Legislature:
Category:
Reset
Active:

Binjiet tal-Gvern - Uffiċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31750 u 31971 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31387, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet tal-Gvern li jservu bħala uffiċini għal skopijiet ta’ amministrazzjoni b’kollox u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Awtorità indipendenti dwar id-drittijiet tal-bniedem

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29921 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid x’sar minnhom il-pjanijiet biex ikun hemm awtorità indipendenti u b’qafas kostituzzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li dan il-gvern wettaq riformi bla preċedent biex issaħħaħ l-ugwaljanza u r-rispett sħiħ lejn id-drittijiet tal-bniedem. Infakkar li kien dan il-gvern li waqqaf id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem fejn l-irwol ta’ dan id-Direttorat huwa li jaħdem fuq policies li jsaħħu l-ugwaljanza f’pajjiżna. Għaldaqstant, kif imwiegħed fil-manifest elettorali Malta Flimkien, il-gvern se jkompli jaħdem biex titwaqqaf awtorita indipendenti li tiffoka biss fuq il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem. Sal-lum, dan l-irwol importanti huwa provdut mill-Qorti Kostituzzjonali li hija organu awtonomu u indipendenti, hekk kif f’diversi okkażjonijiet ipprovdiet rimedju f’każijiet bħal dawn.

Rakkomandazzjoni mill-Ombudsman

Question

In vista tar-rakkomandazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju tal-Ombudsman Każ Nru OMB-24-4570 dwar għotjiet lill-media houses kif ikkomunikata fit-3 ta’ Settembru 2025, jista’ l-Prim Ministru jindika u jgħid x’passi ser jittieħdu sabiex tiġi implimentata?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Direct orders ta’ inqas minn €2,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Baġit 2026 - Spiża fuq reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31762 u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propoganda li saret mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit li sar nhar it-Tnejn 27 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Baġit 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 31762.

Ħal Farruġ – Proġett – Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu l-kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ħadmu fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Penalitajiet amministrattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31340 dwar penalitajiet amministrattivi imposti mill-entitajiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fejn ġie mwieġeb li “kien hemm żewġ penali amministrattivi li ġew kkontestati. Iż-żewġ deċiżjonijiet ta’ dawn il-penali amministrattivi ħarġu fl-2024.”, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-appelli pendenti quddiem il-Qrati u għal kull istanza, jgħid kemm kien l-ammont tal-penali imposta?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar- Rapport Annwali tal-Awtorita’ tax-Xandir 2024 li diġa tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Binjiet tal-Gvern - Uffiċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31750 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31387, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet tal-Gvern li jservu bħala uffiċini għal skopijiet ta’ amministrazzjoni b’kollox u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Spejjeż legali tal-Gvern dwar każ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ammontaw l-ispejjeż legali tal-Gvern għall-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u jagħti rendikont ta’ lil min tħallsu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Acknowledgements ta’ ittri mibgħuta minn ċittadini

Question

Jista’ l-Prim Ministru, senjatament is-Segretarju Permanenti Ewlieni, jgħid jekk għadhiex teżisti l-prassi li meta ċittadin jibgħat ittra lill-Ministru, Segretarju Permanenti jew Uffiċjal Għoli ieħor tal-Gvern, dan jirċievi ‘acknowledgment’ tal-ittra tiegħu fi żmien raġonevoli?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-Direttivi tas-Servizz Pubbliku huma kollha aċċessibbli permezz tal-portal uffiċċjali https://publicservices.gov.mt/en/people/Pages/Directives.aspx Għar-rigward ta’ dak li qed jistaqsi dwaru l-Interpellant, dan hu regolat minn Direttiva 4.2 tas-Servizz Pubbliku, li tinsab aċċessibbli għall-pubbliku kif spjegajt diġa u li kopja tagħha qed inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Farruġ – Proġett – Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li sal-lum huma dovuti flus għax-xogħol li sar fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ, flimkien mal-bilanċ ta’ dak li hu dovut lilhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Farruġ – Proġett – Kontijiet pendenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu t-total ta’ kontijiet dovuti lill-kuntratturi impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, relatati mal-proġett ta’ Ħal Farruġ, li bħalissa huma pendenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Baġit 2026 - Spiża fuq reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propoganda li saret mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit li sar nhar it-Tnejn 27 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Baġit 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda propaganda. Izda kif inhi l-prassi ta’ wara kull baġit, il-Gvern jorganizza kampanja ta’ informazzjoni u jniedi numru ta’ servizzi biex jispjega lill-pubbliku inġenerali kif ser jibbenifikaw mill-ħemel ta’ benifiċji li jkunu tħabbru fil-baġit.Sadanitant it-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Mental Health First Aider

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30032 dwar jekk hemmx Mental Health First Aider appuntat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-ftehim mal-Organizzazzjoni non-governattiva ġiex milħuq? Jekk iva, meta ser jibda’ t-taħriġ għal Mental Health First Aiders? Jekk le, jista’ jagħti indikazzjoni meta ser jintlaħaq dan il-ftehim?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li il-ftehim mal-Organizzazzjoni non-governattiva ġie milħuq u ffirmat u t-taħriġ se jibda fil-jiem li ġejjin.

Bidla fil-pagi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm se tkun il-bidla fil-paga għall-irwol tiegħu, minn din is-sena għas-sena d-dieħla? Jista’ jgħid ukoll il-bidla tal-paga tal-Ministri, tas-Segretarji Parlamentari, tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Membri Parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellanta illi s-salarju marbut ma’ karigi kostituzzjonali jinħadem fuq l-iskali taċ-ċivil. Infakkar illi fid-29 ta’ Novembru 2024, il-Gvern Malti flimkien ma’ għaxar trade unions iffirmaw Ftehim Kollettiv storiku għas-Servizz Pubbliku, li jkopri l-perjodu 2025–2030. Dan il-ftehim, jindirizza direttament il-kundizzjonijiet ta’ madwar 33,000 impjegat fis-Servizz Pubbliku u li bis-saħħa tiegħu, tjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, inkluż is-salarji fl-iskali kollha tas-Servizz. Tajjeb li nżid li dawn iż-żidiet jinkludu wkoll il-COLA u jirriflettu titjib fil-konċertina tal-iskali, li kienet maqbula fil-ftehim kollettiv ta’ Diċembru 1998. L-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella t’hawn taħt: Kariga Żieda fis-sena Prim Ministru €960 Ministru €845 Segretarju Parlamentari €806 Kap tal-Oppożizzjoni €768 Membru Parlamentari €384

Binjiet tal-Gvern - Uffiċini

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31387, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet tal-Gvern li jservu bħala uffiċini għal skopijiet ta’ amministrazzjoni b’kollox u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Regolament (UE) 2024/900 - Implimentazzjoni effettiva - Miżuri

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30101 u 31115, ġialadarba r-Regolament UE 2024/900 daħal fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2025, jista’ l-Prim Ministru jgħid a tenur tal-artikolu 22 tar-Regolament imsemmi, b’mod partikolari fil-kuntest tal-paragrafu (4) tiegħu, liema hi l-awtorità kompetenti biex tinforza n-normi relevanti tal-istess regolament?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija f'il-Mistoqsija Parlamentari nru 30101.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 15419 .

Abbuż fil-kiri - Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30587 u 30588 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament u ċjoè:  Fid-dawl ta’ ilmenti dwar residenzi li fihom qed ikun hemm aktar persuni joqogħdu milli permess, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru spezzjonijiet dwar dawn l-abbużi fil-kera?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 31620.

Ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea - Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28461 u 31421 u jgħid kemm kienu jammontaw l-ispejjeż totali marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, li saru fit-30 ta’ April 2025 fil-Barrakka ta’ Fuq u fil-Port il-Kbir?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 31421.