Legislature:
Category:
Reset
Active:

Yacht marinas

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8773 u jgħid kemm daħlu yachts f’kull yacht marina f’Malta u Għawdex separatament kull xahar mill-1999 ‘l hawn? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar kemm daħlu passiġġieri fuq il- yachts ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Marittima żżomm rekord ta’ dħul ta’ yachts fil-marinas tagħha biss, fuq bażi annwali u mhux xahar b’xahar. Lanqas ma tinżamm informazzjoni dwar in-numru ta’ passiġġieri li jidħlu fuq il-yachts. Għaldaqstant, in-numru ta’ visiting yachts li daħlu fil-marinas ta’ l-Awtorita’ Marittima bejn l-1999 u l-2008 huwa kif jidhru fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

baga li se titqiegħed fix-Xlendi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8774 u jgħid kemm tiżen u x’dijametru fiha l-baga li se titqiegħed fix-Xlendi? Jista’ jgħid kemm hu l-galleġġjament nett tagħha? Jista’ jgħid jekk it- tender għax-xiri tagħha ngħatatx? Jekk fl-affermattiv, min ħadha u meta huwa obbligat li tiġi stallata f’postha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant tkun tista’ tingħata meta jintem il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tat-tender għall-baga u li bħalissa qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti.

Mosta — Triq il-Familja Cumbo - wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 7449 u jgħid meta u x'qiegħed iżomm biex wara 20 sena Triq il-Familja Cumbo, Mosta tingħata wiċċ ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant mhix inkluża fil-program ta’ bini ta’ toroq li ħejjiet l-Awtorita’ li huma dipendenti fuq il-fondi u l-prijoritajiet li jkun hemm.

Mosta — Triq Fiteni - wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7447 u jgħid x'qiegħed iżżomm biex wara 20 sena Triq Silvestru Fiteni il-Mosta, tingħata wiċċ ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant mhix inkluża fil-program ta’ bini ta’ toroq li ħejjiet l-Awtorita’ li huma dipendenti fuq il-fondi u l-prijoritajiet li jkun hemm.

Qxur u laneċ mhux reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7444 u jgħid: Fid-dawl li t-traffiku fil-baħar tal-qxur u laneċ mhux reġistrati madwar Malta u Għawdex qed jiżdid, x'passi qed jieħu l-gvern biex jsaħħaħ is-sigurtà tas-sajjieda tagħna meta dawn jkunu qed jaqdu dmirijiethom u joħorġu jistadu fl-ibħra tagħna?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.7444.

speed cameras — citazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet bl-ispeed cameras fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2009? Jista' jgħid kemm minn dawn l-flus taċ-ċitazzjonijiet tal-ispeed camera qed jintużaw biex issir il-manutenzjoni tat-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

speed cameras — multi skont l-ispeed

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew jivverifika jekk il-multi li jaqilgħu sewwieqa li jkunu għaddejjin b'iktar mill-ispeed stabbilit mill-esperti tal-Awtorità dwar it-Trasport u jaqilgħu ċitazzjoni bl-ispeed camera dawn iċ-ċitazzjonijiet humiex jingħataw skont l-ispeed li jkun għaddej bih is-sewwieq? Jiġifieri jeżistu xi multi differenti skont l-ispeed li bih ikun għaddej is-sewwieq? Jekk jeżistu dawn ir-rati ta' multi differenti, jista' jippubblikahom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien ninfurmat li skont it-Tieni Skeda li tinsab mal-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Kap 65), jeżistu żewġ multi fir-rigward ta’ sewqan b’veloċità eċċessiva, Sa 15-il kilometru fis-siegħa il fuq mill- limitu , multa ta' €34.94 u sewqan ta' aktar minn 15-il kilometru fis-siegħa fuq il-limitu multa ta' €69.88.

Tixrid ta' żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3354 u jikkonferma l-fatt illi ż-żejt rapportat li nxtered kien ta' madwar 131,000 tunnellata u mhux kif ġie rapportat? Jista' jgħid kemm sewa dan il-fuel mitluf u min se jħallas għalih?

Response (GATT, AUSTIN)

Inkun ħafna grat lejn l-Onor Interpellant jekk jinfurmani għal xhiex qed jirreferi.

Każ ta' irmiġġ — applikazzjoni rifjutata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8037 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jinbagħtu separatament, għad li hija full time fisherman, qed tiġi rifjutata li tingħata irmiġġ fejn tista' torbot il-qoxra tagħha u dan nonostante l-fatt li ilha li applikata madwar disa' snin, u kienu ħafna dawk li ngħataw avolja applikaw warajha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.

Malta Drydocks

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-accounts tal-Malta Drydocks mill-1967 - 1971 sena b'sena? Jista' l-Gvern jippubblika cabinet minutesand documents ta' aktar minn 30 sena ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2173.

Offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex hijiex se torbot lill-kuntrattur li jħaddem b’mod regolari, tal-anqas kif inhu llum, is-servizz tal-cargo għal Sa Maison? Jekk le, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Delimara — power plant - impatt ambjentali

Question

Jista' l-Ministru jippubblika l-istudji li kkwantifikaw l-impatt ambjentali u fuq is-saħħa taċ-ċittadini li ġew imħejjija qabel ma' saret l-aġġudikazzjoni tal-power plant il-ġdid ta’ Delimara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Proġett ta' Smart City — Twettiq ta' miri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8446 u jagħti rendikont ta’ fejn wasal s'issa l-proġett ta’ Smart City fid-diversi aspetti tiegħu u fid-dawl tal-obbligi li assumew il-Gvern Malti minn naħa u l-impriża privata konċernata min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ twettiq tal-miri tal-proġett skont il-kalendarju stabbilit fil-ftehim bejn iż-żewġ naħat, in segwitu tar-riżoluzzjoni parlamentari dwar il-proġett u f'rabta ma' obbligi assunti lejn terzi parti minħabba l-ftehim ta' bejniethom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tigne u Manoel Island — proġett ta’ MIDI

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ fejn wasal s'issa l-proġett ta’ MIDI f’Tigne u Manoel Island, fid-diversi aspetti tiegħu, fid-dawl tal-obbligi li assumew il-Gvern Malti minn naħa u l-impriża konċernata min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-miri tal-proġett skont il-kalendarju stabbilit fil-ftehim bejn iż-żewġ naħat, in segwitu tar-riżoluzzjoni parlamentari dwar il-proġett, u anke f’rabta ma’ obbligi assunti lejn terzi parti minħabba l-ftehim ta’ bejniethom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għawdex — Proġett ta' Chambray

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ fejn wasal s'issa l-proġett ta’ Chambray f’Għawdex, fid-diversi aspetti tiegħu skont l-aħħar riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament fir-rigward tiegħu, u fid-dawl tal-obbligi li assumew il-Gvern Malti minn naħa u l-impriża konċernata min-naħa l-oħra, u anke f’rabta ma’ obbligi assunti lejn terzi parti minħabba l-ftehim ta’ bejniethom, b’referenza għall-kalendarju stabbilit għat-twettiq tal-miri ssettjati għall-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Imsida — Triq Innocenza Zammit

Question

Jista' l-Ministru jara li awtorità kompetenti tindirizza l-periklu li hemm fil-bypass tal-università/sptar , għan-nies li jkunu jridu jaqsmu min-naħa ta' Triq Innocenza Zammit, Imsida lejn in-naħa l-oħra speċjalment għal min ikun irid jirkeb xi xarabank, qabel ma jsir xi inċident ikrah?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żabbar — Triq San Leonardu - xogħol infrastrutturali

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhu eżattament ix-xogħol infrastrutturali li hemm għaddej bħalissa fi Triq San Leonardu f'Ħaż-Żabbar u jgħid għalxiex mhux qed jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex ma jkomplix jinħoloq aktar inkonvenjent għar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li x-xogħlijiet li qed tirreferi ghalihom l-Onor. Interpellant huma xogħlijiet marbuta mat-tħaffir tat-trinek u tqegħid ta’ cables ta’ l-Enemalta. Il-kuntrattur marbut ma’ numru ta’ kundizzjonijiet fosthom kundizzjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurta u l-immaniġġjar tat-traffiku.

Ċirkewwa — Triq li tagħti għall-Marfa - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq it-Triq li mill-Marfa twassal saċ-Ċirkewwa? Billi fil-passat kien hemm xi differenzi bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u bejn l Awtorità Marittima ta' Malta dwar taħt min kienet taqa' ċerta reponsabilità, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar jekk issa li dawn iż-żewġ awtoritajiet qegħdin mill-ġdid fl-istess ministeru, dawn id-diffikultajiet għadhomx hemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita’ Dwar it-Trasport u l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta qed jikkooperaw bejniethom u jippjanaw il-proġetti ta’ Triq il-Marfa u t-Terminal taċ-Ċirkewwa rispettivament , għalhekk minix f'pożizzjoni ngħid meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol.

San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra — xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jassigura li n-numru ta' toroq fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra li għadhom qatt ma saru, fil-fatt jinksew bit-tarmac, wara li jsiru s-servizzi neċessarji għaliex minbarra għar-residenti, dawn it-toroq qed ikunu ta' dannu kbir għall-industrija tat-turiżmu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.