Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar Kompetittività — definizzjoni ta’ logħob tal-azzard illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi r-rappreżentanza Maltija mmexxija mill-Onor. Jason Azzopardi, fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar Kompetittività tal-25 ta’ Mejju 2010, ikkontestat id-definizzjoni ta’ logħob tal-azzard illegali (illegal gambling) kif immexxija mill-Presidenza Spanjola fir-rapport interim tagħha dwar regolametazzjoni ġdida fuq ir-remote gaming fi ħdan l-Unjoni Ewropea? Kien hemm xi brief legali li ntużat mid-delegazzjoni Maltija? Jekk iva, jista’ dan il-briefing, jew inkella jekk le, kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor li jispjega l-pożizzjoni Maltija fuq dan is-suggett, jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern Malti jipparteċipa b’mod attiv għal kull laqgħa organizzata mill-Presidenza tal-Unjoni Ewropea dwar il-materja ta’ Gaming. Il-Presidenza Spanjola kienet ressqet bħala materja ta’ diskussjoni bejn l-Istati Membri x’għandha tkun id-definizzjoni tal-logħob illegali fil-kuntest ta’ Online Gaming. Waqt dawn il-laqgħat, Malta ma qablitx li d-definizzjoni ta’ illegal gambling għandha testendi għall-operaturi ta’ online gambling li, għalkemm mhumiex illiċenzjati fi Stat Membru fejn joffru s-servizzi tagħhom, huma diġà regolati u lliċenzjati fi Stat Membru ieħor. B’rispett għall-prinċipji ta’ l-artikli tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, Malta temmen li definizzjoni bħal dik proposta fir-rapport tal-Presidenza Spanjola ma tieħu l-ebda konsiderazzjoni tal-fatt li Stat Membru ieħor għandu liġijiet, regolamenti, kontrolli w organizzazjonijiet regolatorji effettivi sabiex jirregolaw l-operatur liċenzjat u li jipprotteġu lill-konsumatur ta’ dan il-logħob ‘on-line’. Matul dawn il-laqgħat, Malta saħqet li għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn operaturi ta’ on-line gaming li mhumiex regolati w illiċenzjati f’ebda Stat Membru tal-Unjoni u dawk li huma regolati fi Stat Membru ieħor, u li d-definizzjoni ta’ logħob illegali għandha tiġi applikata biss għal dawk l-operaturi li mhumiex regolati w illiċenzjati f’ebda Stat Membru tal-Unjoni. Estratt mir-rapport interim tal-Presidenza Spanjola dwar regolamentazzjoni ġdida fuq ir- remote gaming fi ħdan l-Unjoni Ewropea li jirrifletti l-pożizzjoni tad-delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Onor. Jason Azzopardi fuq id-definizzjoni ta’ logħob tal-azzard illegali ( illegal gambling) fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kompetittività tal-25 ta’ Mejju 2010 jaqra kif ġej: Malta still holds that any reference to illegal gambling is not justified in view of the fact that what is labelled as illegal in a particular Member State may not be illegal in another. To this effect Malta would like to re-iterate its position that gaming is a service as defined under the EU treaty. In the absence of a common regulatory framework in the gaming sector, Malta holds that the principles enshrined in the EU Treaty, namely the Freedom of Establishment and the Freedom to Provide Services should be conformed with.

Qajjenza — Art okkupata mill-kumpanija GascoEnergy

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija tiġi ħielsa l-art fil-Qajjenza li fil-preżent hija okkupata mill-kumpanija GascoEnergy?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18226.

Art tal-Gvern fit-Triq Wied in-Noqor f'Ħal Farruġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'titolu għandu l-individwu li qed jokkupa art tal-gvern fit-tarf tat-Triq Wied in-Noqor, f'Ħal Farruġ, li tiġi fuq in-naħa tal-Kappella fejn illum hemm niċċa tal-Madonna? Meta ingħata dan it-titolu? Xi kriterji intużaw biex ingħata dan it-titolu? Jekk ma ngħatax ebda titolu, kif ma ittieħdux passi u dan għaliex dak li sar fuq din il-biċċa art ħoloq perikolu għas-sewwieqa li jgħaddu mit-triq dejqa li ddawwar din il-parti ta' din l-art?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18555.

power stations — insurance policies

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17676 u ċioe: Fid-dawl tal-infieq straordinarju li għadu kif ikkonferma l-Ministru li sar fuq diversi impjanti tal-power stations tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu koperti b’insurance policies, u jekk kien hemm, x’kien il-coverage? Min-naħa l-oħra jekk jirriżulta li dawn il-ħsarat ma kenux koperti, jista' jindika x’insurances oħrajn ikopru l-operat tal-Korporazzjoni Enemalta? Ma' liema kumpanija jew kumpaniji saru dawn l-insurance policies? Jista' jikkonferma jekk inħarġux tender/s għalihom jew le? U jekk iva, meta nħarġu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17676.

Korporazzjoni Enemalta u WSC — bill calculator

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17994, 17615 u 17449 u jgħid għaliex fil-web page tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u tal-Korporazzjoni Enemalta, il-bill calculator ma kenitx qiegħda tiffunzjona għal dawn l-aħħar xhur? Jista' jispjega din l-ineffiċjenza meta suppost bl-ARMS Ltd l-affarijiet isiru aktar effiċjenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17449.

Policy fid-deductible expenses tat-taxxi tas-self employed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17929 u jiddikjara jekk kienx hemm tibdil f’xi policy jew regolamenti dwar id-deductible expenses għal fini ta' taxxa tas-self employed? Jekk le, jista' jispjega għaliex spejjeż tat-telefon u tal-internet li huma direttament użati fin-negozju mhux qed jitħallew jiġu mnaqsa kompletament mit-Tax Compliance Unit peress li dan ifisser li r-rata ta’ taxxa effettiva qed tkun ta’ aktar min 35% fuq il-qligħ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17929.

Malta Enterprise — salarju u fringe benefits taċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'salarju u fringe benefits għandu ċ-Chairman tal-Malta Enterprise?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi l-Onorevoli interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16710.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — kumpaniji li qed jiġu mħarrka

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17905 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpaniji self employed/ħaddiema eċċ. li qed jiġu mħarrka għaliex m'onorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus in kwestjoni ta' żbilanċ kontra d-dipartiment?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17905.

Raħal Ġdid — irranġar ta' dwal fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 17874 u jara li jiġi rranġat id-dawl li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta, fi Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq Għajn Dwieli u Triq Fr Charles Plater peress li ilhom bla dawl ġimgħat sħaħ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17874.

Gozo Ferries — membri tal-bord tal-inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17833 u jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-inkjesta li ġie appuntat minnu dwar l-allegazzjonijiet marbuta mal-każ tal-Gozo Ferries?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17833.

Kram Joint Venture

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hi magħmula l-KRAM Joint Venture li kienet ħadet il-kuntratt tal-bini mill-ġdid tat-triq mill-Imġarr sal-Heliport?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-Regolamenti dwar Kuntratti Pubbliċi dik it-tip ta’ informazzjoni hija kunfidenzjali u ma tistax tiġi ppublikata.

White Rocks Sports and Leisure Village — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi stmata l-art (il-valur) fejn mistenni jsir il-proġett White Rocks Sports and Leisure Village? Kemm hi l-kobor tal-art? Minn stmaha? Jista' jpoġġi r-rapport tal-istima fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Università ta' Budapest — finanzji għall-kors tal-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra favorevolment it-talba li saritlu fit-23 ta’ Lulju 2009 f’Aide Memoire minn ġenituri li qed isegwu kors fil-Mediċina Veterinarja fl-Università ta’ Budapest għax qed ikollhom jagħmlu sagrifiċċji finanzjarji kbar biex jiffinanzjaw il-biċċa l-kbira tan-nefqa li jkollhom jagħmlu għax kors simili ma jeżistix f’Malta u m’hemm l-ebda skema adekwata biex jigu mgħejuna l-ġenituri li qed jibgħatu lill-uliedhom f’kors bħal dan li jiġi jiswa iżjed minn €120,000 kull student? Jista’ jikkunsidra tax rebate għal dawn il-ġenituri? Jista’ għallinqas jiġi kunsidrat li dawn il-ġenituri jingħataw l-istess tip ta’ għajnuna li tingħata lill-istudenti Għawdxin li jiġu jistudjaw Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-diskors tal-Budget għas-sena 2010 (paġna 63) fejn tħabbar inċentiv fiskali għal persuni li jagħmlu l-istudji tagħhom f’istituzzjoni terzjarja rikonoxxuta. Din il-miżura se tiġi implimentata din is-sena stess u se tkun tikkonsisti f’deduzzjoni li tkopri parti mill-ispejjeż inkorsi biex isiru dawn l-istudji kemm jekk isiru f’Malta kif ukoll barra minn Malta, basta dawn il-persuni ma jkunux qed jirċievu xi forma ta’ għajnuna oħra għall-istudji tagħhom minn xi dipartiment jew entità oħra governattiva jew mill-privat.

Declaration Regarding Exclusion Criteria

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti Annex A1.2 - Declaration Regarding Exclusion Criteria, Annex A1.3 - Declaration regarding origin of interested party, materials, equipment and services u Annex A1.7 - Technical Capability Declaration fir-rigward tas-sejħa għall-offerti CT 2445/09 li għalqet fit-3 ta' Settembru, 2009 liema dikjarazzjonijiet kellhom jiġu sottomessi mis-sitt offerenti u għaldaqstant jitqiegħdu l-kopji kollha tad-dokumenti relattivi sottomessi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-Regolamenti dwar Kuntratti Pubbliċi dokumenti sottomessi bħala parti minn offerta huma meqjusin bħala kunfidenzjali. Għaldaqstant it-talba magħmula ma tistax tiġi milqugħa.

Miżieb — sistema tad-drenaġġ mqabbda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-hamlet tal-Limbordin ikollu s-sistema tad-drenaġġ mqabbda mad-drainage system ċentrali biex il-fosos li hemm ma jibqgħux inixxu f’art agrikola?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol biex il-hamlet tal-Imbordin ikollu sistema ta’ drenaġġ mqabbda mas-sistema ċentrali huwa inkluż fil-Master Plan tad-drenaġġ. Sadanittant il-fosos li hemm qed jitbattlu b’mod regolari mill-Korporazzjoni bla ħlas.

Malta blacklisted mill-awtoritajiet Taljani

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li pajjiżna għadu fuq il-blacklist tal-awtoritajiet Taljani bħala wieħed minn dawk il-pajjiżi meqjusin bħala tax havens minkejja li bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra ilna li qlibna għall-onshore financial services centre għal snin sħaħ? X’qed jwassal għal dan u x’ġustifikazzjoni jġibu l-awtoritajiet Taljani biex jiġġustifikaw l-atteġjament tagħhom? X’rappreżentazzjonijiet saru tul is-snin u anke reċentement mill-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji u mill-Gvern Malti nnifsu mal-awtoritajiet Taljani? Kemm hemm stati membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea li għadhom fuq din il-blacklist Taljana? Pajjiżna jinstab fuq il-blacklist ta' xi pajjiżi oħrajn dwar l-istess ħaġa, kemm fi stati membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea jew f’pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea kemm ġewwa u barra il-kontinent Ewropew?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. interpellant u nispjega illi il-lista fil-liġi fiskali taljana li qed jirreferi għaliha mhix lista ta’ tax havens imma lista ta’ pajjiżi li fil-ġudizzju tal-awtoritajiet fiskali Taljani xi aspetti tas-sistemi fiskali ta’ pajjiżi fuq il-lista jistgħu jagħtu lok għall-abbuż fir-rigward ta’ taxxi. Malta tikkontesta u ilha tikkontesta din ir-regola li hija waħda purament domestika u mhix regola li ħarġet mill-Unjoni Ewropeja. Kif ġa aċċennajt, saru matul dawn l-aħħar snin - u għadhom qed isiru - tentattivi u diskussjonjiet anke f’livelli għolja sabiex Malta titneħħa minn din il-lista u minflok tiġi inkluża f’ white list għall-iskopijiet tal-liġi domestika fiskali Taljana. Il-miżura taljana hija kontestata ukoll għaliex Malta u l-Italja diġa jistgħu liberament jibdlu u jiskambjaw dik l-informazzjoni li tkun meħtieġa għall-prevenzjoni tal-evażjoni fiskali. Għalkemm kien hemm indikazzjonijiet li l-awtoritajiet Taljani lesti jagħmlu dan, sfortunatament sa issa ir-riżultat għadu ma intlaħaqx u l-isforzi jibqgħu għaddejjin. Minix f’pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba dwar xi listi f’pajjizi oħrajn madwar id-dinja, u dwar liema pajjiżi huma jew mhumiex f’listi simili. Iżda, biex nikkonkludi, u sabiex inpoġġi id-domanda f’kuntest aktar wiesgħa, wieħed għandu jiftakar illi is-sistema tat-taxxa ta’ Malta kienet ġiet ikklerjata mill- Code of Conduct (Business) Taxation Group , li l-Italja ukoll tagħmel sehem tagħha, u għalhekk ġiet meqjusa bħala sistema li ma tikkostitwix jew ma tikkomprendix a harmful tax practice . Apparti dan, fl-aħħar rapport tal-OECD Global Forum li ħareġ f’April 2009 dwar l-iskambju effettiv ta’ informazzjoni għal skopijiet ta’ taxxa, Malta ġiet imqegħda fil- white list , u cioe ġiet ċertifikata bħala li tilħaq l- istandards internazzjonali rikjesti f’dan ir-rigward.

qtugħ ta' dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba nqata’ d-dawl f’Malta u Għawdex mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-14 ta’Ġunju, 2010? Kemm dam f’kull każ u liema lokalitajiet intlaqtu? X’kienet ir-raġuni għal kull qtugħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

qtugħ ta' dawl f'żoni industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kull darba li nqagħtet il-provvista tal-elettriku mill-1 ta’ Jannar ‘il hawn, kemm-il darba ntlaqtu żoni industrijali f’Malta u Għawdex? Liema kienu dawn iż-żoni milquta? Huwa kkalkulat kemm-il siegha ta’produzzjoni ntilfet? Kien hemm xi ilmenti uffiċjali minn sidien ta’ intraprizi jew unions jew għaqdiet ta’ min iħaddem?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu tajjeb li wieħedl jgħid li huwa mpossibli biex jiġi stmat kemm –il siegħa ta’ produzzjoni ntilfet peress li dan jiddependi fuq l-operazzjoni attwali tal-fabbriki affetwati u skont jekk għandhomx backup generator jew le. M’għandna l-ebda claim minn żoni industrijali jew unions . Minn sidien ta’ intrapriżi li jħaddmu kellna 9 claims minħabba surge li kkawżatilhom xi ħsara meta reġgħet lura l-provvista ta’ l-elettriku. Wara li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa irriżulta li ħamsa minn dawn il- claims kienu ġustifikati filwaqt li erbgħa oħra ma kinux.

qtugħ ta' dawl — kumpens lill-pubbliku

Question

Wara li nqagħtet il-provvista tal-elettriku diversi drabi matul din is-sena, jista’ l-Ministru jgħid jekk u kemm kien hemm talbiet mill-pubbliku biex jingħataw kumpens għal xi ħsara li nqalgħet fid-dar taghħom? X’tip ta’ kumpens ingħata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi b’kollox kien hemm 72 talba għall-kumpens, wara li inqatet il-provvista ta’ l-elettriku u kien hemm surge li għamlet ħsara lil xi appliances tal-konsumaturi meta reġet ġiet lura il-provvista tad-dawl. Minn dawn: kien hemm 20 li l-Enemalta sabet li kienu ġustifikati u qegħdin fil-proċess li jingħataw kumpens finanzjarju; kien hemm 44 li l-Enemalta sabet li ma kienux ġustifikati jew li l-ħsara saret minn terzi persuni u kien hemm 8 li għadhom qed jiġu investigati. Tajjeb li wieħed ikun jaf li kull talba li tidħol tgħaddi minn proċess li jevalwa jekk din hijiex ġustifikata jew le.

prezz tal-fuel għall-industrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz tal-fuel għall-industrija kull xahar ta’ din is-sena? Kemm kien il-prezz fl-istess żmien tas-sena li għaddiet? Hemm xi fabbriki jew kumpanniji li talbu xi forma ta’kumpens għax ma setgħux ilaħħqu mall-ispejjeż tal-fuel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-prezzijiet tal-fuel għall-industrija jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Korporazzjoni Enemalta ma rċeviet l-ebda talba għal xi forma ta’ kumpens mingħand l-ebda fabbrika jew kumpanija.