Jista' l-Ministru jgħid minndu ġew in vigore l-emendi fil-kodiċi ċivili fir-rigward tal-kirjiet fost l-oħrajn għal użu ta' residenza, kemm-il kirja f'appartamenti tal-gvern ġiet terminata xahar b'xahar u lokalità b'lokalità u x'kienet ir-raġuni li ma setgħetx tintiret il-kera f'kull każ:
a) ma kienx hemm qraba reġistrata għall-perjodu definit mill-liġi;
b) qraba kellhom dħul finanzjarju qawwi;
ċ) X'kienet ir-raġuni li l-kerrej ma baqax fil-kirja;
i) minħabba mewt;
ii) minħaba safar fit-tul mhux ġustifikat
iii) minħabba dħul ġo dar tal-anzjani b'mod permanenti?
Jista jagħti l-informazzjoni ta (b) u (ċ) xahar b'xahar u lokalità b'lokalità?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Pipeline li jissupplixxu gass bejn Malta u Sqallija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17941, 17683 u 17044 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi żviluppi hemm dwar il-pipeline li jissupplixxi gass bejn Malta u Sqallija? Meta hu ppjanat li jseħħ dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għal-LRAG 402/10, x'inhi r-raġuni li l-Gvern ta' Malta permezz tal-Kummissarju tal-Artijiet jeskludi mir-reġistrazzjoni porzjoni art pubblika formanti parti minn Triq il-Port f'Marsalforn, limiti Żebbuġ Għawdex bil-kejl ta' ċirka 13.7m2 u li qabel kienet tifforma parti miċ-ċertifikat tal-art numru 00000015 li permezz tiegħu l-Gvern ta' Malta kien irreġistra din it-triq? Fuq liema kriterji ġiet inkluża din il-porzjoni triq batala li tifforma parti mid-dominju pubblku in vista taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-art numru 00000015 u in vista tal-fatt li l-istess art ġiet deskritta bħala pubbliku fl-att tan-Nutar Guseppe Camilleri fit-12 ta' Frar 1914 bejn il-vendituri Cremona u l-kompratur Paulo Cremona? Il-gvern huwa konxju bil-fatt li meta nħareġ il-permess PA 1523/95 għat-tqegħid ta' imwejjed u siġġijiet quddiem snack bar f'dak il-lokal, l-istess Kummissarju tal-Art iddikjara din iż-żona bħala waħda pubblika u assigura l-aċċess tal-pubbliku għaliha? Il-gvern huwa konxju li b'dan l-aġir tiegħu, l-aċċess għall-pubbliku minn Triq il-Port għal Triq Għar Qawqla u għall-istess djar li jiġu fuq in-naħa tal-Lvant, l-aċċess se jiġi preġudikat meta dan l-aċċess ilu hemm għal żmien twil? Il-gvern huwa konxju tal-fatt li anke mis-survey sheets jirriżulta b'mod l-aktar lampanti u manifest illi din iż-żona dejjem ġiet indikata bħala aċċess pubbliku u dejjem hekk intużat mill-abitanti tad-djar f'dik iż-żona? Jista' s-segretarju parlamentari jispjega xi provi nġibu biex issa l-Kummissarju tal-Art jidher li biddel fehmtu u lest jaċċetta li din l-art hija propjetà privata?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Proprjetà tal-Knisja u issa saret tal-Joint Office
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18277 u 18041 u jara li dawk li bnew ir-residenza privata tagħhom fuq art li kienet tal-Knisja u issa saret tal-Joint Office, ikunu jistgħu jifdu ċ-ċens? Liema huma dawk il-lokalitajiet fejn għadhom sejrin in-negozjati biex jinfeda ċ-ċens?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Uffiċċju Konġunt kellu skema li permezz tagħha individwi li bnew ir-residenza tagħhom fuq art li kienet tal-Knisja u issa saret tal-Gvern jistgħu jifdu ċ-ċens, din l-Iskema kienet tħabbret fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2002 u biha l-Gvern kien impenja ruħu li jbiegħ, jew jifdi ċ-ċens ta’ dawk il-postijiet kollha amministrati mill-Uffiċċju Konġunt, diment li huma użati bħala residenza ordinarja u/jew postijiet ta’ villeġġatura u li fl-2004 kienet estiża ukoll għal proprjetajiet simili tal-Gvern li qabel ma kinux jappartjenu lil xi Entitajiet Ekkleżjastiċi.
Però b’effett mid-29 ta’ Jannar 2009, din ġiet imwaqqfa u sa ma joħroġ avviż ieħor mhux qed jintlaqgħu aktar applikazzjonijiet għal dan l-iskop. Dan sar sabiex id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern setgħet tirriorganiżża u tipproċessa dawk l-applikazzjonijiet li kienu għadhom pendenti. Qed jittieħdu l-miżuri kollha possibbli biex dawn l-applikazzjonijiet pendenti jinħadmu fl-iqsar żmien possibbli u b’hekk tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dwar il-possibiltà li titħabbar skema ġdida għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosijiet parlamentari 18282 u 17874 u jara li jiġi rranġat id-dawl li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta, fi Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq Għajn Dwieli u Triq Fr Charles Plater peress li ilhom bla dawl ġimgħat sħaħ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17874.
B'referenza għall-arblu tad-dawl ħdejn ir-roundabout ta' Sarè ħdejn l-istage li minn Raħal Ġdid tmur għall-Belt, liema arblu ilu tliet snin ma jixgħel minkejja li l-kunsill lokali ilu snin jirrapporta, jista' l-Ministrtu jirrimedja? Jista' jara wkoll l-arblu ta' ħdejn it-traffic lights taċ-ċimiterju għax dalwaqt jaqa'?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dawn iż-żewg ħsarat ġew irrapurtati lil-Enemalta nhar it-Tnejn 14 ta’ Ġunju. L-arblu ta’ ħdejn it-traffic lights taċ-ċimiterju ġie rranġat. L-arblu ta’ ħdejn ir-roundabout ta’ Sare’ għandu cable fault. Peress li din l-area hija traffikuża ħafna, qed isiru arranġamenti ma’ Transport Malta u mal-Wardens biex joħorġu l-permessi neċessarji sabiex isiru x-xogħlijiet kemm jista' jkun malajr.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17624 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-ARMS Ltd qed iddum ma toħroġ il-vouchers għal persuni li huma intitolati għalihom u dan meta diġà rċevew il-kont tad-dawl u l-ilma? Jaħsibx li dan il-fatt se joħloq diffikultajiet lil numru ta' familji li qed jiġu mitluba jħallsu l-kont sħiħ mingħajr tnaqqis?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17624.
Issa li l-kumpanija GascoEnergy se tibni l-impjant ġdid f'Bengħajsa minflok dak li qiegħda tuża bħalissa fil-Qajjenza, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-art tal-Qajjenza li l-Gvern ta' Malta huwa is-sid tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Renewable energy — konsum tal-elettriku mill-gvern
Question
Fid-dawl tar-rapport tal-awdituri ġenerali dwar renewable energy, jista' l-Ministru jgħid x'kien it-total tal-konsum mill-gvern tal-elettriku konvenzjonali fis-snin 2007 sa 2009?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power,jgħid :
a) Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena?
b) Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq
fuels
li jintużaw għas-CHP?
ċ) Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT –
feed in tariff
ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH?
d) Il-gvern għandux xi pjan għal
feed in tariff
fuq CHP ibbażata fuq CO2
neutral fuels
?
e) Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il-
best practice
li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17676 u ċioe: Fid-dawl tal-infieq straordinarju li għadu kif ikkonferma l-Ministru li sar fuq diversi impjanti tal-power stations tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu koperti b’insurance policies, u jekk kien hemm, x’kien il-coverage? Min-naħa l-oħra jekk jirriżulta li dawn il-ħsarat ma kenux koperti, jista' jindika x’insurances oħrajn ikopru l-operat tal-Korporazzjoni Enemalta? Ma' liema kumpanija jew kumpaniji saru dawn l-insurance policies? Jista' jikkonferma jekk inħarġux tender/s għalihom jew le? U jekk iva, meta nħarġu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17614 u jgħid:
a) kif filwaqt li fl-Air Malta qed jingħad li l-ingaġġ ta' 18-il persuna li kienu jaħdmu fuq bażi temporanja bħala Cabin Crew u issa ġew ingaġġati b'kuntratt indefinit, kien żball amministrattiv, kif il-UHM permezz ta'
press release
bid-data tat-18 ta' Mejju 2010 bit-titolu 'Ftehim bejn l-UHM u l-Air Malta dwar Ħaddiema fis-Sezzjoni tal-Cabin Crew', qed jiġi mistqarr pubblikament li: 'F'dawn iċ-ċirkostanzi t-Taqsima għamlet diversi rappreżentazzjonijiet mal-
management
tal-Air Malta kif ukoll talbet lid-Direttur fid-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, it-tabib li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, biex jintervjeni dwar din is-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema';
b) min qed jgħid il-verità, dak li qed jintqal mill-management tal-Air Malta jew dak li ppubblikat il-UHM;
ċ) kif l-Air Malta ddiskutiet il-każ tal-Cabin Crew mal-UHM u mhux mal-Union of Cabin Crew li hija l-union leġittima li tirrappreżenta lil din is-sezzjoni ta' ħaddiema fl-Air Malta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17496 u jgħid b'liema mod ġew magħżula u ngaġġati 18-il ħaddiema li kienu impjegati temporanji bħala cabin crew mal-Air Malta fuq bażi ta' kuntratt indefinit? Xi kriterji ntużaw? Sar xi eżami u/jew intervista? Kemm kienu ilhom ingaġġati mal-Air Malta fuq bażi temporanja dawk magħżula jiġifieri mil-liema sena? Kemm fil-fatt l-Air Malta għandha ħaddiema impjegati fuq bażi temporanja bħala cabin crew b'kollox u li ma ġewx ingaġġati fuq l-istess bażi ta' kuntratt indefinit? Dawk li ma ġewx magħżula, kemm ilhom jaħdmu mal-kumpanija fuq bażi temporanja, jiġifieri minn liema sena?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu jirrappreżentaw ir-retainer fees tal-MIMCOL ta' €46,587 in konnessjoni ma' finance and management tal-Korporazzjoni Enemalta skond mistoqsija parlamentari 17703?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'jirrappreżentaw l-€436,540 bħala Project Management Services tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn IncoWest Ltd., skont mistoqsija parlamentari 17703? Kien hemm call for tenders dwar dan jew dan kien b'direct order? Kemm u liema ditti applikaw?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17812 u 17624 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-ARMS Ltd qed iddum ma toħroġ il-vouchers għal persuni li huma intitolati għalihom u dan meta diġà rċevew il-kont tad-dawl u l-ilma? Jaħsibx li dan il-fatt se joħloq diffikultajiet lil numru ta' familji li qed jiġu mitluba jħallsu l-kont sħiħ mingħajr tnaqqis?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17624.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-Air Malta tat performance bonus lil xi uffiċjali tagħha? Jekk iva, liema u lil min ingħata? Jekk iva, kemm u x'kien l-ammont li ngħata lil uffiċjali involuti rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-passat l-Air Malta tat Performance Bonus skont il-kuntratt ta’ l-impieg li għandha mal-Management tal-Kumpanija fuq bażi individwali. Din is-sena il-Performance Bonus ma nagħtax.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-management ta' l-Air Malta, ħadu jew se jieħdu jew il-VRS (voluntary redundancy scheme) jew l-early retirement scheme matul dawn l-aħħar xhur, jiġifieri minn Jannar 2009 sa Ġunju 2010? X'kienu t-terminal benefits li ngħataw lil dawn l-uffiċjali, jiġifieri f'kumpens pekunari u/jew leave u/jew kumpens ieħor u/jew fringe benefits?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 20 mill-management ta’ l-Air Malta li ħadu VRS jew Early Retirement Scheme.
Għall-gradi għolja l-iskema tal- VRS kienet ekwivalenti għal xahar paga għal kull sena servizz sakemm dan l-ammont ma jaqbiżx il-paga li jkunu se jieħdu mindu ħadu l-VRS u s-sena ta’ l-irtirar.
Għall-gradi oħra kien hemm limitu ukoll ta’ €58,000.
Il-pagamenti tal-Early Retirement Scheme ivarjaw min 55 fil-mija sa 70 fil-mija tal-paga bażika fix-xahar. Dan jitħallas kull xahar sakemm l-impjegat jirtira.