Legislature:
Category:
Reset
Active:

Power station — turbina ta' 60MW

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18325 u jikkonferma li turbina ta’ 60 MW, fil-power station tal-Marsa, li fil-ġimgħat li għaddew ma kenitx qed taħdem minħabba ħsarat, intbagħtet barra minn Malta biex tissewwa? Jekk iva, fejn intbagħtet, min għamel ix-xogħol u kemm sewa dan ix-xogħol? Jikkonferma li s-soltu tiswijiet bħal dawn kienu jsiru fit-Tarzna ta’ Malta u jista' jgħid kemm sewa dan ix-xogħol kull darba li sar fit-Tarzna, b’mod separat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rotor tat-turbina 8 intbagħtet lura għat-tiswija fil-fabbrika fejn ġiet immanifatturata ġewwa l-Ingilterra. Ix-xogħol kien ippjanat għal iktar minn sena minħabba ż-żmien u d-disinn tar-rotor. L-ispejjeż tax-xogħol ammonta għal €540,000. Dan it-tip ta’ modifikazzjoni fuq ir-rotor, jew infatti fuq xi rotor tat-turbina oħra dejjem sar ġo xi fabbrika jew workshop speċjalizzat u qatt ma sar ġewwa l-Malta Drydocks (Tarzna) peress li m’għandhomx l-apparat meħtieġ biex tissewwa apparti n-nuqqas ta’ informazzjoni teknika li jkun hemm bżonn.

Dar Malta — lista ta' konsulenti u kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18321 u 17936 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konsulenti u kuntratturi li ħadmu fuq Dar Malta fi Brussell, u kemm tħallsu kull wieħed?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Żebbuġ — trasferiment ta' qbiela fuq raba'

Question

Jista' l-Ministru jivverifika għala minkejja li l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ilu aktar minn sentejn li talab li l-qbiela tar-raba' li jaħdem hu u li hi proprjetà tal-gvern jinqaleb fuq it-tfal, sal-lum, dan it-trasferiment għadu ma sarx?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

rapport dwar Reclaimed Water Master Plan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma imsejjaħ Reclaimed Water Master Plan?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ta' Barka Sewage Treatment Plant

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' Ta' Barka Sewage Treatment Plant? X'persentaġġ minn dan il-proġett tlesta sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proġett qiegħed fi stat avvanzat u huwa stmat li ‘l fuq minn 70% tax-xogħlijiet tlestew.

consumer research survey — estensjoni tal-power station

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18308 u ikkonferma li l-kumpanija 26th frame li kkordinat il-Consumer Research Survey dwar l-estensjoni tal-power station sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm bżonn aktar tagħrif pubbliku dwar l-arja nadifa jew le tal-estensjoni, kenitx l-istess kumpanija li spiċċat ikkordinat il-blitz ta’ riklami fil-ġurnali lokali f’isem il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm ġew ikkunsidrati kumpaniji tal-kommunikazzjoni oħrajn? Kemm spiċċaw ġew u/jew se jiġu jiswew b’kollox ir-riklami multi-media bħall-ġurnali, television eċċ. in konnessjoni ma' din l-estensjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd — Dħul totali tac-Chairman u CEO

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18468 u 18205 u ċioe: B'referenza għal informazzjoni li kienet ippubblikata f'ġurnal tas-6 ta' Ġunju 2010, jista' l-Ministru jgħid x'inhu d-dħul totali taċ-Chairman u CEO tal-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd kemm bħala salarju u f'allowances, u kemm swew għall-Malta Enterprise matul is-sena li għaddiet il-kirjiet ta' żewġ BMWs, u x'intnefaq f'hospitality u f'safar mill-istess persuna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dħul totali taċ-Chairman u CEO tal-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd huwa ta’ 70,000 ewro. Bħala benefiċċji oħra għandu Health Insurance Cover, Mobile/Telephone/Internet Allowance u spejjeż ta’ hospitality relatati mal-kariga ta’ Executive Chairman. Il-kirja tal-karozza uffiċjali taċ-Chairman tiswa 575.96 ewro fix-xahar. Bejn Ġunju 2009 u Ġunju 2010 intefqu 3,748.38 ewro fi spejjeż ta’ hospitality u 40,007 ewro fuq safar.

Sqallija — Interlink ta' HV lines

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18305 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi ftehim intlaħaq mal-Italja dwar infrastruttura għall-interlink ma' Sqallija speċjalment fejn jidħlu HV lines? Jekk ma ntlaħaqx ftehim mal-Italja s’issa, x’inhuma l-problemi pendenti dwar dan? X’inhi r-reazzjoni tal-Gvern għal aħbar li power outages huma xi ħaġa komuni ħafna fl-Italja speċjalment fin-naħa t’isfel u fi Sqallija tant li l-Unjoni Ewropea ġiet rraportata li aċċettat li l-industriji jistgħaw jingħataw kumpens finanzjarju kull meta jkun hemm power shortages simili mingħajr ma jqisu sussidji simili bħala an unfair subsidy?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta qegħda tinnegozja ma’ Terna, l-operatur tat-transmissjoni tal-Italja rigward l-interconnector għal Italian High Voltage network u se tapplika lil Awtoritajiet Taljani għal awtorizzazjoni u l-permessi fi żmien neċessarju. Qtugħ ta’ dawl, partikolarment fuq is-sistemi ‘Medium voltage’ u ‘Low voltage’ huma komuni mad-dinja kollha u l-Italja mhix eċċezzjoni għal dan.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratti ta' Konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

WSC — waste water sperimentali

Question

Billi fir-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-istatement taċ-chairman hemm li l-korporazzjoni kkummissjonat impjant għat-trattament tal-waste water sperimentali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jitqiegħed dan l-impjant sperimentali?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

WSC — interventi

Question

B'referenza għar-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, fejn hemm referenza għat-28,000 jobs li wettqet il-korporazzjoni matul l-2009, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma mqassma dawn l-interventi, lokalità lokalità?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Użu ta' residenza fil-kirjiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18519 u jgħid minndu ġew in vigore l-emendi fil-kodiċi ċivili fir-rigward tal-kirjiet fost l-oħrajn għal użu ta' residenza, kemm-il kirja f'appartamenti tal-gvern ġiet terminata xahar b'xahar u lokalità b'lokalità u x'kienet ir-raġuni li ma setgħetx tintiret il-kera f'kull każ: a) ma kienx hemm qraba reġistrati għall-perjodu definit mill-liġi; b) qraba kellhom dħul finanzjarju qawwi; X'kienet ir-raġuni li l-kerrej ma baqax fil-kirja; i) minħabba mewt; ii) minħaba safar fit-tul mhux ġustifikat iii) minħabba dħul ġo dar tal-anzjani b'mod permanenti? Jista jagħti l-informazzjoni mitluba xahar b'xahar u lokalità b'lokalità?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Kera tal-Appartamenti tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara jekk fil-każ ta' inkwilini li joħorġu bil-pensjoni, tistax il-kera tal-appartamenti tal-gvern tiġi riveduta qabel iż-żmien stipulat? Jista' dan isir ukoll f'ċirkostanzi oħra bħal meta kerrej jitlef l-impjieg tiegħu u jibda jirreġistra għax-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ħlas pending tal-income tax

Question

Jista' l-Ministru għall-Finanzi jagħti breakdown skont dawn il-kategorji ta' dawk l-entitajiet u/jew individwi li għadhom pending fil-ħlas tal-income tax u li qed jingħad li l-pendenzi kollha jammontaw għal madwar €400 miljun: i) kumpaniji li jimpjegaw anqas minn 50 persuna; ii) kumpaniji li jimpjegaw anqas minn 100 persuna; iii) kumpaniji li jimpjegaw aktar minn 100 persuna; iv) professjonisti skont il-professjoni, per eżempju mediċi, avukati, accountants eċċ; v) mhux professjonijiet bħal self-employed eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Gozo Channel — linja tat-telefon

Question

Peress li l-Gozo Channel fiċ-Ċirkewwa fil-kmamar ta' fejn il-vapur m'hemmx linja tat-telefon u allura f'każ ta' emerġenza ma jistax isir kuntatt magħhom, jista' l-Ministru jistalla linja tat-telefon immedjatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dipartiment tekniku tal-Gozo Channel flimkien mad-dipartiment tekniku tal-GO qegħdin jaħdmu sabiex isolvu l-problema li żviluppat fuq l-extension imsemmija.

Bar tat-terminal tal-Imġarr

Question

Peress li fl-istaġun tas-sajf jiżdiedu t-traġitti bil-vapur bejn Malta u Għawdex u peress li allura jkun hemm passiġġieri li jużaw it-terminal tal-Imġarr, ma jaħsibx il-Ministru li huwa opportun li jsiru arranġamenti biex il-bar tat-terminal jibqa' miftuħ bil-lejl ukoll?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi peress illi l-bar ġewwa t-Terminal ta’ l-Imġarr huwa ġestit minn operatur privat, l-istess bar jitħaddem skont prinċipji kummerċjali.

Terminal tal-Imġarr — ħruġ ta' emerġenza

Question

Peress li fit-terminal tal-Imġarr wara li taqta' l-biljett u tidħol ġewwa m'hemm ebda possibilità li toħroġ jekk tinqala xi emerġenza, ma jaħsibx il-Ministru li jkun utli li jkun hemm ħruġ ta' emerġenza?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-iMġarr Terminal għandu Evacuation Routes u sinjali ta' Emerġenza skond l-Evacuation Plan li hemm imwaħħlin f'kull żona biex jindikaw il-ħruġ u l-bibien immarkati skond kif titlob il-liġi u skond il-pjan tal-bini tat-Terminal kif ġie mogħti lill-Gozo Channel Co. Ltd mit-Trasport Malta (ex Malta Maritime). Barra minn hekk il-ħaddiema tat-Terminal huma disponibbli u jinsabu viċin taż-żona msemmija.

Fabbriki f'oqsma industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki f'kull qasam industrijali separatament? Jista' jġħid kemm timpjega nies kull waħda minnhom maqsum skont minn 1-5 impjegati, minn 6-50 impjegati, minn 51 - 100 impjegati u aktar minn 100 impjegat u skont fejn qegħdin?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.