Jista' l-Ministru jispjega għal liema raġuni l-Awtorità dwar it-Trasport qed timponi l-massimu ta' CO2 u PM fuq vetturi li qed jiġu rreġistrati għal l-ewwel darba hawn Malta fiċ-ċirkustanzi meta dawn il-vetturi ma jkollhomx mniżżel fuq il-logbook ta' barra dawn iċ-ċifri? Jista' jispjega għalfejn u min ħa din id-deċiżjoni li jimponi l-massimu ta' CO2 u PM meta l-VRT stations u l-enforcement officers ta' l-Awtorità dwar it-Trasport huma attrezzati sabiex jikkalkulaw kemm CO2 u kemm PM? Huwa infurmat l- Ministru li din is- sistema qed taffetwa wkoll nies illi qed jippruvaw jagħmlu transfer ta' karozza li għandha tax exemption u li ħafna minnhom huma nies b’diżabilità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm rċieva applikazzjonijiet għal exemption mir-registration tax ta' karozzi ta' persuni li ġejjin jgħixu b’mod permanenti hawn Malta, kemm minn dawn ġew approvati u meta bdew joħorġu it-tweġibiet għal dawn l-applikazzjonijiet? Huwa minnu li dawn iridu jħallsu €50 sabiex jiktbu għal appell jekk dawn jiġu rifjutati minn din l-applikazzjoni ? Dawn il-persuni kemm damu biex jinghataw tweġiba u sadanittant dawn ingħataw l-faċilità li jużaw il-karozza tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7266 u 5999 u jgħid meta huwa maħsub li jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill-Awtorità dwar it-Trasport u f'liema prijorità tinsab din it-triq li tinsab fil-Fgura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7265 u 6517 u jgħid x’kien l-ammont totali ta’ diesel u petrol mingħajr ċomb separatament li ntuża mill-pubbliku fl-2008? X’kien l-ammont tal-istess fuel li ntuża minn vetturi li jappartjenu lill-Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Minstru jgħid din is-sena u fis-sentejn 2010 u 2011 kemm
cruise ships
mistennija jagħmlu użu mill-baga li se titqiegħed ix-Xlendi? Meta mistennija titqiegħed din il-baga?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal Għaxaq — ta' Landar u Triq Carmelo Rosario Dimech - xogħol meħtieġ
Question
Peress li wara ħafna snin, issa nħareġ il-permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex isir ix-xogħol fuq sistemi tad-drenaġġ u l-bini tat-toroq fl-inħawi ta' Landar u fi Triq Carmelo Rosario Dimech (ex Triq ta' Telleritu) f'Ħal Għaxaq, jista' l-Ministru jindika meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Awtorità dwar it-Trasport se jagħtu bidu għax-xogħol meħtieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Raħal Ġdid — Triq Tarxien u Triq il-Palma - stallazjoni ta' dwal ħdejn zebra crossing
Question
Minħabba l-periklu kbir li jeżisti speċjalment matul il-lejl, jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità dwar it-Trasport ser tistalla sistemi ta' dwal ħdejn zebra crossing li hemm f'nofs Triq Palma u fi Triq Tarxien f'Raħal Ġdid biex is-sewwieqa jindunaw li hemm zebra crossing u jiġu evitati xi inċidenti serji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT għaddejja bil-proċeduri neċessarji biex jiġi nstallat dan id-dawl.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' bini ta' bankina ġdida bħala parti mill-kostruzzjoni ta' Triq il-Wied biswit il-Klabb tal-Boċċi ta' San Ġorġ, Ħal Qormi wara li saru l-istimi neċessarji u dan ix-xogħol suppost kellu jinbeda fis-sena 2008, hekk kif kien imwiegħed f'mistoqsija parlamentari 28050 fil-leġislatura li għaddiet?
Ma jaħsibx li dan id-dewmien żejjed se jkompli jikkawża iktar inkonvenjent lir-residenti f'waħda mill-aktar żoni li suppost għandhom jingħataw prijorità minħabba l-problema ta' l-għargħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li ssir inspection fir-residenza ta' ġuvni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li talab il-kunsens tal-Korporazzjoni Enemalta biex jikkonfermaw li hemm arloġġ tad-dawl u l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir fuq il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sabiex tiġi solvuta l-problema akuta li qed tgħaddi minnha din il-familja li qed jipparkjawlhom il-karozzi litteralment quddiem il-bieb tad-dar tagħhom, jiġifieri bl-exhaust pipe iħakkek mal-bieb ta' barra, apparti li qed jostakolawlhom il-passaġġi u l-bankina?
Tista' ssir xi ħaġa biex din il-problema tiġi solvuta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — Sidien ta' karozzi antiki
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu joħroġ il-permess li kienu ftehmu dwaru l-Awtorità dwar it-Trasport u s-sidien tal-karozzi antiki li kien imlaqqam jew iġib l-isem ta' undocumental vessels, liema karozzi kienu ġew restawrati mis-sidien differenti fix-xhur li għaddew? Dan il-ftehim kien sar xi sena u 3 xhur ilu u s-sidien nefqu ħafna flus biex irrestawrar dawn il-karozzi u peress li issa għad m'għandhomx permess ma jistgħux joħorġu bihom fit-triq.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi f'Malta u Għawdex li għandhom 'il fuq minn 50 sena? B'liema kategorija jinqasmu dawn il-karozzi jekk huwiex bis-saħħa tal-magna jew jekk huwiex b'xi mod ieħor jekk jiġu kategorizzati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Pjazza ta' quddiem il-Parlament — Proġett ta' tisbiħ
Question
In vista tal-proġett tat-tisbiħ tal-Pjazza ta' quddiem il-Parlament, jista' l-Ministru jindika:
1) fejn se jinżamm il-monument tas-Sette Giugno sakemm dan jitqiegħed biswit il-bini l-ġdid tal-Parlament;
2) jekk intlaħaqx ftehim għar-rilokazzjoni tal-karozzini u fil-każ fejn se jiġu rilokati dawn il-karozzini?
3) fejn se jiġu rilokati l-parkeġġi uffiċjali kollha (jiġifieri tal-Avukat Ġenerali, staff tal-Public Service Commission, staff tal-Parlament u l-membri tiegħu u oħrajn)?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jagħmel it-Triq Patri Wistin Born, f'Wied il-Għajn? Jista' jgħid għaliex din ma kenitx inkluża fil-lista tat-toroq li se jsiru fiż-żmien qarib meta din l-istess triq ilha mħarbta għal dawn is-snin kollha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir meta r-riżorsi jkunu jippermettu meta jkunu magħmula x-xogħolijiet ta' prijorita' ogħla.
mini-buses, taxis u karozzi tal-linja — assocjazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8305 u jindika x'laqgħat kellu din is-sena mal-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lil tal-mini buses, tat-taxis u tal-karozzi tal-linja? X'konklużjonijiet kien hemm f'kull waħda minn dawn il-laqgħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena kelli sitt laqgħat ma' l-assoċjazzjonijiet imsemmija. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Awtorità tal-Kommunikazzjoni — miżuri dwar antenni qrib xulxin
Question
Peress li f'pajjiżna qed jitwaħħlu diversi antenni tat-telekomunikazzjoni u b'hekk qed ikollna antenni qrib xulxin b'konċentrazzjoni ta' emissjonijiet elettro manjetiċi, jista' l-Ministru jgħid x'passi u x'miżuri qed tieħu l-Awtorità tal-Kommunikazzjoni biex jiġi moniterjat l-impatt ta' dan kollu fuq is-saħħa tar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) tagħmel kejl fuq antenni tat-telekomunikazzjoni, biex tikkonferma li r-radjazzjonijiet elettromagnetici huma konformi mal-livelli stabbiliti fil-Liġi u l-liċenzji ta’ l-operaturi. Din it-tip t’attivita ila ssir mill-MCA għall-diversi snin u l-medja tar-riżultati tal-kejl hi ta’ 5% tal-livell massimu tal-ICNIRP (International Commission on Non-Ionising Radiation Protection) relevanti għall-pubbliku;. Sintezi tar-riżultati tal-kejl tigi ppublikata fil-website ta’ l- Awtorità. Id-Departiment responsabbli mis-saħħa pubblika jiġi ukoll magħrraf bir-riżultati.
Jista` l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8279, 8114 u 7921 u jgħid meta ser jibda u jitlesta x-xogħol ta’ toroq (ara l-lista isfel) f`Ħaż-Żabbar, liema toroq kienu imwiegħda li ser jitlestew sa l-2008, mill-Ministru preċedenti għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, fil-11 ta' Awwissu 2006? Jista' jispeċifika wkoll għaliex l-istess toroq hawn imsemmija baqgħu ma sarux kif imwiegħed?
Lista ta’ toroq: Triq is-Sienja, Triq San Patrizju, Parti minn Triq San Frangisk, Parti minn Triq ix-Xgħajra, Parti minn Triq Dun Salv Sciberras, Triq Patri Feliċjan Grech, Triq Victor Cauchi, Misraħ San Nikola, Parti minn Triq A.Caligari, Triq il-Fustan, Triq il-Qoton, Triq il-Misqa, Triq Krexxuni, Parti minn Triq Felice, Triq il-Ħawt, Triq Dun Frans Buhagiar, Parti minn Triq l-Għadiba, Triq il-Kaħwiela, Triq is-Saqwi, Triq Santa Marija, Sqaq Nru. 1, Triq Santa Klara, Triq iż-Żabra, Triq is-Serrer, Parti minn Triq il-Barumbara, Trejqet il-Mitħna.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-lista ta' toroq li se jkunu qiegħdin isiru se titħabbar fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il reserved parking għandha l-Awtorità dwar it-Trasport u għal min huma riservati? (awtoritajiet mhuwiex suppost li jkollhom reserved parkings)
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jistà l-Ministru jgħid daħlux impjegati ġodda fl-Awtorità dwar it-Trasport din is sena? X’kariga għandhom,
meta u jekk ħarġux l-
call for application
mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ , kemm applikaw nies għal dawn il-karigi u x’benefiċċji u salarji għandhom rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din is-sena (2009) daħlu zewg(2) impjegati ġodda ma’ L-Awtorità dwar it-Trasport fil-Grad ta’ “Assistant Technical Officer/ Draughtsperson”. Huma qegħdin jirċievu paga ta € 11,658.5 fis-sena mingħajr ebda beneffiċji oħra. Saru sejħiet mill-Korporazzjoni għax-Xogħol biex ġew ingaġati dawn l-impjegati. B’kollox kien hemm ħmistax (15) il-applikant
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mass renewal tal-karta tal-identità ser jibda lejn nofs is-sena d-dieħla, dan ser jiġi ċentralizzat jew iċ-ċittadin ikun jista' jinqeda billi jibdel il-karta tal-identità fil-lokalità tiegħu?
Il-karta tal-identità sa mill-1980 'l hawn kienet toħroġ mill-Uffiċċju Elettorali, jista' jgħid hux ser tibda toħroġ mill-Uffiċċju tal-Passaporti? Jekk iva, x'ser ikun il-ġejjieni tal-impjegati tal-uffiċċju elettorali li għal diversi snin ilhom jaħdmu fis-section tal-karta tal-identità?
Kien imtela l-post ta' Project Manager biex imexxi dak kollu involut fil-proċess tal-karta tal-identità ġdida? Jekk iva, min ħadu dan l-appointment?
Il-karta tal-identità ġdida ser tkun bi ħlas għaċ-ċittadin? Jekk iva, x'kondizzjonijiet ta' ħlas ser jintroduċi l-Gvern f'każ ta' karta tal-identità ġdida għal-ewwel darba, karta tal-identità mitlufa, f'każ ta' bdil ta' residenza jew korrezzjoni f'każ ta' żwieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sistema għall-ħruġ tal-karti tal-identità għadha qiegħda tiġi żviluppata, għalhekk ikun prematur illi wieħed jagħti risposta definittiva fuq il-lokalità ta’ minn fejn dawn se jinħarġu. Madankollu nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li ser jitħejja pjan olistiku ta’ kif dawn jinħarġu ġaladarba s-sistema tkun żviluppata bil-prijorità tkun li dan isir b’mod sigur u bl-anqas inkonvenjent liċ-ċittadin.
Il-karta tal-identità l-ġdida se tibda toħroġ taħt l-Uffiċċju tan-‘National Identity Management’ (NIDM) li jinkludi fih l-Uffiċċju tal-Passaporti. Hu maħsub li l-impjegati li ilhom jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Karti tal-Identità jibqgħu jagħmlu dan minn dan l-Uffiċċju.
M’hemmx
project manager
per se billi l-iżvilupp għall-karta tal-identità l-ġdida qed jiġi kkordinat permezz ta’ tim ta’ nies magħmul minn rappreżentanti tas-sieħeb (
partner
) strateġiku tagħna De La Rue, tal-esperti tekniċi tal-MITA, tad-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u tal-Artijiet li taħtha jaqa’ l-Uffiċċju tan-NIDM u tal-Ministeru tiegħi.
Mhux maħsub li s-sostituzzjoni tal-karta tal-identità l-qadima ma’ dik ġdida jsir bi ħlas.