Legislature:
Category:
Reset
Active:

rapport intern dwar il-VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18295 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport intern dwar il-VAT fid-dawl tal-abbużi li kien hemm dan l-aħħar?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — adhoc committee - executive rapporteur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb misotqsijiet parlamentari 18926, 17807 u 17568 u jikkonferma jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadux jservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif ukoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Gozo Ferries — membri tal-bord tal-inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18297 u 17833 u jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-inkjesta li ġie appuntat minnu dwar l-allegazzjonijiet marbuta mal-każ tal-Gozo Ferries?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17833.

Rapport ta' Ewbank Preece Ltd

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamtra kopja tar-rapport ta' Ewbank Preece Ltd ( Burton UK June 1993) ippreżentat lill-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien hemm żewġ rapporti li ġew ippreżentati minn Ewbank Preece F’Ġunju 1993 li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratti lill-Kumpanija Content House

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16152 u jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru tal-Finanzi jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17678.

estensjoni tal-power station ta' Delimara — multa lil kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-gvern biex jimponi multa ta' €20 miljun fuq il-BWSC peress li din is-soċjetà kummerċjali ħbiet numru ta' dettalji meta mliet it-tender għall-estensjoni tal-power station f'Delimara, senjatament meta ma ddikjaratx li l-kumpaniji li se jaħdmu għaliha kienu jew huma involuti f'każi ta' korruzzjoni bħal ABB, Siemens u Wartsila?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru talab formalment lill-Attorney General għal opinjoni formali fuq il-materja.

Policy Design Executive — promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif skrivana, clerk 1 fi skala 14 ingħata promozzjoni ta' Policy Design Executive fis-skala 7 mingħajr ma kellha esperjenza f'dan ix-xogħol jew il-kwalifiki meħtieġa? Jista' jispjega ukoll għaliex l-applikazzjoni tagħha m'għaddietx bil-proċeduri normali, jiġifieri mingħand il-head tagħha bħalma normalment isir? Jista' jgħid jekk ħarġitx applikazzjoni għal dan il-post u jekk le, għaliex?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18182.

Dipartiment tat-Taxxi tal-VAT — oġġezzjonijiet

Question

Skont id-Dipartiment tat-Taxxi tal-VAT, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li din is-sena jinħadmu oġġezzjonijiet u jiġu finalizzati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18185.

Dipartiment tal-VAT — oġġezzjonijiet reġistrati mit-tax payers

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet reġistrati mit-tax payers mad-Dipartiment tal-VAT? Jista' jagħti breakdown ta' kemm huwa ta' kumpaniji/self employed/ħaddiema eċċ. kif ukoll jikkategorizzahom sena b'sena abbażi tal-oġġezzjonjiet in kwestjoni? Meta ġew reġistrati l-ewwel darba?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 18258.

Marsaxlokk — main tad-drenaġġ f'Xatt is-Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk se jitbiddel il-main ta' drenaġġ l-antik li sar għal-ħabta ta' 70s f'Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-main ta’ Xatt is-Sajjieda, M’Xlokk se jiġi riabilitat flimkien mas-sistema tal-pompi f’Marsaxlokk iktar 'il quddiem. Ir-riabilitazzjoni ta’ dan il-main se ssir mingħajr il-bżonn li tinqala’ il-wiċċ tat-triq.

Tignè footbal club — Nursery tat-time ta' Sliema Wanderers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'diffikultà hemm sabiex il-ground tal-football ta' Tignè jgħaddi biex ikun użat min-nursery tat-tim ta' Sliema Wanderers?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferei lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18213.

Kordin Grain Terminal

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Kordin Grain Terminal? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kalaxlokk Co. Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Kalaxlokk Co. Ltd? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Diretturi tal-Kalaxlokk Co Ltd huma is-Sur Edwin Mamo bħala Chairman u s-Sur Marco Vella u s-Sinjura Claire Lateo bħala membri. Dawn il-membri ġew maħtura fis-16 ta’ Ġunju 2008. Ir-renumerazzjoni ta’ dawn il-membri hija ta’ €5813 fis-sena għaċ-Chairman u €1165 fis-sena għall-membri.

Gozo Heliport Co. Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Gozo Heliport Co. Ltd? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Diretturi attwali tal-Gozo Heliport Limited huma s-Sur Ivan Falzon, li huwa wkoll c-Chairman, u s-Sinjura Charmaine Mallia Martin. Sa ftit ilu kien hemm ukoll is-Sur Mario Mizzi fuq il-Board però dan ta’ l-aħħar irreżenja minn Direttur fl-24 ta’ Mejju 2010. Is-Sur Falzon inħatar Chairman fis-26 ta’ Lulju 2007 u s-Sinjura Mallia Martin inħatret Direttur fis-27 ta’ Jannar 2009. Il-kumpanija m’għandhiex CEO u lanqas impjegati. Ir-remunerazzjoni tad-diretturi hija ta’ €2,795 fis-sena.

Gozo Ferries Co. Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Gozo Ferries Co. Ltd? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Industrial Parks

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Malta Industrial Parks? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 16710 filwaqt li l-informazzjoni dwar il-membri tal-bord tal-Malta Industrial Parks qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lotteries and Gaming Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Lotteries and Gaming Authority? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 16710 filwaqt li l-informazzjoni dwar il-membri tal-bord tal-Lotteries and Gaming Authority qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kwestjoni dwar kumpaniji li jibnu l-power stations

Question

Peress li l-BWSC hija 100% tal-Mitsui Engineering and Shipbuilding Co Ltd (MES) u peress li l-MAN hija licenzjata mill-MES biex tibni magni għall-power stations u MAN u MES jipproduċu magni għall-power stations flimkien u peress li l-BWSC u l-MAN kienu tnejn mill-offerenti għall-kuntratt tal-estensjoni tal-power station f’Delimara u waħda ntagħżlet u l-oħra ġiet runner up, jista' l-Ministru jara li ssir investigazzjoni jekk l-offerti tal-BWSC u l-MAN jammontawx għall-collusive bidding peress li l-benefiċjarja finali kienet se tkun il-MES, jirbaħ min jirbaħ il-kuntratt?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

POwer sttaion ta' Delimara — self mill-bank

Question

Peress li l-Korporazzjoni Enemalta ffirmat ftehim mal-Bank ta’ Investiment Ewropew biex tissellef 50% tal-valur tal-kuntratt totali tal-impjant għall-estensjoni tal-power station f’Delimara, jista' l-Ministru jgħid jekk il-50% l-oħra meħtieġa hux se jiġu min-Nordic Investment Bank? Jekk le, mnejn ġejjin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent il-Korporazzjoni Enemalta m'għandha l-ebda loans u l-anqas m'hi f’xi diskussjonijiet biex takwista xi loan minn għand Nordic Investment Bank. Il-Korporazzjoni Enemalta għadha kif ħadet loan ta’ €27 miljun mill-BOV biex jithallas deposit. F’dan l-istadju l-Korporazzjoni qed tidħaddet ma Banek differenti kemm għal dan il-proġett kif ukoll għal proġetti oħra kbar kapitali.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment mis-segwenti entitajiet: Malta Enterprise Board, Malta Export Credit Insurance, Malta Film Commission, Malta Financial Services Authority, Malta Industrial Parks, Malta International Airport p.l.c, Malta National Library, Malta Statistics Authority, Malta Shipyards, Malta Stock Exchange,Malta Tradefairs Corporation, Malta Venture Capital, Medelec Switchgear Limited, Mimcol, MOBC, Privatisation Unit, Public Contracts Appeals Board, Rent Compensation Board Gozo, Rent Copensation Board Malta, Rent Regulation Board Gozo, Rent Regulation Board Malta, Retail Price Index Advisory Board, Revision of Notarial Acts, Rural Leases Control Board Gozo, Rural Leases Control Board Malta, State Aid Monitoring Board, Third VAT Appeals Board, VAT Appeals Board u Water Services Corporation? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex full-time u x’paga għadhom? Dan kollu senjatament ghas-snin 2008, 2009 u 2010. Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’ retainers għandhom għall-Ministeru nnifsu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.