Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #19969 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Items of Expenditure — virements

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’virements saru taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru tagħha fl-2009 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #19970 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Standard Item of Expenditure — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru tagħha għas-sena 2009 u sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 19827.
Leg 11 PQ #19972 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Żewwieqa Waterfront — proġett

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-proġett taż-Żewwieqa Waterfront? X'sar s'issa fuq dan il-proġett? Kemm intnefqu u tħallsu flus b'kollox s'issa fuq dan il-proġett? Kemm hemm flus kommessi u għandhom ma tħallsux? Għalxiex huma kommessi? Meta mistenni jibda x-xogħol fiżiku fuq dan il-proġett? F’liema sena mistenni jitlesta dan il-proġett? X’inhuma l-offerti li ħarġu s’issa fuq dan il-proġett? Kemm minnhom ingħataw u lil min?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-proġett taż-Żewwieqa Waterfront jikkonsisti f'upgrading u tisbiħ tal-inħawi msemmija. Għall-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17791.
Leg 11 PQ #19612 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Istitut għall-Istudji Turistiċi ta' Għawdex — studenti u ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tghid kemm hemm studenti jattendu xi kors fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi ta' Għawdex, kors b'kors? Kemm bdew studenti ġodda din is-sena? Kemm hemm persuni jgħallmu f'dan l-istitut u kemm hemm persuni oħra jaħdmu f'dan l-istitut?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi hemm 193 studenti jattendu xi kors fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi. Dawn imqassmin hekk: ESTS = 28 Food Preparation & Culinary Arts - Level 1 = 24 Food Preparation & Culinary Arts - Level 2 = 12 Pastry & Baking - Level 1 = 20 WSET - Intermediate Level = 9 Food handlers = 100. F'dan l-Istitut hemm 7 għalliema, Principal, Executive Officer, 3 General Hand u 3 Watchmen.
Leg 11 PQ #19963 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Malta Dairy Products — Bini ġdid ta' back office

Question

B’referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 17798 dwar bini ta' ċentru ta' xogħol ta’ back office ġdid fuq parti mis-sit fejn qiegħda topera l-Malta Dairy Products, tista' l-Ministru tgħid x'sar fuq dan il-proġett mis-9 ta’ Ġunju 2010 ‘l hawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex talab lill-Malta Enterprise sabiex din tindikalu l-aħjar mod li fih dan is-sit jista' jiġi utilizzat. F'dan l-istadju l-Ministeru qed jikkunsidra kwalunkwe proposta vijabbli dwar l-użu tiegħu.
Leg 11 PQ #19964 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Programm għat-teatri t'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’sar matul l-2008, l-2009 u s’issa din is-sena biex il-gvern iwettaq il-programm imwiegħed biex iż-żewġ teatri tal-opra f'Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għal konferenzi matul is-sena kollha? Tista’ tgħid kemm-il laqgħa l-Ministru kellha ma’ dawn is-soċjetajiet dwar dan il-proġett? Meta saru l-laqgħat u ma’ liema soċjetajiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8776.
Leg 11 PQ #19965 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Mużew ta' arti moderna u kontemporanja

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu s-sit li fuqu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Prim Ministru bħala l-Ministru responsabbli għall-Patrimonju Malti.
Leg 11 PQ #19966 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Istituzzjonijiet edukattivi f'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid ma’ min kellha taħdidiet mill-2006 ’l hawn biex il-gvern joffri art lill-istituzzjonijiet edukattivi ta’ reputazzjoni internazzjonali li jkunu interessati jiżviluppaw campus tagħhom ġewwa Għawdex u jipprovdu programmi edukattivi primarjament indirizzati lejn studenti internazzjonali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11554.
Leg 11 PQ #20067 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Triq ta' Pinu — Manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 19468 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilha u tgħid kemm qed tiswa l-manutenzjoni tat-Triq ta' Pinu in patikolari biex jimtlew ix-xquq li diġà hemm fl-istess triq? Tista' tgħid ukoll x'passi qed jieħu l-gvern kontra min għamel ix-xogħol peress li dawn il-ħsarat tfaċċaw daqshekk malajr wara li sar ix-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentament fi Triq ta' Pinu, li għadha qed issir, m'hemmx ħtieġa ta' manutenzjoni.
Leg 11 PQ #20068 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Kisja finali ta' tarmak fil-parti tat-triq mis-siġra ta' Pinu sas-Santwarju ta' Pinu

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 19467 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilha u jgħid għaliex il-kisja finali tat-tarmak tal-parti tat-triq mis-siġra ta' Pinu sas-Santwarju ta' Pinu għadha ma ngħatatx?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħolijiet f'din it-triq se jkunu lesti fi żmien stipulat.
Leg 11 PQ #20069 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Spejjeż fuq partijiet mit-toroq t'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru twieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 19466 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilha u tagħti breakdown tal-ispejjeż kollha li saru fiit-triq li mis-siġra ta' Pinu twassal sas-Santwarju ta' Pinu u tgħid kemm tħallas kull kuntrattur jew sub-kuntrattur separatament għal kull biċċa xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s'issa tħallsu €1,001,018.10 (vat inkluż) lil Gaudos JV ta' xogħlijiet ta' rikostruzzjoni tat-Triq ta' Pinu. Tħallsu wkoll €56,337.92 (vat inkluż) lil S&A Quality Assurance Surveyors Ltd. ta' servizzi ta' project management li jinkludi kemm servizzi fuq it-Triq ta' Pinu kif ukoll fuq dik tax-Xlendi.
Leg 11 PQ #20070 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti t'Għawdex — fattiga

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19473 li saret diversi drabi u ilha tingħata l-istess risposta għal snin twal, tista' l-Ministru tgħid x'passi konkreti saru biex tiġi fattiga oħra fil-Qorti t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19473.
Leg 11 PQ #20190 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — flus globali għal hospitality

Question

Tista' l-Ministru tinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament, kienet ta' €16,840.22.
Leg 11 PQ #19500 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Talbiet għal career breaks

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għal career breaks fl-aħħar sentejn f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha? Kemm minnhom saru minn nisa, kemm saru minn irgiel u għal liema raġuni? Tista' tgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata u fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #19491 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — parental leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave fl-aħħar sitt xhur f'kull dipartiment li jaqa` taħt id-dekasteru tagħha? Kemm minnhom saru minn nisa u kemm minn rġiel? Tista' tgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata? Fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #19757 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kuntratt ta' pubbliċità

Question

Tista' l-Ministru tgħid u tagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tagħha u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tagħha? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Tista' tagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #19869 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għal Għawdex

Imġarr Għawdex — proġett ta' Żwieqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-investiment li sar fl-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena fuq il-proġett ta' trasformazzjoni tal-medda magħrufa bħala ż-Żwieqa fl-Imġarr bħala promenade max-xatt tal-baħar ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-imsemmi nvestiment fl-ewwel disa' xhur jammonta għal €22,000 (vat inkluż).
Leg 11 PQ #19870 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għal Għawdex

Isptar Ġenerali t' Għawdex — radiology unit

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk bediex jopera r-Radiology Unit fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi r-Radiology Unit fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex għadu ma bediex jopera u li preżentament qed issir l-istallazzjoni tal-apparat il-ġdid. Ix-xogħol fuq ir-Radiology Unit għandu jkun lest kif ippjanat.
Leg 11 PQ #19871 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t’Għawdex — xiri ta' żewġ mabulanzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx żewġ ambulanzi ġodda għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex u kemm kienet l-ispiża minfuqa fuqhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li aktar kmieni din is-sena ħarġet sejħa għall-offerti għal ambulanzi ġodda għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Din l-offerta għadha qed tiġi evalwata.
Leg 11 PQ #19483 Sitting 259 2010-10-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Talbiet għal reduced working hours

Question

Tista l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għal reduced working hours fl-aħħar sitt xhur f'kull dipartiment separatament li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha? Kemm minnhom saru minn ħaddiema nisa u kemm minnhom saru minn ħaddiema rġiel? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm minnhom ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Tista' tgħid fil-każ tar-rifjut tat-talba x'kienet ir-raġuni u fil-każ ta' talbiet pendenti f'liema stadju waslet it-talba?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.