Tista' l-Ministru tgħid x'vetturi jagħmlu użu minnhom kull awtorità u korporazzjoni li taqa' taħtha? Meta ġiet akkwistata, kemm qamet u minn fejn inxtrat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm l-ebda awtorità u korporazzjoni li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw laptops u notebooks minn kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2009? X'kienet l-ispiża minfuqa? Mingħand min inxtraw? Kif ġie deċiż mingħand min jinxtraw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m'hemm l-ebda awtorità u korporazzjoni li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex tikkonsisti l-Inter-Island Transport Scheme li hija amministrata mill-Ministeru tagħha direttament? Meta daħlet fis-seħħ din l-iskema? Min huwa eliġibbli għal din l-iskema? Kemm tħallsu flus fuq din l-iskema minn meta daħlet sal-lum? Kemm kienu l-beneficcjarji kull sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-iskema Promoting Economic Cohesion in Gozo (Industrial Sector) daħlet fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2008 u tipprovdi għall-għajnuna biex ittaffi parti mill-ispejjeż addizzjonali li operaturi fil-qasam tal-manifattura jkollhom minħabba li huma bbażati f'Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda awtorità u korporazzjoni li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Ministeru għal Għawdex — persuni li bdew l-impjieg tagħhom
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew bl-impjieg/xogħol tagħhom fil-Ministeru u/jew fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru li jaqa' taħtha, matul dawn l-ewwel erba' xhur tas-sena? X'kariga u/jew xogħol għandhom? X'salary scale għandhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw workshops lill-artiġjani Għawdxin fil-Crafts Incubation Centre f’Għajnsielem? Liema oqsma tal-artiġjanat ikopru? Kemm mill-artiġjani li ħadu workshop fetħu negozju ġdid bl-artiġjanat li qed jipprattikaw fiċ-ċentru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew mogħtija 5 workshops fiċ-Ċentru tal-Arti u l-Artiġjanat ġewwa Għajnsielem. Ix-xogħol li jiġi prodott huwa xogħol ta' tessuti u ħjata, xogħol ta' ħġieġ, xogħol ta' karta pesta, xogħol ta' pirografija u produzzjoni ta' prodotti ta' dulċiera. L-iskop ta' dan iċ-ċentru huwa speċifikament li jgħin lill-artiġjani biex iħejju ruħhom biex jiftħu negozju għal rashom. Minn informazzjoni li għandi jirriżulta illi dawn l-artiġjani qed jagħmlu l-isforzi kollha tagħhom sabiex ibiegħu l-prodotti tagħhom b'mod dirett kif ukoll permezz ta' arranġamenti ma' ħwienet oħrajn.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda awtorità u korporazzjoni li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Ministeru għal Għawdex — lista ta' konsulenti u kumpanija
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tagħha, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-eco-Gozo vision document ġiex ippubblikat? Jekk iva, tista’ tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, għaliex għadu ma ġiex ippubblikat? Meta mistenni jiġi ppubblikat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li dan id-dokument huwa fi stadju ta' working draft.
Xogħol fuq bini ta' triq mir-Rabat sal-Pjazza ta' San Lawrenz
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li jerġa' jibda u jitlesta x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat twassal għall-pjazza ta' San Lawrenz u li kellha ssir taħt il-perijodu ta' programmazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2004 - 2006?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sejħiet għall-offerti għal xogħol fuq it-Triq Franġisk Portelli u t-Triq San Lawrenz, qegħdin fil-fażi ta' l-evalwazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm trasferimenti saru minn fergħa għal oħra u minn dipartiment għal ieħor fi ħdan il-Ministeru tagħha xahar xahar mill-1 ta’ Jannar 2009? Tista' tagħti dan it-tagħrif skond il-fergħa u d-dipartiment minn fejn ġew trasferiti u l-fergħa u d-dipartiment għal fejn ġew trasferiti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm beħsieba tkun l-istima għal Lejliet Lapsi li sejra isir dan ix-xahar ta' Mejju f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-estimi tal-Ministeru għal Għawdex taħt l-item Notte Gozitana hemm ivvutata s-somma ta' €150,000 biex tagħmel tajjeb għal din l-attività.
Persuni reġistrati mal-Ispiżerija Ġenerali t'Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta’ persuni reġistrati mal-ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li huma intitolati jieħdu l-pilloli Lescol/Fluvastatin mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li Lescol/Fluvastatin jaqa' taħt il-permess 'Statin', kif jaqgħu mediċini oħra ta' dan it-tip. In-numru ta' pazjenti b'indirizz f'Għawdex, b'permess validu għall-Statin huwa ta' 1615.
Governmental Pharmaceutical Services — Sptar Ġenerali t'Għawdex
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16577, tista' l-Ministru tgħid mill-ammont ta’ 8550 pillola Fluvastatin li l-Governmental Pharmaceutical Services taw lill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, kemm kien in-numru li ingħataw fil-wards u kemm tqassmu lill-pazjenti mill-ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li mill-8550 pillola Fluvastatin li l-Governmental Pharmaceutical Services taw lill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, 66 pillola ngħataw fis-swali, l-kumplament tqassmu lill-pazjenti mill-ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16577, tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li ingħataw pilloli Fluvastatin 20mg mill-ammont ta’ 8550 pillola Fluvastatin li l-Governmental Pharmaceutical Services taw lill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li kien hemm 282 persuna li ngħataw pilloli Fluvastatin 20mg mill-ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mill-ammont ta' 8550 pillola Fluvastatin li l-Governmental Pharmaceutical Services taw lill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16577, tista' l-Ministru tgħid għaliex min hu intotlat għall-pilloli Fluvastatin 40mg jew 80mg ma jingħata l-ebda ammont meta l-pilloli Fluvastatin li waslu l-Isptar ta’ Għawedex ikunu tat-20mg? Jekk fin-negativ, għaliex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li pazjenti ntitolati għall-pilloli Statin ingħataw kaxxa Fluvastatin 20mg (fiha 30 pillola), irrelevanti x'doża jieħdu kuljum. Biss pazjenti b'doża ta' Fluvastatin 80mg kienu avżati biex jikkuntattjaw lit-tabib tagħhom, bil-possibilità wara konsultazzjoni medika li jinqalbu għall-pilloli Zocor.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16577, ma taħsibx il-Ministru li s-sistema li wieħed iċemplel l-ispiżerija biex jara jekk il-mediċina waslitx hija sistema ħażina u antikwata? Taf li persuna li ċemplet it-Tnejn 3 ta’ Mejju fil-11 ta’ filgħodu u qalulha li waslu l-pilloli Fluvastatin 20mg u li kull min imur qed jingħata kaxxa waħda, x’ħin din il-persuna waslet l-isptar, wara li stenniet fil kju qalulha li ma kienx hemm? Ma taħsibx li mill-iktar fis possibbli, forsi anki qabel ma tirrispondi din il-mistoqsija parlamentari, tibdel din is-sistema li qed tiffavorixxi lil ċerti persuni filwaqt li qed tikkastiga lil dawk li huma l-iktar vunerabbli?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-Tnejn, 3 ta' Mejju 2010 kien għad fadal xi ftit stocks ta' Fluvastatin 20mg li ngħataw mill-Governmental Pharmaceutical Services fid-29 ta' April 2010. Biss dan il-ftit stock laħaq spiċċa qabel l-għeluq tal-ispiżerija għall-pubbliku. Aktar stock waslu t-Tnejn, 3 ta' Mejju 2010 wara l-ħin tal-għeluq tal-ispiżerija.
Ma jidhirx li hemm xi sistema aħjar milli wieħed jista' jċempel mill-kumdità ta' daru u jistaqsi jekk il-mediċina li kienet out of stock waslitx jew le.
Ministeru għal Għawdex — awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Min huma ċ-chairpersons, diretturi u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda awtorità u korporazzjoni li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex.