Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #19472 Sitting 258 2010-10-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija u Għajnsielem — munzelli ta' torba

Question

Tista' l-Ministru tara li dawk il-munzelli ta' torba li hemm fi Triq Briegħen bejn ix-Xewkija u Għajnsielem, liema munzelli huma ta' periklu għal kulmin jgħaddi minn hemm, jiġu tal-inqas imwittija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-terrapien (li parti minnu ġie mixħut illegalment) huwa fuq biċċa art moxa fi Triq Briegħen u ma jeżisti l-ebda periklu f'din it-triq. Dan it-terrapien se jitnaddaf kemm jista' jkun malajr.
Leg 11 PQ #19473 Sitting 258 2010-10-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti t'Għawdex — Fattiga

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se tiġi l-fattiga l-oħra fil-Qorti t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex qed jieħu l-passi neċessarji biex dan il-post jimtela'.
Leg 11 PQ #19474 Sitting 258 2010-10-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti t'Għawdex — marixxal

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jittieħdu biex jiġi impjegat marixxal fil-Qorti f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex qed jieħu l-passi neċessarji biex dan il-post jimtela'.
Leg 11 PQ #18886 Sitting 257 2010-10-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Marina tal-Imġarr, Għawdex — effetti ħżiena

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’qed isir mill-Ministeru biex ma jkunx hemm effetti ħżiena fuq l-Għawdxin li jużaw il-Marina tal-Imġarr, Għawdex, issa li ġiet privatizzata u ġew imposti kundizzjonijiet ġodda mill-operatur il-ġdid li se jħaddem il-marina?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li barra mit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18884, il-Ministeru għal Għawdex qiegħed isegwi kontinwament dak li qed jiġri fil-Marina tal-Mġarr f'Għawdex fir-rigward ta' dak li hu stipulat fil-Concession Agreement li ġie ffirmat bejn l-Awtorità tat-Trasport u l-Harbour Mġarr Ltd. bil-għan li jiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet konċernati kull meta tinħass il-ħtieġa.
Leg 11 PQ #18888 Sitting 257 2010-10-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Marina tal-Imġarr, Għawdex — Għawdxin li kienu jgħumu hemm

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’passi qed tieħu biex dawk il-familji Għawdxin li kienu jinżlu jgħumu u jgawdu l-arja f’żewġ bajjiet fl-inħawi tal-Marina tal-Imġarr, Għawdex ma jintlaqtux ħażin mid-deċiżjoni li ttieħdet, peress li issa bl-operatur privat li se jmexxi l-marina mhux se jitħalla li jsir għawm f’dawn iż-żewġ bajjiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li uffiċċjali tat-Trasport Malta kemm-il darba ġibdu l-attenzjoni tal-għawwiema għall-perikli li jeżistu fiż-żona fejn isorġu l-jottijiet u jimmanuvra l-ajruplan tal-baħar. L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf ukoll li l-operatur tal-yacht marina l-ġdida huwa obbligat li jżomm livelli għoljin ta' sigurta fiż-żona li fiha jopera. Għaldaqstant hu ntitolat li jinforza restrizzjoni t'aċċess f'din iż-żona partikulari inkella jista' jinżamm responsabbli f'każ ta' inċident li jseħħ fil-concession area.
Leg 11 PQ #19645 Sitting 257 2010-10-04 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għal Għawdex

Bajja tax-Xlendi — Zbroff tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm swew jew kemm ser ikunu jiswew it-tiswijiet li saru jew għandhom bżonn isiru sabiex tkun riparata l-ħsara li saret meta żbroffa d-drenaġġ fil-bajja tax-Xlendi? Tista' tgħid x'entità ta' ħsarat kien hemm?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħol biex tkun riparata l-ħsara li saret meta żbroffa d-drenaġġ fit-Triq tax-Xlendi sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, filwaqt illi l-Ministeru għal Għawdex kien responsabbli għall-kiri ta' bowzers biex jittella' d-drenaġġ u mit-tindif. Jiena nfurmata li l-ispejjeż relatati max-xogħol tal-Ministeru għal Għawdex jammontaw għal €1,162.68.
Leg 11 PQ #88 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Infiq f'reklamar fuq il-media

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm nefqu il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtha separatament f'reklamar (produzzjoni u reklamar attwali) għal kull sena bejn 2004 u 2010 f'dawn l-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali u pubblikazzjonijiet oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #102 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi — cruiseliners ankrati mal-baga

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il cruise liner ankra mal-baga tax-Xlendi minn kemm ilha stallata? Kemm niżlu passiġġieri fix-Xlendi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Leg 11 PQ #104 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Korsijiet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li qed jattendu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi Għawdex? X'tip ta' korsijiet qed jingħataw? X'riżultati ta dan l-istitut lill-industrija tat-turiżmu f'Għawdex? Tista' tispjega għaliex studenti li jridu jattendu għal korsijiet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi minn Għawdex qed imorru fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' studenti li attendew l-ITS fis-sena 2009-2010 kien 30 fuq bażi full-time u 32 fuq bażi part-time. Il-korsijiet li kienu miftuħa kienu ESTS, Food Preparation & Production, WSET, Pastry Level 1 u Pastry Level 2. L-Istitut tat-Turiżmu jaħdem id f'id ma' l-Industrija u dawn jidhru kuntenti bl-istudenti li jiġu mħarġa f'dan l-Istitut. Xhieda ta' dan hija d-domanda kbira mill-industrija għall-istudenti ta' dan l-Istitut. L-Istitut tat-Turiżmu f'Għawdex joffri l-istess korsijiet bħall-ITS ta' Malta. Meta l-Istitut ta' Għawdex ma jkollux domanda biżżejjed biex jinfetaħ xi kors jista' jkun il-każ li xi applikant jiddeċiedi li jattendi l-Istitut f'Malta.
Leg 11 PQ #107 Sitting 256 2010-09-29 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Impjiegi ġodda fil-Gozo Channel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid ta' min hi r-responsabbiltà finali dwar impjiegi ġodda fil-Gozo Channel, jekk hux tal-Ministeru għal Għawdex jew tal-Ministeru tal-Finanzi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbiltà hija tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Leg 11 PQ #18884 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Marina tal-Imġarr, Għawdex — effett fuq l-Għawdxin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk b’xi mod jew ieħor il-Ministeru jew xi struttura li taqa’ taħtha ġietx ikkonsultata dwar l-effett fuq l-Għawdxin qabel ma giet privatizzata l-Marina tal-Imġarr, Għawdex? Jekk iva, meta saret din il-konsultazzjoni u xi rriżulta minnha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-proċess għall-privatizazzjoni tal-Marina tal-Imġarr, ġie kkunsidrat li jiġu mħarsa l-kundizzjonijiet u l-benefiċċji li kienu jgawdu l-Għawdxin.
Leg 11 PQ #19282 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Artist li ma tħalliex jesebixxi xogħlijiet tiegħu

Question

Tista' l-Ministru tgħid ta' min kienet id-deċizjoni li l-artist li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ma jitħalliex jesebixxi żewġ xogħlijiet tiegħu fil-Gozo Arts Festival? Għalfejn ittieħdet din id-deċizjoni drastika? Jista' jintqal jekk kienx hemm ukoll episodju ieħor fejn il-pulizija talbet lil sid ta' stabbiliment taż-żgħażagħ f'Għawdex ineħħi numru ta' ritratti artistiċi ta' mudella Għawdxija li kienu esposti fl-istess stabbiliment? Jekk hu minnu, għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni drastika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fir-rigward taż-żewġ xogħlijiet ta' arti li ma tħallewx jiġu esebiti fiċ-Ċentru għall-Kultura u Arti fiċ-Ċittadella, id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kap tat-Taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-kuratur tal-Wirja Kollettiva "Gozo International Contemporary Arts Festival", fuq bażi li huma ta' natura espliċitament pornografika. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Leg 11 PQ #19461 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — refurbishment fit-teatri tal-operazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont dettaljat ta' dak kollu li sar s'issa u ta' dak li huwa ppjanat li jsir sal-aħħar ta' din is-sena rigward ir-refurbishment tat-teatri tal-operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tenders għar-refurbishment tas-sala tal-operazzjonijiet jinsabu fl-istadju ta' tendering filwaqt li t-tender għal xiri tal-apparat mediku għall-istess post ġiet awarded. Xogħol preliminari ieħor li diġà sar kien jikkonsisti fi tneħħija ta' Asbestos.
Leg 11 PQ #19462 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Operazzjonijiet f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet f'Għawdex fl-aħħar sentejn xahar b'xahar? Minn liema surgeon? Liema minnhom kienu operazzjonijiet ta' emerġenza u liema kienu elective?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #19463 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — speċjalisti u konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm speċjalisti u konsulenti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Tista' tindika s-suġġett ta' speċjalizzazzjoni ta' kull wieħed u waħda minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #19464 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Fabbrika tal-cards Bryvarc — taħditiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'taħditiet kellu l-Ministeru u anke l-Ministru personalment rigward il-fabbrika tal-cards Bryvarc? Issa li l-operaturi jidher li ħarbu minn dawn il-gżejjer, x'miżuri qed jieħu l-Ministeru biex jipproteġi l-interessi tal-ħaddiema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Leg 11 PQ #18970 Sitting 255 2010-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul l-2009 min kienu l-persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza għall-Ministeru u/jew dekasteri oħra li jaqgħu taħtha? F'liema oqsma kienet meħtieġa l-konsulenza?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18742.
Leg 11 PQ #18956 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ċifra ta' flus globali għall-konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul l-2009, kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għall-konsulenti tal-Ministeru u dekasteri oħra li jaqgħu taħtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18742.
Leg 11 PQ #19226 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Berġa tan-Nadur

Question

Peress li kien hemm lamenteli li l-berġa tan-Nadur nhar it-Tlieta 6 ta' lulju 2010 kienet magħluqa u t-tabib kellu jara lill-pazjenti barra fit-triq u dan kollu ħoloq ċertu inkonvenjent, tista' l-Minsitur tgħid x'kienet ir-raġuni għal dan u tara li affarijiet bħal dawn ma jerġgħux jiġru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li minkejja li l-berġa nfetħet ftit minuti tard minħabba mprevist li nqala' nhar it-Tlieta 6 ta' Lulju 2010, il-pazjenti nqdew kollha konvenjentement.
Leg 11 PQ #19230 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Divorzji reġistrati Għawdex

Question

Tista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati divorzji minn barra fir-reġistru pubbliku ta' Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatament u mimm liema pajjiż? Jista' jgħid ukoll jekk xi ħadd mill-partijiet kienx barrani u jekk iva, minn liema pajjiż?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.