Jista' l-Ministru jagħti l-prezz ta' kull metru kwadru li l-gvern iħallas ta' art esproprijata għal skopijiet pubbliċi kemm meta l-art tkun fl-outside development zone kif ukoll meta hi fl-iskema?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18285.
Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Accountancy Board? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Air Malta plc? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Auctioneers Board of Examiners? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Auctioneers Board of Examiners għadu fil-proċess sabiex jiġi appuntat.
Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tas-Central Bank? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15606. Dwar ir-remunerazzjoni tal-Gvernatur nikkonferma li l-pożizzjoni ma nbidlitx mit-tweġiba mogħtija għal dik il-Mistoqsija. Il-Gvernatur inħatar għall-ewwel darba fl-1 ta’ Ottubru 1999.
Id-Deputat Gvernatur qiegħed fuq kuntratt ta’ ħames snin, li beda fl-1 t’April 2010. Ir-remunerazzjoni tiegħu ġiet iffissata fil-livell ta’ €55,000 kull sena, mingħajr ebda
allowances
, u mhix se tinbidel matul iż-żmien li se jagħmel fil-kariga. Għalkemm hu ntitolat għall-użu ta’ telefon ċellulari /
PDA
li s-sejħiet minn fuqu jitħallsu mill-Bank, hu rrinunzja għall-użu ta’ karozza personali.
It-tlett Diretturi mhux Eżekuttivi tal-Bord inħatru għal perjodu ta’ ħames snin b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2008, 1-14 ta’ April 2008 u t-23 ta’ Marzu 2009, rispettivament. Dawn huma is-Sinjur Victor Busuttil, is-Sinjura Antoinette Caruana u s-Sinjur Mario Micallef. Huma għandhom remunerazzjoni ta’ €4,800 fis-sena u €25 għal kull laqgħa tal-Bord li jattendu kif ukoll huma ntitolati għal benefiċċji taħt l-iskema tas-saħħa tal-Bank u għal ħlas tal-kont tat-telefon fiss tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Copyright Board? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Copyright Board huwa magħmul minn Chairman u żewg membri, li huma l-Imħallef Victor Caruana Colombo, Dr Aaron Mifsud Bonnnici u Dr Trevor DeGiorgio rispettivament u ilhom f’din il-kariga mid-19 ta’ Novembru 2008. Dawn jieħdu renumerazzjoni ta’ €18.63 (Chairman) u €13.48 (Membri) għal kull laqgħa jew seduta. Huwa ukoll possibli, li fuq talba speċifika u wara li l-uffiċċju jieħu l-approvazzjoni kemm tal-MPO kif ukoll tal-Ministeru tal- Finanzi, l-Ekonomija u Investiment li jaqa taħtu dan l-uffiċċju, dawn jitħallsu forma ta’ benefiċċju għal xogħol li jkun sar relattat mal-funzjoni tal-Board.
Il-
Copyright Board
għandu wkoll
Chairman
sostitut, li huwa Dr Albert Manché, u membru sostitut li huwa s-Sur Alfred Balzan. Il-ħatra tagħhom għanda terminu ta' sentejn mid-19 ta' Novembru 2008, bħal dik taċ-
Chairman
u l-Membri. Ir-remunerazzjoni taċ-
Chairman
sostitut u tal-membru sostitut hija l-istess bħal dak taċ-
Chairman
u l-membri, jiġifieri ta' €18.63 (Chairman) u €13.48 (Membri) għal kull laqgħa jew seduta.
Dipartiment tal-VAT — kumpaniji li qed jiġu mħarrka
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17906 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpaniji self employed/ħaddiema eċċ. li qed jiġu mħarrka għaliex m'onorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti lid-Dipartiment tal-VAT? Kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus in kwestjoni ta' żbilanċ kontra d-dipartiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17906.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Arms Ltd qed toħroġ il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma għal sitt xhur? Jista' jgħid jekk dawn il-kontijiet humiex jintbagħtu lill households u n-negozji kollha f'Malta jew inkella li xi wħud? Jista' Ministru jgħid jekk hux konxju li għal ħafna familji, huwa aħjar li l-kontijiet ikunu ta' xahrejn u mhux ta' sitt xhur u dan għaliex it-tbatija finanzjarja hija akbar?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Billi riċentament tħabbar li se jkun hawn fis-suq sistemi li permezz tagħhom id-drenaġġ ikun jista' jiġi ttratat mingħajr il-ħtieġa li jkun imqabbad mas-sistema nazzjonali għat-tisfija tad-drenaġġ, jista' l-Ministru jikkonsidra li sistemi bħal dawn jitwaħħlu f'diversi nħawi ta' Malta fejn s'issa m'hemmx drenaġġ? Kemm hu l-iżgħar numru u l-ikbar numru ta' households li jistgħu jinqdew b'sistemi bħal dawn?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali għandhom ftehim mal-Korporazzjoni Enemalta biex il-kunsilli lokali jkunu responsabbli mid-dawl pubbliku? Jista' jagħti tagħrif dwar x'differenza hemm f'dik li hi amministrazzjoni ta' dwal pubbliċi, sew jekk dawn huma mwaħħla mal-ħitan kif ukoll jekk dawn qegħdin fuq arbli tad-dawl? F'dawk l-inħawi fejn għad m'hemmx dwal pubbliċi, minn min suppost jitwaħħlu l-bozoz neċessarji mill-Korporazzjoni Enemalta jew mill-kunsilli lokali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dwal tat-toroq ġew devoluti lill-Kunsilli kollha minn barra il-Belt Valletta. Il-bozoz imwaħħla mal-hitan u dawk imdendla fin-nofs tat-triq huma responsabilta tal-Kunsill Lokali. Dawk imwaħħla mal-arbli huma responsabilta tal Enemalta. Lampi ġodda huma responsabilta tal-Kunsill.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment mis-segwenti entitajiet:
Accountancy Board, AirMalta p.l.c, Auctioneers Board of Examiners, Bank of Valletta, Board of Special Commissioners on Death and Donation Duty, CASMA Limited, Central Bank Malta, Controller of Companies Appeals Board, Copyright Board, Court of Revision of Notarial Acts, Enemalta Corporation, Financial Intelligence Analysis Unit/ Board of Governors, Financial Services Tribunal, General Contracts Committee u Gozo Channel Company Limited?
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-membri tal-bordijiet, awtoritajiet agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex
full-time
u x’paga għadhom? Dan kollu senjatament ghas-snin 2008, 2009 u 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’
retainers
għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment mis-segwenti entitajiet:
Gozo Ferries Company Limited, Gozo Heliport Company Limited, Inland Revenue First Board of Special Commissioners, Inland Revenue Second Board of Special Commissioners, Joint Office Control Committee, Kalaxlokk Company Limited, Cordin Grain Terminal Limited, Land Arbitration Board, Libyan Arab Holdings Company Limited, Licensing Advisory Committee, Licensing Appeals Board, Lotteries and Gaming Authority, MALPRO limited, Malta Air Traffic Services Limited, Malta Crafts Council, Malta Dairy Products Limited u Malta Enterprise Appeals Board?
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex
full-time
u x’paga għadhom? Dan kollu senjatament ghas-snin 2008, 2009 u 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’
retainers
għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18087, 17722, 17507 u 16997 u jassigura li l-ebda direttur fuq il-bord tal-Korporazzjoni Enemalta m'għandu kunflitt ta' interess f'oqsma li fihom il-kumpanija tixtri prodotti u servizzi? F'każ li jeżistu dawn il-każijiet, liema huma?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — kumpaniji li qed jiġu mħarrka
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18260 u 17905 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpaniji self employed/ħaddiema eċċ. li qed jiġu mħarrka għaliex m'onorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus in kwestjoni ta' żbilanċ kontra d-dipartiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17905.
Dipartiment tal-VAT — kumpaniji li qed jiġu mħarrka
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18261 u 17906 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpaniji self employed/ħaddiema eċċ. li qed jiġu mħarrka għaliex m'onorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti lid-Dipartiment tal-VAT? Kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus in kwestjoni ta' żbilanċ kontra d-dipartiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17906.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18013 u jgħid kemm iridu jgħaddu aktar snin biex Triq Ħal Farruġ, f'Ħal Luqa isirilha d-dawl meħtieġ, biex ir-residenti ta' dan ir-raħal żgħir, ma jibqgħux jgħixu qishom fi żmien il-black out tal-gwerra, u dan b'għadd ta' riskji? Jista' jgħid jekk l-Korporazzjoni Enemalta għaddietx is-servizz tad-dawl għal pjazza ta' Ħal Farruġ li tinsab bejn il-ħames blokki ta' appartamenti li hemm u li minħabba n-nuqqas ta' dawl, ir-residenti qed jiffaċċjaw ħafna perikoli u vandaliżmu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l–provvista tad-dawl tat-toroq hija responsabbiltà tal-Kunsill Lokali. S’issa l-Enemalta m’għandha l-ebda talba biex tipprovdi provvista tal-elettriku għad-dwal tat–toroq u fl-inħawi msemmija.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema qabżu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18266 u jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu fil-ministeru tiegħu u/jew fid-dekasteru li jaqa' taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jispjega x'laqgħat uffiċjali kellu dwar l-emendi għal-liġi tal-gaming, ma' min, fejn saru l-laqgħat u f'liema dati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-laqgħat uffiċjali li permezz tagħhom wasalna għall-emendi għal-liġijiet tal-gaming, saru fuq tul ta’ żmien, kienu ħafna, u f’diversi okkażjonijiet, kien hemm ħafna laqgħat li saru mal-istess persuni jew entitajiet.
Fost l-entitajiet li l-Ministeru ltaqa’, kien hemm l-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob, il-Malta Standards Authority, il-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, is-Sedqa, Caritas, il-Knisja, il-MEPA, il-Grupp Parlamentari Laburista, il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, u l-Kabinett. Dawn il-laqgħat kienu jinkludu ukoll l-avukati tal-awtorità kif ukoll dawk esterni fil-kapacità ta’ konsulenti tekniċi fil-qasam.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 14644 u jispjega kif waqt li fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 13554, il-Ministru ta’ qablu responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta Austin Gatt, qal li l-precipitators li huma stallati fuq tliet boilers fil-Marsa Power Station għal numru ta' xhur matul l-2009 ġew imwaqqfin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba li nħarġet stop notice fuq il-kuntrattur li jieħu ħsieb li l-flyash titneħħa skont ir-regoli, min-naħa l-oħra l-awtorità f'rapport datat Novembru 2009 qalet li l-Korporazzjoni Enemalta minn rajha waqqfet dawn il-precipitators ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġibiet u r-rapport imsemmija jikkumplimentaw lil xulxin.
Huwa minnu li l-Enemalta rċiviet
stop order
mill-MEPA biex twaqqaf it-trasport tal-
flyash
lill-kuntrattur, f’Lulju 2008.
Wara dan, saru diskussjonijiet mal-MEPA u tkompla t-trasport tal-
flyash
bil-kundizzjoni li jinħareġ
tender
, li tħejja bl-ispeċifikazzjonijiet ikunu approvati mill-MEPA.
Madankollu, ma kien hemm ebda interess minn ebda kuntrattur.
F’Diċembru 2008, il-kuntrattur informa lill-Korporazzjoni li ma kienx għad għandu permess iġorr il-flyash. Riżultat ta’ dan, meta mtlew is-silos tal-Korporazzjoni, il-precipitators ġew mitfija.
Tender ieħor kien ippubblikat f’Ġunju 2009, u wara li dan ġie allokat, it-trasport tal-flyash seta’ jkompli.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.