Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità dwar it-Trasport — refund fuq pagament dovut

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi r-refund li kien dovut wara pagament li sar f'Jannar 2004 għall-vetturi li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament lill-Awtorità dwar it-Trasport u li effettivament saret rikjesta għar-refund fit-18 ta' Frar, 2008 dovut lill-persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Ladarba dawn kienu dovuti b'effet b'lura, jaħseb il-Ministru li ċ-chairman tal-Awtorità dwar it-Trasport għandu jimplika change in policy retroattiv, meta dan mhux il-każ? U jekk hu l-każ, iħoss il-Ministru li dan l-ammont li llum f'munita Ewro jammontaw għal €2,766 għandhom jingħataw lil din il-persuna minnufih?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi — estimi fuq tariffi

Question

B’referenza għat-tnaqqis fil-prezzijiet ta' konsum ta' dawl, jista' il-Ministru jikkonferma jekk it-telf li sofriet il-Korporazzjoni Enemalta mill-hegding agreements ġiex mgħoddi fuq il-konsumatur? Jekk le hux il-ħsieb tal-Gvern li eventwalment matul din is-sena dan it-telf jgħaddih fuq il-konsumatur ? Peress li meta l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi kienet qed tanalizza l-aħħar stimi tal-KMPG fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma l-estimi mibgħuta mill- KPMG kienu kkakolati fuq il-bażi ta' TOTAL TARGET RECOVERY ta' €305.1 miljun mit-tariffi , u peress li fil-kalkoli tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi, dan it- target issa nieżel għal €254 miljun jfissirx effetivament li r-roħs fit-tariffi huwa biss ta' 16.5% u mhux kif stqarr pubblikament il-Prim Ministru ta' 22%?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Smart City u Go Mobile — bejgħ tal-kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Go Mobile u Smart City se jerġgħu jinbiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-kumpaniji in kwistjoni mhumiex tal-Gvern għajr għas-sehem minoritarju li l-Gvern għandu fi Smart City u li l-Gvern mhux qed jikkunsidra li jbiegħ.

Cottonera Waterfront — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed isir monitoraġġ tax-xogħlijiet previsti skond il-kuntratt għall-iżvilupp tal-Cottonera Waterfront, kemm dak tal-Cottonera Waterfront Group kif ukoll tal-Port Cottonera fit-termini taż-żmien kif previst fl-istess kuntratt? Jekk fl-affermativ, x'xogħlijiet fadal li jsiru sabiex il-proġett ikun komplut kif previst fil-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Valletta Waterfront — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed isir monitoraġġ tax-xogħlijiet previsti skond il-kuntratt tal-Valletta Waterfront mill-Viset? Jekk fl-affermativ, x'xogħlijiet fadal li jsiru sabiex il-proġett ikun komplut kif previst fil-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Uffiċċju għall-użu komunitarju — Servizz ġdid ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8452 u 8051 u jgħid kemm qed jintalab ħlas għas-servizz ġdid ta' l-ilma fuq uffiċċju għall-użu komunitarju u mhux kummerċjali li mhuwiex iktar minn daqs ta' 22 metru kwadru? Ma jaħsibx li dan il-ħlas tas-servizz huwa wieħed eċċessiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — arbi tad-dawl fil-Wardija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex pjan biex l-arbli tad-dawl fil-Wardija jitneħħew u minflok jitqiegħed cable taħt l-art biex dawn l-inħawi fil-kampanja jitnaddfu mill-arbli u l-wires fil-għoli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta m’għandhiex pjanijiet biex tneħħi l-arbli tad-dawl fil-Wardija fil–futur qarib, għajr għal dawk mhux użati.

Ipparkjar ta' karozzi quddiem residenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8564 u jara x'jista' jsir fuq il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sabiex tiġi solvuta l-problema akuta li qed tgħaddi minnha din il-familja li qed jipparkjawlhom il-karozzi litteralment quddiem il-bieb tad-dar tagħhom, jiġifieri bl-exhaust pipe iħakkek mal-bieb ta' barra, apparti li qed jostakolawlhom il-passaġġi u l-bankina? Tista' ssir xi ħaġa biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Eureka Services Ltd. — ħlas mingħand il-gvern

Question

B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services Ltd., jista' l-Mininstru jinforma kemm kien l-ammont ta' ħlas li l-Gvern ħallas lil kumpannija għas-servizzi li din tat lill-Gvern matul is-sena 2001 sas-sena 2009 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Eureka Services Ltd. — impjegati tal-gvern

Question

B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services Ltd., jista' l-Ministru jinforma x'passi qegħdin jittieħdu biex il-kumpannija tħarreġ impjegati tal-Gvern biex dawn eventwalment iħaddmu din is-sistema meta jiskadi jew jiġi terminat dan il-ftehim?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kumitat ta’ sorveljanza tal-proċess ta’ tranżizzjoni biex ikun implimentat l-Abbozz ta’ Ligi dwar ir-Reġistru Ċentrali qed jitratta din il-materja u jħejji għat-taħriġ li jkun hemm bżonn.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Servizz tal-internet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8417 u jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Eureka Services ltd. — Eureka Images Database - kopja

Question

B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services ltd., jista' l-Ministru jinforma min hija l-persuna li skont il-ftehim qed tingħata kopja ta' "Eureka Images Database kif supplimentata u awmentata minn jum għal jum"? Kull meta qegħda tingħata kopja aġġornata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Reġistru Pubbliku — ħsieb tal-gvern biex jutilizza l-post

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern biex jutilizza l-post fi Strada Merkanti fejn qabel kien hemm ir-Reġistru Pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-ħsieb huwa li l-post jintuża bħala uffiċċju tal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.

Eureka Services Limited — ħlas fuq riċerki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Gvern ħallas lil Eureka Service Limited xahar b'xahar matul is-sena 2007, 2008 u 2009 għal ħlas ta' riċerki? Kemm daħħal flus il-Gvern xahar b'xahar għall-istess perijodu mingħand nutara u l-pubbliku ġenerali għall-istess riċerka? Kemm kienu r-riċerki li ma nġabrux u l-Gvern ħallass tagħhom lil imsemmija kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8534 u 7558 u jgħid jekk it-tender għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex ħarġitx sal-aħħar ta’ Marzu kif kien mistenni? Jekk fin-negattiv, għaliex? X’qed jagħmel il-Gvern biex jassigura x-xogħol għall-ħaddiema li qed jaħdmu mal-Gozo Channel?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern għadu ma ħariġx is-sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex, għax talab lill-Awtorita Marittima sabiex tikseb aktar pariri legali. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — diskussjonijit ma' ditta fuq Baċir numru 1

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-diskussjonijiet mad-ditta li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kellha applikazzjoni mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-Baċir Nru.1, għadhomx għaddejjin? Jista’ jgħid jekk hemmx possibilità li dan il-proġett, hekk kif emendat minn din id-ditta, ikun jista’ jingħata l-permessi li jinbeda? Minn kienu l-persuni min-naħa tal-Gvern responsabbli mid-diskussjonijiet ma’ din id-ditta?

Response (GATT, AUSTIN)

Id-ditta msemmija mill-Onor Interpellant ma ppreżentatx il-viżjoni u l-garanziji li talabha l-Gvern fi żmien stipulat u konsegwentament id-diskussjonijiet waqfu. Id-diskussjonijiet tmexxew minni bl-għajnuna tal-GHRC.

Bormla — Baċir Nru. 1 - marina temporanja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tibda topera l-marina temporanja fl-area ta’ Baċir Nru.1 f'Bormla. ? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti dwar kif ser ikunu mqassma l-irmiġġi ta’ din il-marina?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.