Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15899 u jgħid kemm-il kumpanija responsabbli mill-provvista tad-dawl u l-ilma bagħtet lill-ħaddiema tagħha biex jaqtgħu d-dawl jew l-ilma lil residenti partikolari wara li dawn ikunu naqsu milli jħallsu l-kont tad-dawl u l-ilma bejn Jannar u Diċembru 2009?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Malta Enterprise — proġett propost Corporate Village Malta
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' konsultazzjoni saret bejn l-awtoritajiet governattivi ċioe il-Malta Enterprise fuq il-proġett propost Corporate Village Malta mal-Kunsill Lokali ta' Santa Venera, B'Kara u l-kunsilli l-oħra tal-madwar u l-Kumitat Amministrattiv ta' Fleur-de-Lys?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadu kmieni wisq biex isiru konsultazzjonijiet peress li l-proġett għadu fil-fażi ta’ proġettazzjoni u finanzjament. Għalhekk il-gvern nieda espressjoni ta’ interess. Ġaladarba l-pjanti jkunu ffinaliżżati u sottomessi l-MEPA, allura jibda l-proċess awtomatiku ta’ konsultazzjoni mal-entitajiet konċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji differenti li wrew interess u tefgħu l-offerta biex jagħmlu l-interconnector bejn Sqallija u Malta għall-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji li wrew interess u tefgħu offerta biex jagħmlu l-interconnector bejn Sqallija u Malta għall-Korporazzjoni Enemalta ddikjarawx li kienu nvoluti f’każijiet ta’ korruzzjoni, tixħim, ħasil ta’ flus jew grave professional misconduct? X’verifiki saru mill-ministeru tiegħu, mill-Korporazzjoni Enemalta u mill-Kumitat tal-Kuntratti biex jaraw jekk id-dikjarazzjonijiet li għamlu humiex veri jew le?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-web page tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u tal-Korporazzjoni Enemalta, il-bill calculator ma kenitx qiegħda tiffunzjona għal dawn l-aħħar xhur? Jista' jispjega din l-ineffiċjenza meta suppost bl-ARMS Ltd l-affarijiet isiru aktar effiċjenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba bidliet fit-tariffi u minħabba l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda, l-Bill Calculator tneħħiet mis-sit elettroniku biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma tiżgura li l-informazzjoni li tingħata lill-konsumatur tkun koretta.
Il-portal ġdid ta’ l-ARMS ser tibda taħdem f’Lulju u, fost servizzi oħra mmirati lejn il-konsumatur, se jkollu
Bill Calculator
ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) kif fil-pjazzetta tal-Pwales (quddiem ir-Ramla tax-Xemxija) hemm van tal-ħaxix dejjem stazzjonat fl-istess post anke bil-lejl u l-liċenzja ma tidhirx għax quddiem ikun mgħotti;
b) fuq liema kriterju ingħata l-arloġġ tad-dawl li qiegħed imwaħħal ma' arblu tal-gvern bil-freezer impoġġija ġo proprjetà tal-gvern;
ċ) billi parti mill-pjazzetta imsemmija diġà qed tintuża minn dan il-van, hemm xi ħsieb li 'l quddiem jinħareġ permess għal xi gabbana (ħanut tal-ħaxix) fiss f'dan il-post? Jekk fl-affermattiv, ħarġu xi applikazzjonijiet għall-pubbliku għal dan il-għan; u
d) dan l-individwu għandu permess ta' fixed hawker?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex l-ewwel parti tal-Mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ta’ min jgħid illi l-elettriku għal dan il-post qiegħed jingħata wara li saret applikazzjoni għas-servizz tal-elettriku fis-sena 1998 fejn ġie mwaħħal
single phase
meter
ġo kaxxa li qiegħda mwaħħla ma’ arblu. L-
account
ta’ dan il-
meter
hu 101000184961. Rigward it-tielet u l-aħħar parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Kummerċ ma joħroġx liċenzji għal-
fixed hawkers
. Jista’ jkun li kien ingħata xi permess fi żmien meta l-liċenzji kienu joħorġuhom il-Pulizija. Jekk jiġu mogħtija aktar dettalji, d-Dipartiment tal-Kummerċ ikun jista’ jiċċekkja.
Jista' l-Ministru, b'referenza għad-Dragonara Casino, jgħid - issa li l-preferred bidder ġie dikjarat - x'se jkunu l-kondizzjonijiet li bihom il-preferred bidder se jieħu l-pussess temporanju u/jew il-ġestjoni tad-Dragonara Casino? Veru li hemm pjanijiet li l-entertainment li s'issa għadu jiġi provdut fil-bar area se jispiċċa u minflok se jkun hemm iktar slot machines fil-bar area? Veru li s-servizz tal-catering se jonqos drastikament? Għaliex il-ħaddiema ma ġewx ikkonsultati dwar it-takeover li ġejja għajr li l-casino se jingħalaq għal 15-il jum? Se jkun hemm tnaqqis tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema jew addirittura fil-headcount tal-ħaddiema? Veru li se jitneħħew il-part-timers?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għalkemm in-negozjati mal-operatur il-ġdid qegħdin fi stadju avvanzat, s’issa għadhom ma ġewx finaliżżati. Għalhekk huwa prematur f’dan l-istadju li jingħata rendikont tal-kundizzjonijiet li jistgħu ikunu applikabbli fill-konċessjoni il-ġdida.
Kif mitlub fid-dokument tar-
Request for Proposals
(RFP), l-operatur il-ġdid se jkun marbut li jimpjega miegħu l-ħaddiema kollha ta’ Dragonara Casino Ltd u Casma Ltd. Barra minn hekk l-operatur il-ġdid se jkun marbut ukoll li joffri kundizzjonijiet tax-xogħol mhux inqas favorevoli minn dawk li għandhom il-ħaddiema fil-preżent, u li ma jtemmilhomx l-impjieg sakemm mhux għal raġunijiet permessi bil-liġi.
Fir-rigward tal-ammont ta’ mwejjed u magni tal-logħob u fejn se jitpoġġew, l-operatur il-ġdid se jkun marbut li jsegwi r-regoli imposti mil-Lotteries and Gaming Authority (LGA).
L-użu permess għall-operat ta’ dan in-negozju huwa ta’ stabbiliment ta’
casino
b’faċilitajiet anċillari li jinkludu
catering
u
entertainment
, kif ukoll attivatijiet oħra relatati ma’ stabbiliment tal-logħob, suġġett dejjem li jinġabu l-permessi meħtieġa. L-operatur għandu jopera dan in-negozju bl-aħjar ġudizzju, sforzi u abilitajiet tiegħu biex imexxi l-istess operat b’effiċjenza u b’mod diliġenti sabiex ikompli jtejjeb ir-reputazzjoni tal-post u jattira aktar nies; kif ukoll li jara li ma jsir xejn li hu kontra l-liġi f’dan l-istabbiliment.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-inkjesta li ġie appuntat minnu dwar l-allegazzjonijiet marbuta mal-każ tal-Gozo Ferries?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Membri tal-Bord tal-Inkjesta fl-investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet magħmula fil-każ tal-Gozo Channel kienu dawn:
Iċ-Chairperson ta’ dan il-bord kien Carmel Conti, il-Kummissjarju tat-Taxxi Interni.
Il-membri l-oħra kienu dawn:
Col. Emmanuel Mallia, li huwa responsabbli mill-operazzjonijiet tal-ajru u marittimi tal-Forzi Armati, għandu
post-graduate diploma
fil-liġi marittima internazzjonali u huwa
qualified instructor in maritime search and rescue
.
Il-Kaptan Ghassan Abdullah huwa Master Mariner Class 1, u lecturer fil-Maritime Institute.
Dr. Cynthia Scerri Debono hija avukat li taħdem fil-privat.
Paul Miruzzi huwa ex-Direttur Ġenerali fi ħdan il-Government Property Division.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iridu jgħaddu aktar snin biex Triq Ħal Farruġ, f'Ħal Luqa jsirilha d-dawl meħtieġ, biex ir-residenti ta' dan ir-raħal żgħir, ma jibqgħux jgħixu qishom fi żmien il-black out tal-gwerra, u dan b'għadd ta' riskji? Jista' jgħid jekk l-Korporazzjoni Enemalta għaddietx is-servizz tad-dawl għal pjazza ta' Ħal Farruġ li tinsab bejn il-ħames blokki ta' appartamenti li hemm u li minħabba n-nuqqas ta' dawl, ir-residenti qed jiffaċċjaw ħafna perikoli u vandaliżmu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18554.
Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 16710 filwaqt li l-informazzjoni dwar il-membri tal-bord tal-Malta Financial Services Authority qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskema ta' refund tal-VAT fuq xiri ta' roti mnedija fil-budget tas-sena li għaddiet ma ġietx estiża għal din is-sena? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din l-iskema terġa' tkun introdotta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema ta’ għotja ta’ grant għal xiri ta’ roti kienet skema li kienet mħabbra fid-diskors tal-Budget 2009. Skemi bħal dawn ikunu għal perjodu definit, li jista’ jiġi mġedded jew le. Din l-iskema ta’darba kienet intiża sabiex tinċentiva x-xiri ta’ roti u b’hekk jiżdied l-eżerċizzju fiżiku.
Ir-rispons mill-pubbliku għal din l-iskema kien sodisfaċenti. Għalhekk, ta’ min insemmi li f’kuntest iżjed wiesa fejn il-gvern hu kommess biex jikkombatti l-obesità qed titfassal strategija, taħt il-Ministeru tas-Saħħa, tal-Anzjani u Kura fil-Komunità. Din l-istrateġija se tibda tħares ukoll lejn dawk l-istrumenti li huma effettivi sabiex tiġi kombattuta b’mod iżjed effettiv din il-kundizzjoni. Ma hemmx soluzzjonijiet faċli, u se jkun hemm bżonn perjodu ta’ azzjonijiet sabiex tassew nibdew naraw riżultati f’dan il-qasam.
Jinħass il-bżonn li issa l-Gvern jeżerċita dik il-politika, ibbażata fuq evidenza, li tkun iżjed effettiva u tolqot numru akbar ta’ nies. Il-Gvern hu lest li jħares lejn dawk l-istrumenti kollha, inkluż għotjiet ta’
grants
eċċ., li jkunu effettivi sabiex tiġi mrażżna r-rata ta’ obesità.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ żjarat li saru minn tekniċi u uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta għand kumpaniji li se jipprovdu xi parti mill-impjant tal-estensjoni tal-power station f’Delimara? Jista' jagħti dati, ismijiet tal-persuni tal-Korporazzjoni Enemalta, ismijiet tal-kumpaniji li żaru u x’kienu r-raġunijiet għal kull żjara partikolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
konsum ta' ilma li jsir f'Malta għal skopijiet differenti,
Question
Billi riċentement ġew pubblikati rapporti li jindikaw il-konsum ta' ilma li jsir f'Malta għal skopijiet differenti, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' ilma li suppost qed jintuża għall-agrikoltura? Kif ġew ikkalkulati dawn l-ammonti ta' ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-NSO għamel studju fejn inħarġet stima tal-użu tal-ilma għat-tisqija tar-raba, għall-perjodu ta’ bejn il-15 ta’ Settembru 2008 u l-14 ta’ Settembru 2009. Din l-istima kienet ta’ 19.1 miljun metru kubu.
Din l-istima nħarġet mill-mudell li nbena abbażi tal-istħarriġ li sar fuq kampjun ta’ 799 ażjenda agrikola. Kull ażjenda kienet intervistata għal erba’ ġimgħat, fejn inġabret informazzjoni dwar il-prodott, il-metodu tat-tisqija, u l-ammont tal-ilma li ntuża. Il-mudell juża informazzjoni dwar it-tip ta’ prodott agrikolu, il-metodu tat-tisqija li juża l-bidwi, it-temperatura, l-ammont ta’ xita, l-umdità, il-qawwa tar-riħ u l-ammont ta’ raba msaqqi fil-perjodu ta’ referenza.
Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18188, 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti — screening dwar każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18188, 17942 u 17579 u jgħid xi screening u verifiki saru mill-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar każijiet ta’ korruzzjoni u professional misconduct li kienu involuti fihom is-sub-contractors Warstila, ABB u Siemens li se jipprovdu partijiet mill-impjant li l-BWSC ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi bħala estensjoni tal-power station f’Delimara?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18158 u 17496 u jgħid b'liema mod ġew magħżula u ngaġġati 18-il ħaddiema li kienu impjegati temporanji bħala cabin crew mal-Air Malta fuq bażi ta' kuntratt indefinit? Xi kriterji ntużaw? Sar xi eżami u/jew intervista? Kemm kienu ilhom ingaġġati mal-Air Malta fuq bażi temporanja dawk magħżula jiġifieri mil-liema sena? Kemm fil-fatt l-Air Malta għandha ħaddiema impjegati fuq bażi temporanja bħala cabin crew b'kollox u li ma ġewx ingaġġati fuq l-istess bażi ta' kuntratt indefinit? Dawk li ma ġewx magħżula, kemm ilhom jaħdmu mal-kumpanija fuq bażi temporanja, jiġifieri minn liema sena?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
WSC — sejħa għal tenders għal Health and Safety Consultancy Services
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18174 u jgħid kienx hemm sejħa għal tenders għal Health and Safety Consultancy Services mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, kif indikat f'mistoqsija parlamentari 17703?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17703, ma jirriżultax li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma kellha servizzi ta’ konsulenza mal-kumpanija Health and Safety Consultancy Services.