Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ fejn wasal s'issa l-proġett ta’ Smart City fid-diversi aspetti tiegħu u fid-dawl tal-obbligi li assumew il-Gvern Malti minn naħa u l-impriża privata konċernata min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ twettiq tal-miri tal-proġett skont il-kalendarju stabbilit fil-ftehim bejn iż-żewġ naħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għaddew erba' xhur mill-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida tar-reġistrazzjoni tal-karozzi li tidher fuq il-
website
ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn l-muturi, vetturi kummerċjali u bosta karozzi privati ma tistax tiġi ikkalkulata r-reġistrazzjoni jew ma jiġux ikkalkulati kif suppost?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jistà l-Ministru juri evidenza illi l-vapuri illi jġorru l-
fuel
u sustanzi oħra ta’ natura perikoluża humiex kollha koperti mill–ADR (kodici tal-
Health & Safety
)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju għall-użu komunitarju — Servizz ġdid ta' l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8051 u jgħid kemm qed jintalab ħlas għas-servizz ġdid ta' l-ilma fuq uffiċċju għall-użu komunitarju u mhux kummerċjali li mhuwiex iktar minn daqs ta' 22 metru kwadru? Ma jaħsibx li dan il-ħlas tas-servizz huwa wieħed eċċessiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Port il-Kbir — Bini ta' pont għal fuq il-breakwater
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-pjan biex jinbena l-pont għal fuq il-breakwater li kien twaqqa' fil-gwerra? Jista' jgħid kemm huwa stmat li se jiswa? X’użu se jsir minnu? Se jkun aċċessibli għall-pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar:
a) Kemm hemm jottijiet,
cabin cruisers
eċċ. irmiġġjati f'kull
yacht marina
li għandna fil-gżejjer Maltin?
b) Kemm minn dawn huma ta' proprjetarji Maltin u rreġistrati f'Malta mal-Awtorità Marittima ta' Malta?
ċ) Kemm minn dawn huma ta' proprjetarji barranin u rreġistrati f'Malta mal-Awtorità Marittima ta' Malta?
d) Kemm minn dawn huma ta' proprjetarji Maltin u rreġistrati barra minn Malta?
e) Kemm minn dawn huma ta' proprjetari barranin u rreġistrati barra minn Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar:
a) Kemm mill-bidu tal-2008 s'issa telgħu persuni għat-
test
biex jiksbu l-liċenzja tas-sewqan kemm għal karozzi kif ukoll għal muturi?
b) Kemm minn dawn għaddew ma' l-ewwel darba, mat-tieni darba, mat-tielet darba jew m'aktar drabi li telgħu għat-test?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) X'inhi r-raġuni li minħabba fiha ilhom bosta xhur ma jsiru testijiet biex individwi jingħataw il-liċenzja ta'
driving instructors
?
b) Jista' jindika kif u meta din is-sitwazzjoni ser tiġi rimedjata?
ċ) Kemm hemm persuni li applikaw u għadhom qed jistennew biex isirilhom dan l-eżami għal-liċenjza msemmija hawn fuq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8213, 7320 u 6757 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-kumpannija Ecorys B.V. dwar cruise berth fl-Imġarr Għawdex u tad-disinni li ġew żviluppati riċentement? Jista’ jgħid x’inhuma l-alternattivi għall-cruise berth li se jiġu kkunsidrati?
Response (GATT, AUSTIN)
Nixtieq infakkar li fit-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6068, kien diġa’ intqal illi l-istudju li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kellu jkun rivedut. Fil-fatt din ir-reviżjoni għadha mhix lesta u allura m’inhix f’pożizzjoni li npoġġi d-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra. L-identifikazzjoni ta’ disinji alternattivi li jistgħu jeżistu għall-cruise berthfl-Imġarr huwa xogħol li jrid isir bħala parti minn din ir-reviżjoni.
tender għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7558 u jgħid jekk it-tender għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex ħarġitx sal-aħħar ta’ Marzu kif kien mistenni? Jekk fin-negattiv, għaliex? X’qed jagħmel il-Gvern biex jassigura x-xogħol għall-ħaddiema li qed jaħdmu mal-Gozo Channel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8177 u jgħid min għandu raġun jekk hux il-gwardjani lokali li jħarrek sid ta' vettura li ma jkunx bogħod aktar minn ħames metri minn kantuniera jew liwja (fejn m'hemmx parking bays) jew inkella dawk il-kunsilli lokali li għandhom parking bays lanqas żewġ metri bogħod minn kantuniera jew liwja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li taħt il-Ministeru u d-dekasteru tigħi hemm żewġ karozzi mikrija li t-tnejn li huma qegħdin fl-uffiċju tas-Segretarju Permanenti. L-ispiża fix-xahar għall-kiri ta' dawn il-vetturi hija ta €929.42.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlmentari 8083 u jgħid kemm ħarġu passaporti matul is-sena 2007 u 2008 sena b'sena? Jista' jaqsamhomm skont mnejn ħarġu, cioè Malta, Għawdex u l-ambaxxati?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Billi fid-daħla ta' Buġibba (ħdejn it-traffic lights) hemm tliet areas żgħar, li għalkemm għandhom il-ħamrija, fil-fatt din l-istess ħamrija mhix maħduma kif suppost, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex isir dak kollu meħtieġ ħalli din il-ħamrija tinħadem u fil-fatt jinżergħu xi ftit tal-fjuri, bħal fil-każ ta' areas oħra simili?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Land Registry
Question
Billi l-pjanti li jingħataw mill-uffiċċju tal-Land registry meta xi ħadd jixtri dawn il-pjanti għal skopijiet ta' reġistrazzjoni jew minħabba raġuni ta' banek, qed ikunu pjanti li ilhom ma jiġu aġġornati numru ta' snin, u billi milli jidher dawn il-pjanti qodma qed jintużaw għaliex hemm xi differenzi bejn l-ħlas li qed tippretendi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex taġġorna l-istess pjanti, u dak li lest iħallas dan id-dipartiment, jista' l-Ministru jintervjeni biex jiġu evitati diffikultajiet żejda għal xejn, kemm għall-periti kif ukoll għan-nutara, iżda iktar importanti għall-pubbliku in generali, biex din id-diffikultà tingħeleb?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-Reġistru tal-Artijiet qiegħed jagħmel użu minn pjanti mhux aġġornati u dan minħabba li l-mekkaniżmu illi jippermetti li wieħed juża l-pjanti tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħalissa qed jiġi rivedut u mhux għaliex hemm xi differenzi bejn il-ħlas li qed tippretendi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex taġġorna l-istess pjanti, u dak li lest iħallas ir-Reġistru tal-Artijiet.
Sabiex jingħelbu xi diffikultajiet li jista’ jkun hemm bil-pjanti preżenti, is-sistemi tal-IT kollha li huma preżentement użati mid-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u tal-Artijiet, qed jiġu riveduti sabiex ikunu robusti biżżejjed biex jifilħu għall-ħtiġijiet li ser jitnisslu mill-Att dwar ir-Reġistru Ċentrali. Dawn se jinkludu servizzi li llum huma ineżistenti bħal pereżempju illi aċċess għall-pjanti jkun
web based
ukoll. Għalhekk inħass li ma kienx jagħmel sens illi l-eżerċizzju ta' aġġornament tal-pjanti jitnieda waħdu imma jkun iktar għaqli li jsir eżerċizzju olistiku li jkopri t-titjib tal-
functionalities
kollha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-posta li tidħol fil-pajjiż minn barra minn Malta tiġix iċċekjata qabel titqassam lir-residenti Maltin? Minn liema tip ta' skrutinju tgħaddi l-posta li tiġi minn barra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni fasslet standards minimi dwar il-ħarsien ta’ l-integrita' tal-posta (“Minimum standards for Protecting the Integrity of Mail”), li allura jinkludu wkoll il-proċeduri marbuta mas-sigurta tal-posta qabel ma jsir id-distribuzzjoni.
Apparti dan, l-Att dwar is-Servizzi Postali jistipula numru ta’ oġġetti postali (postal article) li ma jistgħux jinġarru bil-posta. Ksur ta’ dawn id-dispozizzjonijiet hu meqjus bħala reat.
L-istess liġi tipprovdi li oġġetti postali fejn allura hemm suspett li hemm ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi jista’ jinżamm u f’każijiet estremi anke jinqered bl-approvazzjoni ta’ l-Awtorita. L-Att dwar is-Servizzi Postali jistipula wkoll il-fakolta li ufficjal tad-Dwana fil-preżenza ta’ ufficjal ta’ l-operatur postali konċernata, jista’ jiftaħ oġġett postali, minbarra ittri, li jaslu minn barra minn Malta sabiex jiġu esegwiti d-dispożizjonijiet ta kull liġi dwar id-Dwana.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7998 u ċioè: Peress li x-xogħol fuq Triq San Lawrenz, Birgu ilu s-snin biex isir u b'konsegwenza ta' dan ir-residenti ta' din it-triq qed ikollhom jgħixu fi trabijiet u għadajjar ma' kull ħalba xita, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din it-triq xi darba ssir? Jekk fl-affermattiv, jista' allura jgħid meta jaħseb li jista' jsir dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lill-ADT.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7996 u jgħid kemm hawn CCTV cameras tal-kunsilli lokali? F'liema lokalità qegħdin? Kemm-il ċitazzjoni ħarġet għal kull każ matul l-aħħar tliet xhur? Minn min jiġu vverifikati dawn iċ-ċitazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 8077 u jgħid meta ser isiru l-kumplament tat-testijiet tal-instructors tal-karozzi, fejn hemm individwi li ilhom jistennew ħafna xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.