B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6578, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-toroq fl-inħawi msemmija fid-domanda, cioè San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar, Mġarr u Għargħur skond il-prijoritajiet tal-leġislatura preċedenti, u li għadhom s'issa ma sarux?
Jista' fl-istess ħin il-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dawn l-obblgi hux ser jiġu assunti mill-kumpannija Roads Network Limited?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skond il-program ta’ bini ta’ toroq residenzjali fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant għad jridu jsiru t-toroq murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 7264, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet il-preparazzjoni tat-tender li qed issir referenza għaliha fl-istess risposta? Fiex waslet s'issa d-diskussjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti għas-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda tinsab fl-aħħar stadju ta preparazzjoni.
Ninsab infurmat ukoll li d-diskussjoni mal-partijiet konċernati għadha għaddejja.
Burmarrad — Triq l-Insolja - tiswija fuq main tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarj biex fi Triq l-Insolja, Burmarrad, jsiru tiswijiet fuq main tal-ilma li ilu bil-ħsara għal tul taż-żmien biex jieqaf il-ħela tal-ilma u t-tieni biex ma ssirx aktar ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet spezzjoni fit-triq imsemmija u ma rriżultalhiex li hemm xi ħsarat fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma. Il-Korporazzjoni lanqas ma għandha xi rapporti fuq dan.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti ta' Burmarrad li għadha mhix asfaltata u cioè Triq l-Insolja Burmarrad, fil-fatt tiġi asfaltata kemm jista' jkun malajr? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk f'din il-parti tat-triq għadx fadal servizzi xi jsiru qabel jingħata l-wiċċ meħtieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija nkluża fil-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali ta' l-ADT u ssir meta r-riżorsi jkunu jippermettu. Qabel ma jingħata l-kuntratt għax-xogħol fit-triq imsemmija issir konsultazzjoni mal-entitajiet tas-servizzi kollha biex kwalunkwe xogħol min-naħa tagħhom jiġi koordinat max-xogħol tal-kostruzzjoni tat-triq.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-istudji dwar it-trasport pubbliku fejn jirrigwarda s-servizz tat-tramm f'pajjizna?
Kien hemm xi żviluppi partikulari li ħarġu minn l-istudji dwar dan is-suġġett? Jekk iva, jista' wieħed jingħata aktar informazzjoni dwar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-istudju tekniku dwar servizzi tat-trasport bit-tramm ġie konkluz f’Novembru tas-sena li għaddiet. Ir-rapport tal-Konsulenti kkonkluda li hemm bżonn aktar studji fuq diversi aspetti teknici, finanzjarji u ambjentali sabiex tiġi stabbilita l-feasibility ta’ dan it-tip ta’ trasport pubbliku f’Malta.
Din is-sena ma kienx hemm aktar żviluppi fuq dan il-proġett peress li l-Gvern bħalissa qed jagħti priorita li-riforma tat-trasport bl-iskeda fejn jirrigwarda tal-linja.
Billi l-Ministru għamel referenza għall-mudell ta' Portsmouth għal dak li jirrigwarda il-mod ta' kif isir kontroll fuq il-ħsarat fit-toroq tagħna, u kif il-kuntratturi tat-toroq jinżammu responsabbli għax-xogħol li jwettqu, jista' l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' xi master plan li tintuża f'din il-parti ta' l-Ingilterra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżistix Master Plan fis-sens tradizzjonali tal-Kelma iżda nformazzjoni dwar dan il-proġett u l-mudell imħaddem hemmhekk hija available fuq l-Internet.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6357, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat tal-ispezzjoni li saret mill-Awtorità ta' Malta tat-Trasport fuq il-pont tal-Isperanza fil-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT spezzjonat il-pont in kwistjoni u għamlet ukoll konsultazzjoni mal-MEPA. Jirriżulta li s-soluzzjonijiet possibbli sabiex l-ħajt tal-pont ikun iktar għoli huma li jew titpoġġa filata oħra tal-ġebel jew billi jsir railing tal-injam. L-ADT qed tevalwa dawn iż-żewġ proposti u, wara li tiddeċiedi, tkun tista’ tagħmel ix-xogħol meħtieġ skont ir-riżorsi u prijoritajiet li jkollha.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-pjanti tas-siti li ġew identifikati biex fihom isiru marinas kemm temporanji kif ukoll permanenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-website tal-Malta Maritime Authority fejn hemm id-dokumenti mitluba.
Awtorità dwar it-Trasport — Karozzi second hand mill-Ġappun
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu n-numru ta' sidien ta' vetturi second hand mill-Ġappun li għandhom talba pendenti għand l-Awtorità dwar it Trasport biex jingħataw in-number plates, li iżda mhux qed jingħataw dawn in-number plates għaliex jidher li hemm xi differenzi fl-interpretazzjoni ta' x'inhu l-valur tas-CO2 ta' dawn l-istess vetturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport m'għandhiex talbiet pendenti għal number plates ta' aktar minn jumejn mid-data tal-applikazzjoni.
sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7861 u jgħid meta mistennija toħroġ is-sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex li kellha toħroġ għall-ewwel kwart ta’ din is-sena? X’qed iżomm li din tinħareġ? Kif se jiġu mħarsa l-impjiegi tal-ħaddiema li hemm mal-
Gozo Channel
?
Jistà l-Ministru juri evidenza illi l-vapuri illi jġorru l-
fuel
u sustanzi oħra ta’ natura perikoluża humiex kollha koperti mill–ADR (kodici tal-
Health & Safety
)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kif tindika d-definizzjoni ta’ l-ADR, “The European Agreement concerning the International Carriage of Dangerous Goods by Road” dan il-kodiċi ma japplikax għall-vapuri.
Awtorità dwar it-Trasport — Karozzi bi pjanċi ta' barra
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex rendikont tal-karozzi illi jidħlu Malta bil- pjanċi ta' barra għal btala tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ma żżommx rendikont tal-karozzi li jidħlu Malta bil-pjanċi ta' barra għal btala u dan minħabba l-moviment ħieles fl-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna tingħatax kumpens jekk din iġġarrab ħsara fil-vettura tagħha minħabba negliġenza f’xi triq arterjali li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Centrali ossia l-Awtorità dwar it-Trasport? Kemm irċeviet talbiet l-awtorità għal kumpens u jekk qatt ingħata xi tip ta' kumpens f’dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li b'mod ġenerali, l-Awtorita' tagħti kumpens meta tinstab ħatja minn xi awtorita' kompetenti li tagħmel dan il-ġudizzju bħalma hi l-Qorti u ċ-Ċentru Malti għall-Arbitraġġ.
Sa issa, din is-sena l-Awtorita' irċceviet 82 talba għal kumpens ta' ħsarat.
Mir-riċerka , li saret instab li sa llum l-awtorita' ħallset mat-12-il talba għall-kumpens. Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-każijiet ġew deċiżi miċ-Ċentru Malti għall-arbitraġġ, oħrajn mill-Qorti jew mit-Tribunal għal talbiet żgħar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7460 u jgħid kemm sar qliegħ minn fuq id-diesel/petrol/pitlorju, dawl u ilma matul x-xhur:
a) Settembru 2008?
b) Ottubru 2008?
ċ) Novembru 2008?
d) Diċembru 2008?
e) Jannar 2009?
f) Frar 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paule — Karozza tal-linja
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7597 u jgħid kemm huma frekwenti l-karozzi tal-linja li jgħaddu minn ħdejn ir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule? Dawn il-karozzi tal-linja jkunu low floor jew normali? Dawn ikunu aċċessibbli biex anzjani li jkollhom problemi ta' mobilità jkunu jistgħu jaċċessawhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Port il-Kbir — Bini ta' pont għal fuq il-breakwater
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-pjan biex jinbena l-pont għal fuq il-breakwater li kien twaqqa' fil-gwerra? Jista' jgħid kemm huwa stmat li se jiswa? X’użu se jsir minnu? Se jkun aċċessibli għall-pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Marittima bħalissa qed tiffinaliżża it-tender għad-disinn u l-bini ta’ dan il-pont. Il-proġett huwa stmat li ser jiswa madwar 2.5 miljun ewro u hu mistenni li jkun lest sa l-2010. Il-pont ser iservi sabiex jerga jgħaqqad il-breakwater mal-art u titnehha l-'eyesore' li hemm bħalissa. Ser iservi wkoll bhala attrazzjoni, kemm ghat-turisti kif ukoll għall-Maltin, minn fejn ikunu jistgħu jgawdu il-veduta panoramika tal-Port.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) Min huma l-impjegati tal-Qorti li għandhom parkeġġ riservat fil-bini tal-Qorti?
b) Min minn dawn għandhom eżenzjoni mill-ħlas tal-parkeġġ fil-Belt?
Għaliex l-ebda mħallef jew maġistrat mhux residenti l-Belt ma hu eżentat mill-ħlas ta' parkeġġ fil-Belt u għaliex l-ebda wieħed mill-ġudikanti ma jista' jipparkja fil-bini tal-Qorti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-ewwel żewġ partijiet kif ukoll l-aħħar parti lill-Ministru konċernat. Dwar l-eżenzjonijiet, ninsab infurmat li skont ir-regolamenti, dawn ma jingħatawx fuq bażi ta' kariga, bl-eċċezzjoni tal-Prim Imħallef.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7266 u 5999 u jgħid meta huwa maħsub li jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill-Awtorità dwar it-Trasport u f'liema prijorità tinsab din it-triq li tinsab fil-Fgura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm ġew allokati fondi, x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir meta r-riżorsi jkunu jippermettu u meta jkunu mgħamula x-xogħolijiet ta' prijorita' ogħla.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7437, 7245, 6871, 5732, 5337, 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma hemmx mod kif dan il-kalkolu jista' jsir għax jiddependi mill-livelli futuri ta' konsum tal-klijenti nvoluti.