Legislature:
Category:
Reset

Permessi ta’ residenza – Applikazzjonijiet – Żmien ta’ proċessar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2947 u 4566 u jgħid x’kien iż-żmien medju li ħadet l-Aġenzija Identità biex tipproċessa u tiddeċiedi applikazzjonijiet għal permess ta’ residenza matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont il-kategorija tal-applikazzjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew deċiżi applikazzjonijiet wara li skada ż-żmien statutorju stabbilit mil-liġi, u kemm applikazzjonijiet għadhom pendenti llum, lil hinn minn dak iż-żmien?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Il-Gżira – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3885 u 4458 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika fil-Gżira? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 4904.

Pensjonanti tas-servizz li ser jieħdu l-pensjoni sħiħa minn Jannar 2027

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4599 u jgħid kemm ser ikunu l-pensjonanti tas-servizz li ser ikunu qed jieħdu l-pensjoni sħiħa minn Jannar 2027?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għal-liema pensjoni qed tirreferi meta qed tgħid ‘pensjoni sħiħa’

Pensjonanti tas-servizz li qed jieħdu l-pensjoni sħiħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4598 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti tas-servizz li bħalissa qed jieħdu l-pensjoni sħiħa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għal-liema pensjoni qed tirreferi meta qed tgħid ‘pensjoni sħiħa’

Kunsill għall-Anzjani – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4428 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 385, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta għalaq it-terminu tal-Kunsill għall-Anzjani?

Response (BORG, IAN)

Infurmat li għalkemm it-terminu għalaq, dan il-Kunsill għadu kostitwit skont il-Liġi.

Il-Mosta – Dar tal-Anzjani – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4427 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3858, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex hemm dewmien fix-xogħlijiet fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta meta kien ġie ddikjarat mill-Ministru ta’ qabel illi dawn ser ikunu lesti fis-sena 2027?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġejt infurmat li x-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta għaddejjin b’ritmu tajjeb. Infurmat li matul l-implimentazzjoni tal-proġett, ġie deċiż li jiġu ndirizzati interventi strutturali addizzjonali. Madankollu, ix-xogħlijiet qed ikomplu u qed jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, filwaqt li jiġu żgurati s-sigurtà, il-kwalità u l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi.

B’kara – Toroq – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li fuqhom se ssir tiswija jew isiru mill-ġdid fil-lokalità ta’ B’kara? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk it-toroq li bħalissa diġà għaddej ix-xogħol fuqhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Il-Belt Valletta – Toroq – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li fuqhom se ssir tiswija jew isiru mill-ġdid fil-lokalità tal-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk it-toroq li bħalissa diġà għaddej ix-xogħol fuqhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Il-Furjana – Toroq – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li fuqhom se ssir tiswija jew isiru mill-ġdid fil-lokalità tal-Furjana? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk it-toroq li bħalissa diġà għaddej ix-xogħol fuqhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Tal-Pietà/Gwardamanġa – Toroq – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li fuqhom se ssir tiswija jew isiru mill-ġdid fil-lokalità tal-Pietà/Gwardamanġa? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk it-toroq li bħalissa diġà għaddej ix-xogħol fuqhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Santa Venera – Toroq – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li fuqhom se ssir tiswija jew isiru mill-ġdid fil-lokalità ta’ Santa Venera? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk it-toroq li bħalissa diġà għaddej ix-xogħol fuqhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Il-Marsa – Toroq – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li fuqhom se ssir tiswija jew isiru mill-ġdid fil-lokalità tal-Marsa? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk it-toroq li bħalissa diġà għaddej ix-xogħol fuqhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

FSWS Childcare – Carers barranin – Għarfien tal-lingwa Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3895 u jgħid kemm hemm carers ta’ nazzjonalità barranija impjegati fis-servizz tal-FSWS Childcare, maqsuma skont kull ċentru? Jista’ jgħid ukoll jekk il-carers barranin kollha, impjegati f’dan is-servizz, għandhomx għarfien tal-lingwa Maltija u jekk dan l-għarfien jiġix verifikat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant  li l-FSWS la tmexxi u lanqas topera Child care centres.

Finanzjament mogħti lil NGOs

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3745 u jagħti rendikont tal-finanzjament mogħti lil NGOs fl-aħħar sentejn, maqsum skont l-NGO, l-għan u s-sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 4569.

Finanzjament lill-NGOs

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3744 u jelenka l-NGOs li rċevew finanzjament mill-Ministeru fl-aħħar sentejn, bl-ammont u l-għan ta’ kull għotja, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-finanzjament mogħti mill-Ministeru għal Għawdex lil NGO's ivarjaw skont il-ħidma li jwettqu l-NGO's. L-għoti tal-finanzjament huwa intiż biex fost l-oħrajn ikopri l-ispejjeż tal-ħidma – li tinkludi inizjattivi u proġetti – li jwettqu dawn l-NGO’s.

Kollaborazzjoni ma’ NGOs

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3743 u jelenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom biex jipprovdu servizzi f’Għawdex, u jispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tigi migbura.

Kollaborazzjoni ma’ NGOs

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3742 u jelenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom u jispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qedgħa titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kollaborazzjoni ma’ NGOs

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3741 u jelenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom u jispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fir-rigward tal-kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), l-entitajiet ikkonċernati jipprovdu l-informazzjoni li ġejja: Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli Il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli m’għandhiex NGO tagħha stess. Madankollu, hija tikkollabora ma’ Forum tal-NGOs, li jieħu sehem f’laqgħat li jsiru kull tliet xhur. Awtorità tal-Artijiet L-Awtorità tal-Artijiet tinforma li m’għandhiex kollaborazzjoni diretta ma’ NGOs, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet li għandhom proprjetà pubblika mikrija lilhom. Awtorità tad-Djar L-Awtorità tad-Djar tappoġġa diversi inizjattivi ta’ akkomodazzjoni speċjalizzata u proġetti mmexxija minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, permezz tal-provvista ta’ proprjetà b’kera ssussidjata, akkomodazzjoni ssussidjata u, f’każijiet partikolari, għajnuna finanzjarja. Fost il-proġetti li bħalissa qed joperaw hemm Dar il-Kantuniera fl-Għarb, Għawdex; Dar il-Qawsalla f’San Ġwann; Dar Niki Cassar fl-Imsida; Dar il-Kaptan fl-Imtarfa; Villabianca f’Santa Venera; il-Proġett ta’ Akkomodazzjoni Interġenerazzjonali fil-Belt Valletta; Dar Bla Ħitan fil-Birgu; u Dar Tereża f’Bormla. Dawn il-proġetti jipprovdu servizzi residenzjali u ta’ appoġġ lil persuni u gruppi bi ħtiġijiet differenti, fosthom persuni li qed jiffaċċjaw sfidi relatati mas-saħħa mentali, persuni b’diżabilità, individwi li qed jesperjenzaw nuqqas ta’ akkomodazzjoni, persuni li qed jirkupraw minn dipendenza fuq sustanzi, u persuni li jeħtieġu appoġġ sabiex jerġgħu jintegraw fis-soċjetà. Barra minn hekk, hemm proġetti ppjanati fosthom Halfway Home f’Naxxar, immexxi minn Caritas Malta, u Dar Simon Soler fil-Belt Valletta, immexxi mill-YMCA Malta. Dawn il-proġetti huma intiżi li joffru akkomodazzjoni u appoġġ lil persuni li jkunu għaddejjin minn proċess ta’ rkupru jew li jkunu jeħtieġu soluzzjonijiet residenzjali li jippromwovu l-indipendenza u l-integrazzjoni fil-komunità. L-Awtorità tad-Djar tappoġġa wkoll inizjattivi oħra mmexxija minn NGOs u organizzazzjonijiet relatati, fosthom Youth Café fl-Imsida, id-Dar Residenzjali tar-RISe Foundation fil-Belt Valletta, Dar Bjorn fiż-Żebbuġ, u d-Dar Speċjalizzata għaż-Żgħażagħ Adoloxxenti f’Birkirkara. L-appoġġ mogħti jvarja skont in-natura tal-proġett u jinkludi l-provvista ta’ proprjetà jew akkomodazzjoni b’kera jew b’kundizzjonijiet issussidjati, kif ukoll għajnuna finanzjarja għall-iżvilupp ta’ servizzi speċjalizzati. Dawn l-inizjattivi għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess għal akkomodazzjoni xierqa, isaħħu l-inklużjoni soċjali u jiffaċilitaw l-indipendenza, ir-riabilitazzjoni u r-reintegrazzjoni fil-komunità tal-persuni li jeħtieġu appoġġ speċjalizzat.