gvern għaddej b’tibdil leġislattiv sabiex isaħħaħ it-traċċabiltà tal-prodotti li jinbiegħu mis-swieq ikkontrollati mill-Malta Food Agency. Dan sabiex l-informazzjoni kollha meħtieġa tasal lill-konsumatur, speċjalment informazzjoni dwar l-orġini tal-prodott.

Product Designated of Origin — Prodotti Maltin li ġew irreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema prodotti Maltin ġew irreġistrati bħala Product Designated of Origin u f'liema data saret din ir-reġistrazzjoni għall kull prodott irreġistrat?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Agri Fair

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-Gvern l-organizzazjoni tal-Agri Fair li saret sentejn ilu u din is-sena separatament u għall-liema servizzi? Għall kull darba li ġiet organizzata l-Agri Fair separatament, l-għoti ta' dawn is-servizzi ngħataw wara ħarġa ta' offerti, b'sistema ta' 'quotations' jew b'direct order? Għall kull darba li ġiet organizzata l-Agri Fair separatament, min ibbenefika minn dawn l-offerti, 'quotations' u direct orders? Kemm kien l-ammont fi flus f'kull każ u għal liema servizzi saret kull nefqa?

Response (REFALO, ANTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġia tal-mistoqsija parlamentari 1111, qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Agri Fair — Parteċipanti/esebituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-parteċipanti/esebituri tal-Agri Fair li ġiet organizzata sentejn ilu u din is-sena separatament?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Agri Fair — Dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern mill-organizzazjoni tal-Agri Fair ta' sentejn ilu u ta' din is-sena separatament u minn xiex?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-dħul mill-Agrifair ta’ sentejn ilu kien dak ta’ €34,631.00, filwaqt li għal din is-sena id-dħul kien jammonta għal €48,231.93.

Xiri ta’ ġwież u dqiq — Sussidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-Gvern, minn Ottubru 2023 sa Settembru 2024, maqsuma xahar b'xahar, biex ingħataw sussidji biex jinxtara l-ġwież u dqiq separatament, sabiex tkompli tiġi sostnuna l-istabbilità fil-prezz tal-ikel bażiku?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ottubru 2023 sa Settembru 2024, l-għajnuna li tal-Gvern fir-rigward tal-istabbilità tal-prezzijiet għall-ikel li tkopri l-ġwież u d-dqiq kienet dik ta’ €5,776,728.83 skont it-tabella segwenti: Perjodu Ġ wież Qamħ u Dqiq 2023 Ottubru € 634,460.22 € 276,247.73 Novembru € 405,502.32 € 293,463.96 Diċembru € 110,022.73 € 4,688.48 2024 Jannar € 151,360.04 € 195,105.02 Frar € 456,533.49 € 96,709.02 Marzu € 145,303.18 € 1,214,645.62 April € 280,656.43 - Mejju € 407,493.36 € 171,190.24 Ġunju € 116,931.32 - Lulju € 207,802.53 € 84,242.18 Awwissu € 181,399.70 - Settembru € 241,811.80 € 101,159.46 Total € 3,339,277.12 € 2,437,451.71

Kors ta' Veterinarju — Akkreditazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif ser ikun akkreditat il-kors ta' Veterinarju u jekk hux ser ikollu l-istess tip ta' warrant ta' veterinarji li diġà gradwaw snin qabel?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ta’ Qali – Sptar tal-annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun qed jiftaħ l-isptar tal-annimali ġewwa Ta' Qali kemm għall-pubbliku biex jingħata servizz għall-annimali tiegħu, għall-annimali li jinġabru mill-ambulanza tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u kif ukoll biex l-istudenti li qed jattendu l-kors ta' Veterinarju jibdew parti mill-istudju tagħhom hekk kif kien ġie mħabbar?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Strateġija Nazzjonali għall-Annimali u l-Ħarsien tagħhom

Question

Bħala waħda mill-wegħdiet għall-Baġit maħsub għal din is-sena, jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi ppubblikata l-Istrateġija Nazzjonali għall-Annimali u l-Ħarsien?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq id-drafting tal-istrateġija għaddej b’ritmu tajjeb. Fix-xhur li ġejiin ser jibdew il-konsultazzjonijiet pubbliċi qabel l-istrateġija tiġi mnedija. Il-pubblikazzjoni finali hi dipendenti fuq l-andament tal-konsultazzjoni pubblika u n-numru ta’ kummenti li ser jiġu sottomessi u skont in-numru u n-natura ta’ emendi li jkollhom jidħlu fis-seħħ fid-dokument finali.