Tista' l-Ministru tgħid kemm saru annotazzjonijiet ta' annullamenti fir-reġistru pubbliku ta' Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament? Kemm minnhom kienu ċivili u kemm minnhom kienu tat-Tribunal Ekkleżjastiku?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Żewwieqa Waterfront — grant agreement tal-implementation u disbursement schedule
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18645, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Villa Rundle — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18644, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett tal-Villa Rundle iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Ujoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Triq ix-Xlendi — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ix-Xlendi iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Triq ta' Pinu — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ta’ Pinu ffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid meta mistennija terġa’ toħroġ l-offerta għall-istallazzjoni elettrika fil-Villa Rundle Gardens, ir-Rabat? Għaliex għadha ma ħarġitx?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-offerta msemmija nħarġet fl-1 ta' Ġunju 2010.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm offerti ngħataw relatati mas-sehem tal-Ministeru tagħha fil-fiera internazzjonali ta' Malta?
Lil min ingħataw? Għalxiex nagħtaw? Kemm swiet kull offerta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma ngħatat ebda offerta relatata mas-sehem tal-Ministeru għal Għawdex fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta.
Imġarr Għawdex — kondizzjonijiet tal-privatizzazzjoni tal-marina
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru għal Għawdex in vista tal-kondizzjonijiet tal-privatizzazzjoni tal-Marina tal-Imġarr Għawdex favur is-soċjetà Harbour Management Limited, senjatament dawk li manifestament jimmilitaw kontra s-sidien tal-opri tal-baħar u dgħajjes żgħar tal-Għawdxin stess? Kemm se jiswa l-użu u l-irmiġġ fil-Marina tal-Imġarr? Se jkun jista' jibqa' jsir għawm fiż-żewġ bajjiet ta' taħt il-marina?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-privatizzazzjoni tal-yacht marinas ġiet diskussa fuq livell ta' Kabinett. Għat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar din il-materja nirreferi lill-istess Interpellant għall-Press Release Nru. 0970 bit-titlu 'Investiment Ġdid mill-Privat Fil-Marina tal-Imġarr Għawdex'.
Grant Agreement — implementation u disbursement schedules tal-upgrading tal-Operating Theatre
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18646, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar l-proġett tal-upgrading tal-Operating Theatre u tat-Twaqqif tar-Radiology Unit iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — devoluzzjoni lill-kunsilli lokali
Question
Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenzji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha lill-kunsilli lokali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum, xejn ma ġie devolut mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex lill-kunsilli lokali.
Ministeru għal Għawdex — ilmenti f'isem il-kostitwenti
Question
Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma tikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex il-każijiet li jkollu jirreferihom lis-sezzjonijiet tal-Customer Care li hemm f'kull Ministeru.
Tista’ l-Ministru tgħid meta nħarġet il-commencement order lill-kuntrattur li ħa l-offerta għar-rikostruzzjoni u upgrading ta’ Triq Ta' Pinu? X’kienet il-commencement date? Kemm hu l-perjodu ta’ tlestija mogħti (i) fit-tender document u (ii) mill-contracting authority? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja (i) tal-commencement order u (ii) tal-completion order maħruġ mill-contracting Authority, jekk inhu l-każ? Tista’ tgħid meta mistenni li jitlesta x-xogħol kollu fuq dan il-kuntratt? X'jonqos isir biex ix-xogħol jitlesta kollu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Commencement Order għall-offerta msemmija ħarġet lill-kuntrattur fl-4 ta' Diċembru 2009. Ix-xogħol kollu fuq din it-triq mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' din is-sena.
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Commencement Order.
Tista’ l-Ministru tgħid meta nħarġet il-commencement order lill-kuntrattur li ħa l-offerta għar-rikostruzzjoni u upgrading ta’ Triq Rabat, San Lawrenz? X’kienet il-commencement date? Kemm hu l-perjodu ta’ tlestija mogħti (i) fit-tender document u (ii) mill-Contracting Authority? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja (i) tal-commencement order u (ii) tal-completion order maħruġ mill-contracting Authority jekk inhu l-każ? Tista’ tgħid meta mistenni li jitlesta x-xogħol kollu fuq dan il-kuntratt? Jekk tlesta, meta? Jekk ma tlestiex meta mistenni li jitlesta? X'jonqos isir?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Commencement Order għall-offerta msemmija ħarġet lill-kuntrattur fit-13 ta' Jannar 2006. Ix-xogħol fuq din it-triq tlesta.
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Commencement Order.
Tista’ l-Ministru Tgħid meta nħarġet il-commencement order lill-kuntrattur li ħa l-offerta għar-rikostruzzjoni u upgrading ta’ Triq tax-Xlendi? X’kienet il-commencement date? Kemm hu l-perjodu ta’ tlestija mogħti (i) fit-tender document u (ii) mill-Contracting Authority? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja (i) tal-commencement order u (ii) tal-completion order maħruġ mill-contracting Authority jekk inhu l-każ? Tista’ tgħid meta mistenni li jitlesta x-xogħol kollu fuq dan il-kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Commencement Order għall-offerta msemmija ħarġet lill-kuntrattur fis-6 ta' Mejju 2010. Ix-xogħol kollu fuq din it-triq mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' din is-sena.
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Commencement Order.
Tista’ l-Ministru tgħid meta nħarġet il-commencement order lill-kuntrattur li ħa l-offerta għar-rikostruzzjoni u upgrading ta’ Triq tar-Ramla? X’kienet il-commencement date? Kemm hu l-perjodu ta’ tlestija mogħti (i) fit-tender document u (ii) mill-Contracting Authority? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja (i) tal-commencement order u (ii) tal-completion order maħruġ mill-contracting Authority jekk inhu l-każ? Tista’ tgħid jekk tlestiex x-xogħol kollu fuq dan il-kuntratt? Jekk tlesta, meta? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat ta' tlestija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-offerta WB 13/2010 - Xogħlijiet ta' Kisi mill-ġdid fi Triq ir-Ramla, ix-Xagħra Għawdex, il-Commencement Date hija l-1 ta' Lulju 2010, u l-perjodu ta' tlestija huwa ta' ġimgħatejn minn din id-data. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Commencement Order għal dan ix-xogħol.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm fabbriki joperaw fiż-żoni industrjali f’Għawdex? Tista’ tgħid x’jipproduċu u kemm iħaddmu nies? Kemm minnhom jesportaw il-prodotti tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-Qasam Industrijali tax-Xewkija huwa amministrat mill-Malta Industrial Parks, nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tagħha u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-konsulenzi li ngħataw mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu matul is-snin 2009 u 2010 huma kif elenkati fit-tabella li qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18314, tista’ l-Ministru tgħid għal liema tender l-RGV Joint Venture tefgħet offerta li għadha qed tiġi aġġudikata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tender li RGV Joint Venture tefgħet offerta li qed tiġi aġġudikata, hija dik għax-xogħlijiet fi Triq Franġisk Portelli u Triq San Lawrenz, San Lawrenz Għawdex. Referenza CT062/2010.
Ambulanzi tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex — komunikazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' mezzi ta' komunikazzjoni (radios) hemm stallati fl-ambulanzi tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-preżent ma teżisti l-ebda sistema ta' komunikazzjoni bir-radio fl-ambulanzi ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. F'każ ta' bżonn ta' komunikazzjoni ma' l-ambulanzi li jkunu barra fuq xogħol, isir kuntatt max-xufier, nurse jew porter, fuq il-mobile tagħhom.