Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kuntratti b'direct order jew tender
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ngħata mis-segwenti entitajiet kemm b’diret order u kemm permezz ta’ tender Governattiv:
Accounancy Board, AirMalta p.l.c, Auctioneers Board of Examiners, Bank of Valletta, Board of Special Commissioners on Death and Donation Duty, CASMA Limited, Central Bank Malta, Controller of Companies Appeals Board, Copyright Board, Court of Revision of Notarial Acts, Enemalta Corporation, Financial Intelligence Analysis Unit/ Board of Governors, Financial Services Tribunal, General Contracts Committee, Gozo Channel Company Limited, Gozo Ferries Company Limited, Gozo Heliport Company Limited, Inland Revenue First Board of Special Commissioners, Inland Revenue Second Board of Special Commissioners u Joint Office Control Committee?
Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010:
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kuntratti b'direct order jew tender
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ngħata mis-segwenti entitajiet kemm b’diret order u kemm permezz ta’ tender Governattiv,
Kalaxlokk Company Limited, Cordin Grain Terminal Limited, Land Arbitration Board, Libyan Arab Holdings Company Limited, Licensing Advisory Committee, Licensing Appeals Board, Lotteries and Gaming Authority, MALPRO Limited, Malta Air Traffic Services Limited, Malta Crafts Council, Malta Dairy Products Limited, Malta Enterprise Appeals Board, Malta Enterprise Board, Malta Export Credit Insurance, Malta Film Commission, Malta Financial Services Authority, Malta Industrial Parks, Malta International Airport p.l.c., Malta National Library u Malta Statistics Authority?
Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010:
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kuntratt b'direct order jew tender
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ngħata mis-segwenti entitajiet kemm b’diret order u kemm permezz ta’ tender Governattiv,
Malta Shipyards, Malta Stock Exchange, Malta Tradefairs Corporation, Malta Venture Capital, Medelec Switchgear Limited, Mimcol, MOBC, Privatisation Unit, Public Contracts Appeals Board, Rent Compensation Board Gozo, Rent Copensation Board Malta, Rent Regulation Board Gozo, Rent Regulation Board Malta, Retail Price Index Advisory Board, Revision of Notarial Acts, Rural Leases Control Board Gozo, Rural Leases Control Board Malta, State Aid Monitoring Board, Third VAT Appeals Board, VAT Appeals Board u Water Services Corporation?
Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010:
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18018 u jgħid x'titolu għandu l-individwu li qed jokkupa art tal-gvern fit-tarf tat-Triq Wied in-Noqor, f'Ħal Farruġ, li tiġi fuq in-naħa tal-Kappella fejn illum hemm niċċa tal-Madonna? Meta ingħata dan it-titolu? Xi kriterji intużaw biex ingħata dan it-titolu? Jekk ma ngħatax ebda titolu, kif ma ittieħdux passi u dan għaliex dak li sar fuq din il-biċċa art ħoloq perikolu għas-sewwieqa li jgħaddu mit-triq dejqa li ddawwar din il-parti ta' din l-art?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-art li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onorevoli Interpellant hija proprjetà tal-Gvern. Madanakollu d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern ma ta l-ebda titolu fuq din l-art u m’għandu l-ebda nformazzjoni dwar min għamel dan ix-xogħol. Id-Dipartiment qiegħed għalhekk jinvestiga dan il-każ, u f’każ li jirriżulta abbuż, jittieħdu l-passi kollha opportuni skont il-liġi.
Rapport tal-awditur ġenerali dwar renewable energy
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18154 u cioe: Fid-dawl tar-rapport tal-awdituri ġenerali dwar renewable energy, jista' jgħid x'kien it-total tal-konsum mill-gvern tal-elettriku konvenzjonali fis-snin 2007 sa 2009?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18155 u 17668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power,jgħid :
a) Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena?
b) Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq
fuels
li jintużaw għas-CHP?
ċ) Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT –
feed in tariff
ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH?
d) Il-gvern għandux xi pjan għal
feed in tariff
fuq CHP ibbażata fuq CO2
neutral fuels
?
e) Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il-
best practice
li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18156 u 17676 u ċioe: Fid-dawl tal-infiq straordinarju li għadu kif ikkonferma l-Ministru li sar fuq diversi impjanti tal-power stations tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu koperti b’insurance policies, u jekk kien hemm, x’kien il-coverage? Min-naħa l-oħra jekk jirriżulta li dawn il-ħsarat ma kenux koperti, jista' jindika x’insurances oħrajn ikopru l-operat tal-Korporazzjoni Enemalta? Ma' liema kumpanija jew kumpaniji saru dawn l-insurance policies? Jista' jikkonferma jekk inħarġux tender/s għalihom jew le? U jekk iva, meta nħarġu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispejjeż li issemmew fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 16170 ġew klassifikati bħala straordinarji peress li jaqbżu l-ammont ta’ €250,000 u mhux b’rabta mat-tip ta’ manutenzjoni meħtieġa. Ma jffissirx li dawn it-tiswijiet jirrelataw ma xogħolijiet bħal meta jieqaf jaħdem il-makkinarju, imma huwa maintenance intensiv li jiswa ħafna flus u jsir minn żmien għal żmien.
Dan it-tip ta’
maintenance
ma jiffurmax parti minn
insurance policy
li l-Korporazzjoni Enemalta għandha bħalissa – Fire & Special Perils. Din l-
insurance policy
hija ffurmata minn dawn l-
underwriters
:
65.5% - London Market
12.5% - Gerling Insurance
10% - Atlas Insurance
7.5% - Montaldo Insurance
2.5% - Millennium Insurance
2% - Elmo Insurance
Ma ħarġet l-ebda
tender
għal din l-
insurance policy
peress li l-
policy
tal-kumpanija dejjem kienet li l-
insurance
tiġi negozjata minn
brokers
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18171 u jgħid x'kienu jirrappreżentaw ir-retainer fees tal-MIMCOL ta' €46,587 in konnessjoni ma' finance and management tal-Korporazzjoni Enemalta skond mistoqsija parlamentari 17703?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18172 u jgħid x'jirrappreżentaw l-€436,540 bħala Project Management Services tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn IncoWest Ltd., skont mistoqsija parlamentari 17703? Kien hemm call for tenders dwar dan jew dan kien b'direct order? Kemm u liema ditti applikaw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-€436,540 jirrapreżentaw xogħlijiet ta’ Project Management Services fuq l-infrastruttura tad-drenaġġ li qed isir fin-nofsinhar ta’ Malta.
Din l-infrastruttura tinkludi l-bini ta’ mpjant għat-tisfija tad-drenaġġ, infrastruttura ta’ mina u pumping stations biex jitwassal id-drenaġġ ġo l-impjant kif ukoll Outfall għar-rimi ta’ ilma ittrattat xi kilometru taħt il-baħar.
Kien hemm call for tenders li għaliha applikaw IncoWest Ingenieure & Architekten u EMPD Ltd.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18122 u jgħid għaliex u meta l-gvern iddeċieda li jabbanduna l-Elecricity Generation Plan 2006-2015 li kien ibbażat fuq in-natural gas bħala t-triq ‘il quddiem u fuq liema livell ittieħdet id-deċiżjoni strateġika li jsir dan il-u-turn?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Dipartiment tal-VAT — taxxa mhux mħallsa - nies il-ħabs
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18200 u jgħid jekk il-Gvern jaqbillux jaċċetta li dawk li għandhom x'jagħtu lid-Dipartiment tal-VAT u li jiġu ssentenzjati mill-Qorti biex iħallsu dak li hu dovut u l-multi straordinarji, jingħataw l-opportunità mill-Qorti li jħallsu fuq bażi ta' pagamenti milli jiġu mitfugħa l-ħabs? Kemm qed jiswa lill-gvern kull gurnata li persuna li kellha tagħti lid-Dipartiment tal-VAT u ġiet issentenzjata l-ħabs? X'tiswa lil Gvern jekk persuna li għandha tagħti, tingħata l-opportunità li tħallas b'sistema ta' pagamenti, abbażi ta' persentaġġ? Qiegħed jieħu in konsiderazzjoni il-gvern li persuni li għandhom jagħtu lid-Dipartiment tal-VAT u ġew issentenzjati l-ħabs mingħajr ma ngħataw l-opportunità li jħallsu b'sistema ta' pagament, meta jiġu mitfugħa l-ħabs biex jiskontaw is-sentenza, dawn il-persuni ma jkunux jistgħu jaħdmu b'konsegwenza li l-gvern ikollu joħroġ benefiċċju soċjali lill-familja tagħhom? Kemm fil-fatt qed jiswew lill-gvern il-familji ta' persuni li bħalissa qegħdin il-ħabs jiskontaw sentenzi bħal dawn, f'termini ta' benefiċċji soċjali, l-ammonti skont il-benefiċċji mogħtija?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18157 u 17614 u jgħid:
a) kif filwaqt li fl-Air Malta qed jingħad li l-ingaġġ ta' 18-il persuna li kienu jaħdmu fuq bażi temporanja bħala Cabin Crew u issa ġew ingaġġati b'kuntratt indefinit, kien żball amministrattiv, kif il-UHM permezz ta'
press release
bid-data tat-18 ta' Mejju 2010 bit-titolu 'Ftehim bejn l-UHM u l-Air Malta dwar Ħaddiema fis-Sezzjoni tal-Cabin Crew', qed jiġi mistqarr pubblikament li: 'F'dawn iċ-ċirkostanzi t-Taqsima għamlet diversi rappreżentazzjonijiet mal-
management
tal-Air Malta kif ukoll talbet lid-Direttur fid-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, it-tabib li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, biex jintervjeni dwar din is-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema';
b) min qed jgħid il-verità, dak li qed jintqal mill-management tal-Air Malta jew dak li ppubblikat il-UHM;
ċ) kif l-Air Malta ddiskutiet il-każ tal-Cabin Crew mal-UHM u mhux mal-Union of Cabin Crew li hija l-union leġittima li tirrappreżenta lil din is-sezzjoni ta' ħaddiema fl-Air Malta?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratti lill-Kumpanija Content House
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru tal-Finanzi jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17678.
B'referenza għad-diesel li jinġieb mill-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-istess korporazzjoni fuq ordnijiet tad-dwana qed tħallat l-istess diesel b'kimika biex jingħaraf li dan id-diesel huwa dak importat mill-Korporazzjoni Enemalta (national marker) minħabba problema ta' kuntrabandu ta' diesel li kien qed jidħol? X inhi eżattament din il-kimika? Sar studju biex naraw jekk din il-kimika additiva tagħmilx ħsara lill-ambjent u/jew il-bniedem
a) weħidha; u
b) kif imħallta diesel?
Min għamel dawn l-istudji? X jiġri meta d-diesel bin-national marker jinħaraq? Ikun hemm impatti negattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Hu ikkonfermat li mis-sitta u għoxrin ta’ April tas-sena elfejn u għaxra (26 April 2010) bdiet tiżdid kimika msejħa ‘National Marker’ mad-diesel u xi fjuwils oħra li jintużaw lokalment. Dan skond l-avviż legali sitta u disgħin tas-sena elfejn u għaxra (LN96 – 2010).
Minn informazzjoni miksuba mid-Dwana, ir-riskji għas-saħħa u l-ambjent u l-prekawzjonijiet li għandhom bżonn jittieħdu huma deskritti fil-
Materials Safety Data Sheets
li qed jitpoġġew fuq il-Kamra tal-Kamra flimkien ma’ nota dwar Regolament Nru. 1272/2008 maħruġa skond Regolament 1907/2006 tal-Parlament u l-Kunsill Ewropew u li ġew imqassma lil kull operatur fil-kamp tal-fjuwil.
Il-prodott huwa magħmul minn 99% idrokarburi normali bħala
solvent
u 1% kimika attiva u l-prodott jitħallat fi proporzjon ta’ għoxrin parti ma’ kull miljun parti fjuwil, jiġifieri għal dak li huwa prodott attiv, parti waħda ma’ kull 5,000,000 parti fjuwil.
Il-
Materials Safety Data Sheets
jagħtu deskrizzjoni sħiħa tal-komponenti tal-prodott flimkien mar-regolamenti li japplikaw għalihom, u istruzzjonijiet dwar kif ghandha tiġi żgurata s-sigurta’ ta’ min qiegħed jaħdem bih u l-effetti fuq is-saħħa u l-ambjent. L-indikazzjonijiet murija juru li l-kimika speċifika hija inqas imprekattiva mid-diesel innifsu.
Qasam Industrijali tax-Xewkija — xogħlijiet mill-MIP u Malta Enterprise
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru mill-Malta Industrial Parks u mill-Malta Enterprise f'dan il-qasam kull sena mill-2008 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa kull sena fuq dawn x-xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li saru mill-MIP mill-2008 sal-lum u n-nefqa f’kull każ.
notifika uffiċjali lid-dipartimenti kollha tal-gvern
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ħarġitx notifika uffiċjali lid-dipartimenti kollha tal-gvern biex dawn ma jagħtux kuntratti ta’ xogħol jew supply lill-kumpaniji implikati fil-każ tal-korruzzjoni fid-Dipartiment tal-VAT? Jekk din in-notifika nħarġet, jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk in-notifika ma ħarġitx, jista’ jagħti raġuni valida għalfejn din l-ordni ma ħarġitx?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-notifika ħarġet permezz ta’ ċirkulari tad-Dipartiment tal-Kuntratti Nru 12/2010. Iċ-ċirkulari hija ppublikata wkoll fuq il-website tad-Dipartiment tal-kuntratti. Qiegħed inpoġġi kopja ta’ din iċ-ċirkulari.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16913, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' blokki ta' appartamenti li d-Divizjoni tal-Proprjetà tal-Gvern hi informata bihom li d-dawl tal-komun mhux qed jitħallas? Kemm ilhom ma jitħallsu dawn il-kontijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, jirċievi l-ammont ta’ 952 kont tad-dawl tal-komun ta’ blokkijiet ta’ appartamenti f’postijiet tal-Gvern. Hija r-responsabbilta tad-Dipartiment ta’ Proprjetà tal-Gvern li mill-flus ivvutati għal dawn il-ħlasijiet, iħallas kemm il-kontijiet ta’ dawn il-blokok ta’ appartamenti, kif ukoll dawk ta’ proprjetà tal-Gvern li hija vojta.
In vista tar-rapporti li mill-inqas żewġ kumpaniji privati krew spazju f’Dar Malta fi Brussel, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-fatt affettwax b’xi mod l-immunitajiet jew tariffi li s-soltu jkunu riservati għal binjiet ta’ ambaxxati? Kienu affettwati b’xi mod refunds jew ħlasijiet ta’ taxxa fuq il-bini tal-istess bini?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18322.