Sewqan taħt l-effett tal-alkoħol – Persuni mressqa l-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti minħabba li kienu qed isuqu taħt l-effett tal-alkoħol f'dawn l-aħħar ħames snin, bil-figuri maqsuma għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom instabu ħatja u x’pieni weħlu maqsuma għal kull sena għall-istess perjodu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Kiri ta’ karozzi — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti maġisterjali relatati ma' inċidenti tat-traffiku li għadhom pendenti wara 60 jum? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm minn dawn l-inkjesti li jistgħu jiġu preskritti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istqarrijiet kollha li ħarġet l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati mit-twaqqif tagħha fis-sena 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istqarrijiet kollha li ħarġet l-Aġenzija dwar is-servizzi tal-Qrati mis-sena 2019 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-ogħla uffiċjal tal-Court Services Agency li qed imexxi l-Qorti tal-Ġustizzja f’Għawdex bħalissa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ogħla uffiċjal tal-Court Services Agency hija l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Dwar is-Servizzi tal-Qrati, s-Sinjura Eunice Grech Fiorini. Inoltre hemm tlett Reġistraturi/Direttur, fosthom Dr. Mary Debono Borg illi tamministra l-Qorti tal-Ġustizzja f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni jekk min-naħa tal-Gvern intlaħqux xi transazzjonijiet [compromise] skont il-liġi f’dawn l-aħħar sentejn f’kawżi ċivili li kien hemm pendenti jew li infetħu? Jekk iva, jista’ jagħti lista ta’ x’kienu l-kawżi u l-ftehim ta’ transazzjoni relattiv?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
(a) jekk għandux it-tieni karozza jew car allowance apparti l-karozza uffiċjali għal użu tiegħu;
(b) x’tip ta' karozzi huma (ditta) u jekk hux electric vehicles jew jaħdimx bi fuel konvenzjonali u jekk f'każ ta' fuel konvenzjonali, kemm intuża fuel kull xahar minn kull karozza minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(c) Jekk jintuża fuel konvenzjonali għal dawn il-karozzi, minn fejn jinxtara l-fuel għalihom?
(d) Jekk għandu t-tieni karozza jew car allowance, min jagħmel użu minn din il-karozza meta l-Ministru jkun qed juża l-karozza uffiċjali tiegħu?
(e) Jekk kull karozza hiex tal-kiri jew inxtratx mill-Gvern u jekk f'każ li hi mikrija kemm titħallas kera kull xahar għal kull karozza u jekk mixtrija mill-Gvern kemm kienet l-ispiża biex inxtrat kull karozza?
(f) Jekk kull karozza tinżammx f’garaxx meta ma tkunx użata, u jekk tinżamm f’garaxx titħallasx kera għal tali garage? Jekk fl-affermattiv, kemm titħallas kera fix-xahar għal tali garage u min hu l-benefiċjarju ta' tali kera?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi mgħandix it-tieni karozza u qed titħaddem il-proċedura stabbilita.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Konsulenti Maltin u barranin
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamel użu minnhom minn 2020 sal-aħħar ta' Ottubru 2023? Jista' jgħid ukoll jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu l-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz, kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien min mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti fis-segretarjat huma ngaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inkjesta maġisterjali nfetħet abbażi tal-artikolu 546(1) tal-Kodiċi Kriminali fl-aħħar 20 sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ inkjesti maġisterjali miftuħa abbażi tal-artikolu 546(1) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta fl-aħħar 20 sena huwa kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inkjesta maġisterjali nfetħet abbażi tal-artikolu 546(4A) tal-Kodiċi Kriminali fl-aħħar 20 sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istatistika fir-rigward tal-inkjesti maġisterjali taħt artikolu 546 (4A) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta ilha tinżamm biss mill-2017. L-ammont ta' dawn l-inkjesti huwa kif indikat fit-tabella t'hawn taħt:-
SenaQrati ta’ MaltaQrati t’Għawdex
20173-
20183-
20193-
2020--
20217-
2022--
20231-
20248-
Total250
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' kemm inħarġu multi mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fi stabbilimenti kummerċjali, xahar b'xahar u lokalità lokalità, skont it-tip tal-istabbilimenti matul l-2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fi stabbilimenti kummerċjali, xahar b'xahar u lokalità lokalità, skont it-tip tal-istabbilimenti matul l-2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Direct Orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 sat-8 ta’ Jannar 2025?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Baġit allokat u infiq għall-PR
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-baġit allokat u l-infiq għall-PR tal-Ministeru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni ta’ budget għall-PR huwa parti mil-line item rispettiv fl-estimi tal-budget li ngħatat kopja tagħhom u tpoġġew ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12049 u 18992 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022, 2023 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) — Drittijiet u spejjeż dovuti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru flus fi drittijiet u spejjeż dovuti lir-Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) matul is-sena 2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2024 is-somma ta’ drittijiet u spejjeż miġbura mir-Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) kienet ta’ €7,598,942.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dwar kemm infetħu kawżi quddiem il-Bord Li Jirregola l-Kera (RRB) f’dawn l-aħħar tliet snin sabiex is-sid jawmenta l-kera ta’ fond mikri?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-31 ta’ Diċembru 2024.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Sponsorships u donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-30 t’Ottubru 2024.