Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment għandu seba’ awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma l-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-Awtorità ta’ l-Istatistika ta’ Malta, il-Malta Enterprise, il-Malta Industrial Parks, il-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. Il-lista tac-chaipersons, diretturi u chief executive officers ta’ dawn l-awtoritaijiet u korporazzjoniet flimkien mar-renumerazzjonijiet rispettivi tagħhom huma kif imniżżla fit-tabella annessa.
Fil-każ tal-pożizzjoni ta’ Kap Eżekuttiv ta’ l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, navża lill-Onor Interpellant li l-pożizzjoni ta’ Kap Eżekuttiv fl-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta intemmet bl-emendi li saru fl-Att dwar l-MFSA u li ġew fis-seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2002. B’riżultat ta’ dawn l-emendi, l-pożizzjoni ta’ Kap Eżekuttiv spiċċat u dan ir-rwol ġie diviż f’żewġ pożizzjonijiet, jiġifieri dak ta’ Direttur Ġenerali, li jservi wkoll bhala
Chairman
tal-Kunsill Regulolatorju u dak ta’ Kap tal-Operat Amministrattiv li jservi wkoll bħala
Chairman
tal-Bord Maniġerjali u Riżorsi. Is-salarji rispettivi huma kif ġej:
Direttur Generali €84,372 u benefiċċju ta’ użu ta’ karozza
Kap tal-Operat €65,739 u benefiċċju ta’ użu ta’ karozza
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' konsulenti u kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17703.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — persuni li bdew l-impjieg tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew bl-impjieg/xogħol tagħhom fil-Ministeru u/jew fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru li jaqa' taħtu, matul dawn l-ewwel erba' xhur tas-sena? X'kariga u/jew xogħol għandhom? X'salary scale għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17461.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-informazzjoni sal-lum tal-mistoqsija parlamentari 9355 u jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16971, 16402, 15649 u 14689 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14689, liema tweġiba tapplika ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari numru 16971,16402 u 15649.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15380, 15617 u 15858 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 15380, liema tweġiba tapplika ukoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 17518, 15617 u 15858.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratti lill-Kumpanija Content House
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16769 u 16152 u jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru tal-Finanzi jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17678.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskart li se jkun prodott mill-estensjoni tal-power station f'Delimara hux se jkun trasferit għal post ieħor qabel jiġi esportat? Dan għaliex? Hu possibbli li dan l-iskart jiġi esportat direttament mingħajr ma jiġi trasferit, u jekk dan mhux possibbli għaliex? Jista' jgħid x'hemm bżonn isir sabiex dan jiġi esportat direttament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji li qed jirreferi għalihom jiġu stabbiliti permezz ta’ l-IPPC Permit li għad irid jiġi konkluż u approvat mill-MEPA.
Il-Gvern qed jimmira li l-proċess tal-immaniġġjar tal-iskart ikun l-iktar wieħed san u tal-inqas inkonvenjent għar-residenti u l-inħawi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16170 dwar flus imħallsa f'tiswijiet fuq units tal-power station fl-aħħar snin u r-risposti anċillari li ngħataw għal mistoqsijiet orali oħra li saru, jista' l-Ministru jispeċifika kif jinqasmu l-ispejjeż tat-tiswija msemmija turbina b'turbina u sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħolijiet kollha li huma ndikati f’PQ 16170 kienu saru fuq il-gas turbines u l-ispejjeż imniżla jirrapreżentaw il-miżata ta’ kull sena għal Long Term Service Agreement (LTSA) mal-manifattur.
Ix-xogħolijiet kollha li jaqgħu taħt LTSA huwa kollu ppjanat. L-uniku tiswija li saret barra LTSA kienet ta’ waħda mit-turbini tal-gass (GT 3B ta’ Delimara) li sar fl-2006 għall-ispiża ta’ 3.8 miljun dollaru.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17320 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif isir ix-xogħol ta’ tindif fiż-żoni industrjali? Kif jitneħħa l-materjal ta’ bini li jinstab mitluq hemm? Meta l-aħħar li sar ġbir ta’ dan it-tip ta’ skart?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17811.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm preżentament tenders maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-kostruzzjoni ta' toroq fejn xi ħadd minn dawk li tefa' t-tender fil-fatt qed jitlob xi forma ta' konsiderazzjoni dwar l-imsemmija tender?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli illi bħalissa appell wieħed biss hemm minn operator ekonomiku li tefa’ offerta għal xogħol ta’ toroq. L-appell tiegħu instema’ mill-Bord ta’ l-Appelli u d-deċiżjoni hi mistennija minn mument għall-ieħor.
Jista' l-Ministsru jara li jiġi rranġat id-dawl li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta, fi Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq Għajn Dwieli u Triq Fr Charles Plater peress li ilhom bla dawl ġimgħat sħaħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-manutenzjoni meħtieġa fid-dwal tat-toroq imsemmija saret fil-31 ta’ Mejju 2010, l-istess ġurnata li ġie rrapurtat.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — kumpaniji li qed jiġu mħarrka
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpaniji self employed/ħaddiema eċċ. li qed jiġu mħarrka għaliex m'onorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus in kwestjoni ta' żbilanċ kontra d-dipartiment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma jużax il-proċess ta’ taħrik kontra ‘taxpayers’ li ma jonorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti imma jipproċedi b’mezzi oħra legali li tagħtih il-liġi.
Dipartiment tal-VAT — kumpaniji li qed jiġu mħarrka
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpaniji self employed/ħaddiema eċċ. li qed jiġu mħarrka għaliex m'onorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti lid-Dipartiment tal-VAT? Kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus in kwestjoni ta' żbilanċ kontra d-dipartiment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 1225 persuna/kumpanija mħarrka kriminalment minħabba li jew naqsu li jissottomettu d-denunzji rispettivi fit-terminu stabbilit mill-liġi, jew issottomettew id-denunzji mingħajr ma’ ġie affettwat il-ħlas rispettiv.
Barra minnhekk hemm 584 każ li kontrihom hemm azzjoni ċivili fil-Qrati. Il-
book balance
dovut jammonta għal €64,486,668, u jinkludi wkoll stimi ta’ taxxa, imgħaxx u penali amministrattivi.
Jista' l-Ministru jiddikjara jekk kienx hemm tibdil f’xi policy jew regolamenti dwar id-deductible expenses għall-fini ta' taxxa tas-self employed? Jekk le, jista' jispjega għaliex spejjeż tat-telefon u tal-internet li huma direttament użati fin-negozju mhux qed jitħallew jiġu mnaqqsa kompletament mit-Tax Compliance Unit peress li dan ifisser li r-rata ta’ taxxa effettiva qed tkun ta’ aktar min 35% fuq il-qliegħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-onorevoli interpellant li d-deductible expenses għall-finijiet tat-taxxa fuq l-income huma regolati mil-liġi, preċiżament mill-Atti dwar it-Taxxi. Kemm-il darba l-ispejjeż jissodisfaw it-testijiet li titlob il-liġi, dawn jingħataw; jekk le, allura ma jiġux allowed.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Architecture Project - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17415, 17224, 17006 u 16785 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16785, liema tweġiba tapplika ukoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 17415, 17224, u 17006.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex jara li bozza b'referenza 50/0573/08 li ġiet approvata kemm mill-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll mill-Kunsill Lokali tar-Rabat kif indikat fil-korrispondenza li qed tingħata separatament? Jidher li minn korrispondenza mal-Kunsill Lokali tar-Rabat hemm indikazzjoni li wires li kienu hemm u għal xi raġuni tneħħew illum qed joħolqu diffikulta sabiex din il-bozza titwaħħal f'postha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-bozza msemmija hija stallata ġo art privata (u allura m’għandux dritt għal konnessjoni mas-sistema tal-istreet lighting). Barra minnhekk anke jekk il-bozza msemmija tiċċaqlaq, biex tkun tista titqabbad mas-sistema tal-elettriku, hemm bżonn li jiġi estiż il-wire tal-istreet lighting.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17197 u t-tweġiba mogħtija f'Seduta 230, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-kontijiet mibgħuta lill-klijent tal-Korporazzjoni Enemalta jkunu emendati skont l-informazzjoni li dehret oriġinalment fil-mistoqsija parlamentari? Ma' din il-mistoqsija qed tintbagħat separatament korrispondenza li l-klijent tal-Korporazzjoni Enemalta irċieva u li turi li l-emendi fil-kont ma kenux korretti u l-klijent għadu qed jitlob li l-kumpens ikun emendat skont l-informazzjoni li ngħatat f'mistoqsija 17197?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ilment imressaq fil-mistoqsija parlamentari 17197, ġie investigat u ttieħdet l-azzjoni neċessarja li kien hemm sabiex il-kont jiġi rivedut.
Il-korrispondenza mibgħuta separatament mal-mistoqsija parlamentari 18037 hija l-ittra uffiċċjali li ntbgħatet lill-konsumatur, fejn ġie nfurmat bil-kreditu li ngħata. Il-konsumatur jista’ faċilment jivverifika dan kollu billi jqabbel il-kontijiet li ntbagħatulu. Għaldaqstant l-ittra uffiċjali maħruġa fil-21 ta’ Mejju 2010 hija korretta u l-ammot dovut għandu jitħallas fiż- żmien stipulat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni totali fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena? Jista' jagħti l-figuri xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll il-figuri għall-istess xhur tas-sena li għaddiet? Kemm kienet l-esportazzjoni għall-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. L-istess informazzjoni għal Mejju 2010 se tinħareġ fit-8 ta’ Lulju 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni totali fl-ewwel ħames xhur minn Malta? Jista’ jagħti l-figuri xahar b’xahar u jgħid x’kienu l-figuri fl-istess żmien tas-sena li għaddiet? Kemm minnha kienet mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li statistika dwar l-importazzjoni lejn Malta għax-xhur Jannar-April 2010, kif ukoll għal perjodu komparattiv tal-2009, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-istess informazzjoni għal Mejju 2010 se tinħareġ fit-8 ta’ Lulju 2010.