Legislature:
Category:
Reset
Active:

reserved parking

Question

B'referenza għall-bżonn urġenti ta' reserved parking li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jestendi l-għajnuna tal-każ imsemmi separatament bil-għan li l-bżonn urġenti ta' dawn l-anzjani jiġi rimedjat immedjatament? Jekk fl-affermativ, meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li għandi ngħati din l-informazzjoni personali tal-individwu, sakemm ma jkollix il-kunsens bil-miktub tal-individwu konċernat.

Mtafa Bypass — Tarmac Cracks

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa bypass, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7929, 7500, 6924, 6619, 6206, 6120, 5616 u 5219 u jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermattiv meta ser isir dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — bdil tal-main tal-ilma

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7848, jista' l-Ministru jitlob li fil-fatt il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tieħu l-passi neċessarji biex il-main indikat jinbidel kemm jista' jkun malajr għax il-ħsarat indikati qed ifissru ħafna ħela ta' ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif intqal fir-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 7848, il-bdil tal-main tal-ilma fi Sqaq il-Kustinjuż hu pprogrammat għal iktar tard din is-sena. Sadanittant, sabiex ma jkunx hemm ħela ta’ ilma il-KSI qiegħda tieħu ħsieb li kif tinqala’ ħsara din tissewwa malajr kemm jista’ jkun.

Flus fuq toroq prinċipali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena finanazjarja kemm intnefqu flus f’toroq prinċipali li huma responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali u mhux minħabba l-emerġenza tal-maltemp, li ngħataw it-tarmac jew inbnew mill-ġdid? F’liema lokalitajiet kienu u kemm intnefaq f’kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Flus fuq toroq ta' żoni industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena finanzjarja kemm intnefqu flus f’toroq li jifformaw parti minn żoni industrijali? F’liema żoni saru? Meta saru? X’hemm ipproġettat għall-bqija ta’din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq ġodda — kisi ta' tarmac

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid fuq liema toroq ġodda fid-diversi bliet u rħula sar xogħol ta’ kisi ta’ tarmac fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena finanzjarja? F’liema lokalitajiet? Kemm swiet kull waħda? Xi programm hemm għall-kumplament ta’din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — ħolqien/tkabbir ta’ yacht marinas

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8778 u jgħid x’inhuma l-proġetti li hemm għall-ħolqien jew tkabbir ta’ yacht marinas f’Għawdex? Fiex wasal kull proġett? Meta hu mistenni li jinbeda u jispiċċa kull proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Produzzjoni ta' metrukubu ta' drenaġġ — flus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7727 u jgħid illum kemm huwa kalkulat li jiswa f'ċifra ta' flus il-produzzjoni ta' metru kubu ta' drenaġġ trattat f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-applikazzjonijiet li daħlu għal clerks, secretaries, accounts clerk mal-Korporazzjoni Enemalta? Meta sejrin ikunu jafu jekk intagħżlux jew le dawk li bagħtu l-applikazzjoni? L-applikazzjonijiet qed jidhru separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-applikanti kollha li applikaw għall-postijiet vakanti ta’ Clerks, Secretaries u Accounts clerks bdew jiġu nfurmati mit-12 ta’ Mejju 2009 jekk kienux intgħażlu jew le.

Florjana — Triq Sant Anna - subway - face lift

Question

Jista' l-Ministru jara li s-subway li hemm ġewwa Triq Sant Anna l-Furjana, tingħata face lift u li jkun hemm xi ħadd jissorveljaha u li jara li tinżamm nadifa minn kull tip ta' irwejjaħ u depożiti oħrajn?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru . 6359.

Buġibba — bidliet mistennija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema ser ikunu l-bidliet li mistennija jseħħu fl-inħawi tad-daħla ta' Buġibba, ħdejn Kennedy Grove b'riżultat tax-xogħol li ssemma li għandu jsir mill-Awtorità dwar it-Trasport f'dawn l-inħawi? Meta hu mistenni li jibda ix-xogħol? Meta hu mistenni li jintemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xemxija Bay Hotel — tiswijiet fuq il moll

Question

Billi fix-Xemxija, in-naħa tax-Xemxija Bay Hotel hemm moll żgħir jintuża ħafna minn diversi nies, liema moll fil-fat spiċċa biex infaqa' kważi għal kollox bil-maltemp u l-qawwa tal-baħar, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jissewwa dan il-moll, u dan qabel ma jseħħ xi traġedja f'dan il-port?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xemxija — Bus Shelters - pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex iż-żewġ bus stops (li għandhom bżonn ukoll bus shelter) li hemm fit-telgħa tax-Xemxija wieħed ħdejn il-Knisja tax-Xemxija u l-ieħor quddiem Sammy Bar, fil-fatt jitwaħħlu kemm jista' jkun malajr biex ikunu ta' benefiċċju għall-passiġieri li jużaw tal-linja? Jista' jittieħdu l-passi neċessarji biex fl-istess inħawi tax-Xemxija Bay n-naħa t'isfel jitqiegħdu l-pelican lights u tinżebaħ zebra crossing li kien hemm maħsuba li ssir fl-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Test tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8249 u jgħid kif jitqassmu s-slots biex jitniżżlu studenti għat-test tas-sewqan? Veru li bħalissa hemm sitwazzjoni inġusta li l-iskejjel mhux jingħataw l-istess ammont ta' students' slots biex jitniżżlu għat-test? Jista' jagħti rendikont ta' kif tqassmu l-islots matul is-sena 2007, 2008 bejn l-iskejjel eżistenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-slots għat-test tas-sewqan li jkollha l-ADT jitqassmu b'mod proporzjonali bejn l-iskejjel tas-sewqan skont in-numru ta applikazzjonijiet li jkollha kull skola. Din is-sistema tiżgura trattament ekwu għal kull skola tas-sewqan għaliex skola li jkollha aktar applikazzjonjijiet tingħata iktar slots b'mod proporzjonali. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni mitluba dwar it-tqassim ta slots għas-snin 2007 u 2008.

Raħal Ġdid — Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jidħol fil-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u jispjega għalfejn din il-persuna ma rċeviet l-ebda risposta dwar talba li hija għamlet fit-3 ta' Frar, 2009 għal reserved parking meta hi tbati minn scoliosis u sprangler wing li jirrendi indipensabbli għaliha dan il-parkeġġ? Intqal lillha mill-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid li waqt li min-naħa tal-Kunsill m'hemmx oġġezzjoni, kienu qed jistennew risposta mill-Awtorità dwar it-Trasport. Stante li mit-3 ta' Frar, 2009 għaddew prattikament erba' xhur u dan hu każ ta' saħħa, jaħseb il-Ministru li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha tagħti risposta fi żmien qasir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pjanċi tax free

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’passi ser jieħu l-Avukat Ġenerali biex jinvestiga l-mod li bih ħarġu għadd ta’ pjanċi tax free tal-karrozzi fis-sena tal-elezzjoni – minn medja ta’ 100 fis-sena għal 400 fis-sena tal-elezzjoni ġenerali? Wara rapporti mhux miċħuda fil- media jista' jgħid jekk l-Avukat Ġenerali bediex investigazzjoni dwar din l-evażjoni qawwija ta’ registration tax li minnha allegatament ibbenefikaw ukoll nies qrib l-ex chairman tal-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Strada Merkanti — Catering establishments

Question

Stante li l-Ministru kien wiegħed li fil-mument li Strada Merkanti tigi pedestrianalised se jingħataw permessi biex il-catering establishments joħorġu l-imwejjed u minħabba l-fatt li Strada Merkanti ġiet pedestrianalised il-kummerċ naqas direttament minħabba kwestjonijiet ta' parkeġġ, jista' l-Ministru jonora l-wegħda tiegħu u jagħti permessi biex il-catering establishments ta' Strada Merkanti jkunu jistgħu joħorġu l-imwejjed?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Belt Valletta — pjan għar-riġenerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-proġetti li bdew jew hu maħsub li se jibdew sal-aħħar ta’din is-sena fil-pjan għar-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta? Kemm hu stmat li se jintnefaq fuq dawn il-proġetti f’din is-sena finanzjarja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.