Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #20376 Sitting 268 2010-10-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Integrated Health Information System — Sptar Ġenerali t'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Integrated Health Information System ġietx estiża għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jekk le, għaliex? Meta hija mistennja tiġi estiża għall-isptar ta’ Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Integrated Health Information System qiegħda fil-proċess biex tiġi estiża għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Dan il-proċess wasal fl-istadju finali.
Leg 11 PQ #20349 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Tourism Association, Gozo Business Chamber u Gozo NGO's Association — għajnuna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’għajnuna ngħatat kull sena mill-1999 sal-lum lill-Gozo Tourism Association, lill-Gozo Business Chamber u lill-Gozo NGOs Association? Tista’ tgħid għal liema skopijiet ngħatat din l-għajuna f’kull każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #20350 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — cruise liners

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu cruise liners f’Għawdex din is-sena sal-lum? Tista’ tgħid kemm minnhom rabtu mal-baga li tqiegħdet ix-Xlendi? Tista’ tgħid kemm passiġġieri niżlu l-art f’Għawdex mill-cruise liners li daħlu Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Leg 11 PQ #134 Sitting 266 2010-10-25 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja — każijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu każijiet lid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja f'din l-aħħar sena kull xahar separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #135 Sitting 266 2010-10-25 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja — workload ta' social worker

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-workload ta' kull social worker li hemm fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi kull social worker għandu work load ta' madwar 54 każ li jinqasmu fi 3 kategoriji. Każijiet li jirrikjedu intervent regolari ta' mill-anqas darbtejn f'ġimgħa; każijiet li jirrikjedu intervent ta' darba f'ġimgħa; u każijiet li jirrikjedu intervent ta' darba kull ħmistax. Barra dawn is-social worker li tkun intake tieħu ħsieb il-każijiet kollha li jirrikjedu intervent telefoniku jew xi intervent ta' kriżi inkella dawk li jirrikjedu intervent ta' darba. Dan ir-rwol jinbidel fuq bażi ta' rotation bejn is-social workers kollha.
Leg 11 PQ #136 Sitting 266 2010-10-25 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Aċċess supervizzjonat mis-social workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet ta' aċċess supervizzjonat li qed jiġi supervizzjonat mis-social workers tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja u tgħid kemm qed jingħataw sigħat fil-ġimgħa għal dan it-tip ta' aċċess minn kull social workers?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-preżent is-Sezzjoni Ħarsien tal-Familja fil-Ministeru għal Għawdex għandha każijiet ta' minorenni li qed jiġu 'supervised/monitored' waqt visti ta' aċċess. Ix-xogħol ta' 'supervision/monitoring' isir minn dawk is-social workers li jkunu xogħol fil-ġurnata tal-aċċess u allura mhux neċessarjament mill-istess social worker kull darba li jsir dan l-aċċess. Is-Sezzjoni qed issegwi b'dan il-mod ta' 'supervision/monitoring' 11 il-każ kull ġimgħa li jirrikjedu 17-il siegħa ta' intervent.
Leg 11 PQ #137 Sitting 266 2010-10-25 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Care workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm care workers li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha u fejn huma posted?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #138 Sitting 266 2010-10-25 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru Santa Marta — intake

Question

Tista' l-Minsitru tgħid kemm kien l-intake ta' klijenti fiċ-Ċentru Santa Marta din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-intake ta' klijenti fiċ-Ċentru Santa Marta din is-sena kienet ta' persuna waħda.
Leg 11 PQ #142 Sitting 266 2010-10-25 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

servizz ta' child care f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'servizz ta' child care jiġu offruti mill-gvern f'Għawdex u xi pjanijiet għandu l-ministeru f'dan ir-rigward?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 14672.
Leg 11 PQ #143 Sitting 266 2010-10-25 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

attivitajiet organizzati għall-anzjani Għawdxin

Question

Tista' l-Minsitru tgħid x'attivitajiet ġew organizzati mill-gvern jew entità jew dipartiment governattiv għall-anzjani Għawdxin f'dawn l-aħħar tliet snin kull xahar separatament u kemm kienet il-konkorrenza għal kull attività? Inoltre tista' tgħid jekk dawn l-attivitajiet kenux bi ħlas u jekk fl-affermattiv kemm kien il-ħlas għal kull persuna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #144 Sitting 266 2010-10-25 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

attivitajiet organizzati għal persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'attivitajiet ġew organizzati mill-gvern jew entità jew dipartiment governattiv għall-persuni b'diżabilità f'Għawdex f'dawn l-aħħar tliet snin kull xahar separatament u kemm kienet il-konkorrenza għal kull attività? Inoltre tista' tgħid jekk dawn l-attivitajiet sarux bi ħlas u jekk fl-affermattiv kemm kien il-ħlas għal kull persuna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #145 Sitting 266 2010-10-25 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet pendenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'applikazzjoni pendenti għandu l-Ministeru għal Għawdex mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #146 Sitting 266 2010-10-25 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

politika ta' gender sensitive budgeting

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-ministeru jħaddanx politika ta' gender sensitive budgeting u jekk fl-affermattiv tista' tagħti d-dettalji opportuni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14715.
Leg 11 PQ #147 Sitting 266 2010-10-25 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġeneral ta' Għawdex — inkubaturi tat-trabi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm inkubaturi għat-trabi fl-Isptar Ġeneral ta' Għawdex u meta nxtraw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ġewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex hemm 3 inkubaturi u ieħor li huwa portable. Il-tlett inkubaturi nxtraw fis-sena 1971 u l-portable incubator inxtara fis-sena 1988.
Leg 11 PQ #158 Sitting 266 2010-10-25 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — cruise liners

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu cruise liners f'Għawdex matul din is-sena u kemm minnhom rabtu mal-baga tax-Xlendi u tgħid id-daqs ta' kull vapur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Leg 11 PQ #20339 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Isptar Ġenerali ta’ Għawdex — canteen magħluq

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ilu magħluq il-canteen tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Meta sa jerġa' jiftaħ? Kemm ilu li sar l-kuntratt il-ġdid tal-kiri ta’ dan il-canteen? Jekk il-kera bdiet, qiegħda titħallas minn min ħa l-kuntratt ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-canteen tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ilu magħluq minn Awwissu 2009. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Leg 11 PQ #20378 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — informazzjoni dwar ħaddiema fid-dipartimenti governattivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk tinżammx informazzjoni jew statistika tal-kwalifiki tal-impjegati li hemm fid-dipartimenti governattivi f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma teżistix lista uffiċċjali tal-kwalifiki tal-impjegati fid-dipartimenti governattivi f'Għawdex u dan hu dovut għal fatt li l-ebda impjegat m'għandu l-obbligu li jiddikjara kwalunkwe informazzjoni ta' dan it-tip. Madanakollu teżisti informazzjoni dwar kwalifiki li l-impjegati għaddew minn jeddhom għal talbiet jew bħala parti minn rekwiżiti li jintalbu f'sejħiet għall-applikazzjonijiet ta' impjieg jew promozzjoni.
Leg 11 PQ #20418 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — korsijiet in konnessjoni mat-tqala

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet jingħataw fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex in konnessjoni mat-tqala u tagħti d-dettalji dwar kull kors u tgħid kemm isiru korsijiet fis-sena u kemm kienet il-konkorrenza għal dawn il-korsijiet kull kors separatament matul dawn l-aħħar sentejn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #19967 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Item of expenditure — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2009 u sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 19818.
Leg 11 PQ #19968 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Standard Item of Expenditure — Virements

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’virements saru taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru tagħha fl-2009 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 19819.