Jista’ l-Ministru jgħid x’se jiġri mill-art meta l-impjant tad-Diviżjoni tal-Gass gewwa l-Qajjenza li tinsab f’Birżebbuġa jiġi rilokat għal post ieħor skont kif ippjanat? Meta l-impjant se jiżżarma kompletament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għaddejja bi stħarriġ biex isir l-aħjar użu minn din l-art.
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi biex ilma li ilu ftit tal-ġranet ħiereġ fi Triq San Piju X kantuniera ma’ Triq Kantur ġewwa ż-Żejtun u li diġà sar rapport fuqu jsiru t-tiswijiet meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellha rapport ta’ ilma ħiereġ barra li ġie mssewwi nhar l-10 ta’ Mejju, 2010. Minn dak iż-żmien, il-Korporazzjoni ma rċeviet l-ebda lment ieħor dwar din it-triq.
Madanakollu, malli l-Korporazzjoni rċeviet din il-Mistoqsija Parlamentari, saret spezzjoni fit-triq konċernata u nstab li nqalgħet ħsara oħra. Din issewwiet minnufiħ.
Jista' l-Ministru jinfurmani bl-ispiża globali f'ċifra ta' flus ta' kull reverse osmosis f'pajjiżna għas-snin 2008 u 2009 separatament u rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża globali ta’ kull reverse osmosis plant għas-snin 2008 u 2009 kienet kif ġej:
RO Plant
2008
2009
€
€
Pembroke
5,050,828
5,788,987
Lapsi
3,060,538
3,003,523
Cirkewwa
1,953,201
2,057,650
TOTAL
10,064,567
10,850,160
Consumer Research Survey — estensjoni tal-power station
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija 26th frame li kkordinat il-Consumer Research Survey dwar l-estensjoni tal-power station sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm bżonn aktar tagħrif pubbliku dwar l-arja nadifa jew le tal-estensjoni, kenitx l-istess kumpanija li spiċċat ikkordinat il-blitz ta’ riklami fil-ġurnali lokali f’isem il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm ġew ikkunsidrati kumpaniji tal-kommunikazzjoni oħrajn? Kemm spiċċaw ġew u/jew se jiġu jiswew b’kollox ir-riklami multi-media bħall-ġurnali, television eċċ. in konnessjoni ma' din l-estensjoni?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw smart meters mill-Korporazzjoni Enemalta u fejn jinsabu dawn il-meters? Kemm kienet l-ispiża totali sabiex ġew mixtrija? Jista' jgħid ukoll jekk bdewx jinbidlu dawn il-meters?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ smart meters li inġabu Malta s’issa hu ta’:
Single phase meters: 51540
Three phase meters: 5492
Minn dawn ġew imwaħħla:
Single phase: 17630
Three phase: 1740
S’issa twaħħlu
smart meters
fil-lokalitajiet ta’ Mdina, Manikata, Ħal Kirkop, Ħal Safi, l-Isla, u partijiet minn Swieqi/Ibraġġ, Gżira, Wied il-Għajn, Rabat u Dingli.
Il-bilanċ tal-
meters
mhux imwaħħla qegħdin fl-
stores
tal-Enemalta.
L-ispiza totali biex inxtraw dawn il-
meters
laħqet €2,915,100.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16671, jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx miġbura l-informazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti l-informazzjoni dwar l-investiment barrani fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għal dak li qed jissejjaħ Corporate Village ġie magħżul is-sit ta' fabbrika meta nafu li l-ispazju għall-fabbriki huwa problema kemm minħabba li hemm fabbriki li hemm kwistjonijiet anke legali, kif ukoll minħabba li mhux daqshekk faċli li tinstab art għall-bini ta' fabbriki ġodda? Jista' jgħid jekk ġewx kunsidrati siti oħra li jistgħu wkoll jilħqu l-għanijiet u l-miri ta' dan il-villaġġ? Jekk iva, fejn u jekk le, għaliex ma sarx dan l-eżerċizzju?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudju fuq il-kunċett ta’ Business Spaces sar mill-Malta Enterprise fl-2008. M’huwiex minnu li f’Malta teżisti problema ta’ art għall-bini ta’ fabbriki u fil-fatt ma’ hemmx każijiet fejn fabbrika kellha tinbena u ma setgħetx tinbena minħabba spazju. Barra minn dan, kif ġie spjegat diġà, il-qasam industrijali tal-Imrieħel qed jittrassforma ruħu minnu nnifsu ġo qasam ta’ headoffices fl-industrija tas-servizzi u għaldaqstant, hija l-fehma tagħna li dan huwa l-aħjar lokal sabiex tiġi bbażata l-industrija tas-servizzi f’pajjiżna. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex jaqra l-espressjoni ta’ interess ippublikata mill-Gvern fejn dan kollu huwa spjegat f’aktar dettal.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett Corporate Village Malta kienx sottomess għall-Golden Brick Awards qabel ma kien ippreżentat lill-pubbliku f’pajjiżna? Jista' jagħti d-data meta kien sottomess għall-Golden Brick Awards u d-data meta kien ippreżentat lill-pubbliku f’pajjżna?
Response (FENECH, TONIO)
Il-Corporate Village Malta kien ippreżentat lill-pubbliku f’pajjiżna fil-5 ta’ Ġunju wara diskussjoni u konsultazzjoni interna li saret mill-Malta Enterprise.
In-nomina ghall-Golden Brick Awards kienet sottomessa lill-organiżżaturi fit-3 ta’ Ġunju, filwaqt li dan l-istess proġett kien ippreżentat waqt fiera internazzjonali f’Milan fid-9 ta’ Ġunju.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern rigward il-futur tal-ground handling department tal-Air Malta? Veru dak li qed jintqal li l-gvern għandu l-pjan li jnaqqas b'18% il-pay roll tal-ground handling department? Jista' jgħid jekk hemmx xi pjan li jitnaqqsu l-impjegati minn dan id-Dipartiment, u/jew mill-Air Malta in ġenerali? Jekk iva, b'liema mod jiġifieri permezz tal-VRS jew early retirement scheme jew redundancies?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18363.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux fi ħsiebu li jnaqqas in-numru ta' ajruplani mill-flotta tal-Air Malta? Jekk iva, b'kemm se jitnaqqsu? Jekk se jonqsu l-ajruplani, dan se jkun iffisser li l-Air Malta se tnaqqas l-impjegati? Jekk iva, b'kemm? Jista' jgħid jekk l-Air Malta għandhiex il-ħsieb li tixtri xi ajruplani? Jekk iva, kemm se tixtri ajruplani? Jekk iva, liema ajruplani, dawk li għandha diġà mikrija? Jekk le x'tip ta' ajruplani? Jekk iva, kemm se tkun l-ispiża għall-Air Malta u b'liema mod din l-ispiża se tkun finanzjata? Se jkun hemm għajnuna diretta mill-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta bħalissa qiegħda tikkonċentra fuq il-pjanijiet u l-istrategija li l-Gvern qiegħed jieħu mal-Kummissjoni ta’ l-EU fuq il-pjan ta’ rikapitalizazzjoni tal-Kumpanija.
Fi kwalunkwe każ iżda, għandu jiġi nnotat illi l-informazzjoni mitluba (anke kieku verament kellha tkun parti mill-istrateġija tal-Kumpanija) hija kummerċjalment sensittiva, u l-publikazzjoni tagħha tagħti vantaġġi kbar lill-kompetituri tal-Air Malta.
Air Malta — Ground Handling Department - tnaqqis ta' pagi u impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' dak li ġie propost mill-Management tal-Air Malta, jiġifieri, iċ-Chairman u s-CEO, fil-laqgħa li saret fit-3 ta' Ġunju 2010 mat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni tal-GWU, jiġifieri dwar it-tnaqqis tal-pagi bi 18% u t-tnaqqis fl-impjegati ta' 94 persuna mill-ground handling department?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ċ-Chairman u CEO ta’ l-Air Malta iltaqgħu ma diversi delegati tal-GWU li jirraprezentaw il-ħaddiema u tawhom preżentazzjoni b’cifri dettaljati li juru l-ispejjeż tal-Ground Operations Department tal-kumpanija. Dawn l-ispejjeż ifissru, li l-Air Malta tonfoq iżjed flus biex tagħmel “handling” lilha nnfisa f’Malta milli kemm jiswilha f’ajruporti ewlenin barra min Malta. Ma jistawx jingħataw dettalji ta’ affarijiet li għadhom ma ġewx proposti.
Id-distakk bejn dak li tħallas l-Airmalta f’Malta komparat ma ajruporti ewlenin barra huwa daqs kemm jammontaw 18% fil mija tal-pagi kollha li jitħallsu lill impjegati tal Ground handling jew il-paga kollha ta 94 impjegat (fis-sezzjoni). Huwa ovvju li dan l-eżempju intuża biss biex wieħed jasal għall komputazzjoni taċ-ċifra b’mod matematiku.
Korporazzjoni Enemalta — Petroleum Distribution Operation
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess għall-privatizzazzjoni tal-Petroleum Distribution Operation tal-Korporazzjoni Enemalta? Apparti B.B. Energy u alliance oil, liema kumpaniji oħrajn urew interess f'din il-privatizzazzjoni? Min qed jieħu ħsieb il-proċess ta' due diligence?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jghid jekk il-gvern għandhux il-ħsieb li jirrialloka s-servizzi tad-Dipartiment tad-Dwana li jinsabu l-Port il-Kbir biswit il-cruise liner terminal għal xi post ieħor? Jekk fl-affermattiv, xi ħsieb għandu l-Gvern għal dan il-bini?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18233 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għad-dettalji li qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jispjega għal liema raġuni amministrattiva jew oħra, t-talba msemmija baqgħet pendenti u jieħu passi biex l-informazzjoni meħtieġa tintbagħat kif dovut lill-applikant?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17680, 16964 u 16471 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamtra kopja tar-rapport ta' Ewbank Preece Ltd ( Burton UK June 1993) ippreżentat lill-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18229, jista' l-Ministru jikkonferma li l-art kollha li fuqha se jsir il-proġett Corporate Village hi propjetà tal-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd — dħul totali taċ-Chairman u CEO
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18205 u ċioe: B'referenza għal informazzjoni li kienet ippubblikata f'ġurnal tas-6 ta' Ġunjun 2010, jista' l-Ministru jgħid x'inhu d-dħul totali taċ-Chairman u CEO tal-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd kemm bħala salarju u f'allowances, u kemm swew għall-Malta Enterprise matul is-sena li għaddiet il-kirjiet ta' żewġ BMWs, u x'intnefaq f'hospitality u f'safar mill-istess persuna?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18199 u 17929 u jiddikjara jekk kienx hemm tibdil f’xi policy jew regolamenti dwar id-deductible expenses għal fini ta' taxxa tas-self employed? Jekk le, jista' jispjega għaliex spejjeż tat-telefon u tal-internet li huma direttament użati fin-negozju mhux qed jitħallew jiġu mnaqsa kompletament mit-Tax Compliance Unit peress li dan ifisser li r-rata ta’ taxxa effettiva qed tkun ta’ aktar min 35% fuq il-qligħ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17929.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet biex jinfeda ċ-ċens tal-Joint Office matul l-2009 u matul l-ewwel ħames xhur ta’ l-2010 u kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom kienu rifjutati ? X’kienu r-raġunijiet li minħabba fihom kien hemm applikazzjonijiet li ma ġewx aċċettati ? Teżisti l-possibilità li ġaladarba applikazzjoni tiġi rifjutata, tkun tista' terġa' titressaq għal kunsiderazzjoni u x’ikun irid isir biex dan isir ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.