Legislature:
Category:
Reset
Active:

Baċir Nru. 1 — kumpanniji - żvilupp fl-area

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kumpanniji li kienu urew interess sabiex jiżviluppaw l-area tal-Baċir Nru. 1?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kumpaniji li wrew interess sabiex jizviluppaw l-area tal-Baċir Nru 1 kienu “Romegas Consortium” u “The Cottonera Waterfront Group Consortium.

Wardija — skola - culvert

Question

Billi fl-inħawi tal-iskola tal-Wardija hu meħtieġ li jsir culvert biex ma jibqax joqgħod ilma tax-xita fil-post, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-culvert isir kemm jista' jkun malajr?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Wardija — arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-arbli tad-dawl u oħrajn li mhumiex użati fl-inħawi kollha tal-Wardija, jinqagħlu mill-post għaliex kulma qed jagħmlu hu li jservu ta' eyesore fl-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proċess biex jinqalgħu l-arbli li mhumiex użati diġa beda.

Test tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jitqassmu s-slots biex jitniżżlu studenti għat-test tas-sewqan? Veru li bħalissa hemm sitwazzjoni inġusta li l-iskejjel mhux jingħataw l-istess ammont ta' students' slots biex jitniżżlu għat-test? Jista' jagħti rendikont ta' kif tqassmu l-islots matul is-sena 2007, 2008 bejn l-iskejjel eżistenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kumpens jekk il-vettura ġġarrab xi ħsara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna tingħatax kumpens jekk din iġġarrab ħsara fil-vettura tagħha minħabba negliġenza f’xi triq arterjali li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Centrali ossia l-Awtorità dwar it-Trasport? Kemm irċeviet talbiet l-awtorità għal kumpens u jekk qatt ingħata xi tip ta' kumpens f’dan ir-rigward?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — E-registration

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi stħarriġ jew xi tip ta' studju min-naħa ta' l-Awtorità dwar it-Trasport sabiex tara jekk kienx hemm xi tip ta’ titjib fil- ques illi jinġabru fid-direttorat tagħha tal-licenzji u t-testijiet? Jista' l-Ministru jindika ukoll meta ser tibda topera is-sistema ta’ e-registration ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Karozzi reġistrati barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jispjega għal liema raġuni karozza irreġistrata barra minn Malta iżda għandha inqas minn 6000 km u ilha inqas minn 6 xhur irregistrata barra minn Malta fl-għajnejn ta' l-Awtorità dwa it-Trasport tiġi kklassifikata bħala vettura ġdida? Jista' jispjega għalfejn f’dan il-każ l-Awtorità qed timponi 18% VAT fuq l- invoice value tal-vettura li jinkludi wkoll l-VAT mħallas barra minn Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Parkeġġ riservat fil-bini tal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) Min huma l-impjegati tal-Qorti li għandhom parkeġġ riservat fil-bini tal-Qorti? b) Min minn dawn għandhom eżenzjoni mill-ħlas tal-parkeġġ fil-Belt? Għaliex l-ebda mħallef jew maġistrat mhux residenti l-Belt ma hu eżentat mill-ħlas ta' parkeġġ fil-Belt u għaliex l-ebda wieħed mill-ġudikanti ma jista' jipparkja fil-bini tal-Qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7437, 7245, 6871, 5732, 5337, 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Smart city — Xogħol infrastrutturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni jonqos tinġabar, u minn fejn, sabiex jiġu mwieġba mistoqsijiet parlamentari 7250 u 6006 u cioè: B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5723, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun qed jagħti risposta għall-mistoqsijiet dwar xogħol infrastrutturali marbut mal-proġett ta’ Smart City?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-WSC ħarġet sejħa waħda għall-offerti sabiex tissaħħaħ il-pumping station tax-Xgħajra sabiex din tkun tiflaħ għall-volum iktar qawwi ta’ drenaġġ li huwa mistenni b’riżultat tal-iżvilupp fi Smart City. Din is-sejħa għall-offerti ma ngħatatx. Min-naħa tal-Enemalta ninsab infurmat li nħarġu żewġ sejħiet għall-offerti, waħda għat-tħaffir ta’ mina minn Wied il-Għajn sar-Rikażli għal valur li huwa stmat li jkun ta’ €3 miljuni. Dan il-kuntratt ingħata lil Rockcut Ltd. L-offerta l-oħra maħruġa mill-Enemalta tikkonċerna it-tqegħid fi trinek ta’ żewġ 11kV cables bejn Ħaż-Żabbar u r-Rikażoli sabiex tissaħħaħ il-provvista ta’ elettriku. Il-valur totali ta’ dawn ix-xogħlijiet huwa stmat li jiswa madwar €815,000 li bejn wieħed u ieħor huma maqsuma f’€515,000 bħala xogħol ta’ trinek u tqegħid li ngħata lill-kuntrattur li rebaħ is-sejħa għall-offerti u li huwa s-Sur Anthony Aquilina u €300,000 l-oħra f’materjal li jinxtara mill-Enemalta taħt numru ta’ period contracts li l-istess Enemalta kienet għamlet preċedentement taħt sejħa għall-offerti separata u kif approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Korporazzjoni Enemalta — qari tal-konsum

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7537 u cioè: Jikkonferma l-Ministru li meta tinbiegħ dar u l-bejjiegħ jitlob lill-Korporazzjoni Enemalta jieħu l-aħħar qari tal-konsum u jitniżżel l-isem tax-xerrej biex l-kontijiet jibdew jintbagħtu f’ismu, irid jintbgħat il-kuntratt ta’ bejgħ lill-Korporazzjoni Enemalta? Ma jaħsibx li m’hemmx bżonn li affarijiet li jkun personali jintbagħtu lil entità pubblika? Għaliex meta jkun hemm każ bħal dan ma ssirx karta ġuramentata u din tkun aċċetatta mill-Korporazzjoni Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Reserved Parking — Blue sticker

Question

Irċevejt ilmenti mingħand persuni b'diżabilità li għandhom reserved parking u li qed jilmentaw minħabba l-fatt li llum il-ġurnata dan ir-reserved parking m'għadux ikun bin-numru tal-vettura ta' min ikun applika, u allura kul min għandu l-blue sticker jista' jipparkja f'dan il-parkeġġ, u b'dan allura min ikun applika u ottjena l-parkeġġ riservat ma jkollux fejn jipparkja għaliex ikun okkupat minn vettura oħra bil-blue sticker. Peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq inkonvenjent kbir lil dawk il-persuni b'diżabilità li wara tant taħbit ikunu ottjenew dan il-parkeġġ, jista' l-Ministru jara jekk dan l-inkonvenjent jistax jiġi ndirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Servizz tal-internet

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Late Renewal Charge - road licence refund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8159 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6904 li ġiet imwieġba aktar minn xahar ilu fejn hu kien ikkonferma li huwa minnu li l-Awtorità dwar it-Trasport introduċiet late renewal charge għar-road licences kif ukoll għar-reġistrazzjoni ta' karozzi iżda intebħet li dawn l-istruzzjonijiet ma kenux koperti minn avviz legali u effettivament qalet permezz ta' ċirkulari li b'seħħ immedjat kellhom jwaqqfu ż-żamma ta' dawn il-multi u anki jingħatalhom refund minħabba dan l-iżball, jista' l-Ministru jispjega l-fatt li sal-bieraħ stess nies li kellmu uffiċjali għoljin tal-awtorità dwar meta jistgħu jistennew li jieħdu ir-refund kif ikkonfermat minnu stess ġew infurmati li s'issa ma kienu rċivew ebda struzzjonijiet dwar dan? Meta mistennija jinħarġu dawn ir-refunds?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Administration fees

Question

Jistà l-Ministru jgħid meta it-€2 u €30 administration fees illi l-Awtorità dwar it-Trasport imponiet minħabba late payments, ser jigu rifonduti lura u b’liema mod ser jingħataw lura? Jista’ jindika liema legal notice tkopri dawn l-administration fees?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Late payment fees — Persuni kkonċernati

Question

Ser jittieħdu passi dixxiplinarji kontra l-persuni li introducew il-late payment fees ta' €2 u €30 hekk kif kienu ittieħdu passi dixxiplinarji kontra persuna li kien daħħal ħlas amministrattiv meta mhux kopert minn legal notice?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Karozzi bi pjanċi ta' barra

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex rendikont tal-karozzi illi jidħlu Malta bil- pjanċi ta' barra għal btala tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.