Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpanija li takkwista ishma jew titoli fuq art tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-soċjetà Estera Benetti Spa uritx interess li takkwista ishma jew titoli fuq art li hi proprjetà tal-gvern jew f'idejn aġenziji tal-gvern f'Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35503.

Labour Force Survery — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011: a) kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol, dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘l fuq minn 25 sena għalihom kif ukoll nisa għalihom u rġiel għalihom; b) kemm kienet il-popolazzjoni tal-età tax-xogħol, nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-età, jiġifieri dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘l fuq minn 25 sena; ċ) ir-rata ta’ attività, il-forza lavorattiva totali ( labour force ) bħala persentaġġ tal-popolazzjoni totali tal-età tax-xogħol kif ukoll il-forza lavorattivi tal-irġiel bħal persentaġġ tal-irġiel tal-età tax-xogħol u l-forza lavorattivi tan-nisa bħal persentaġġ tan-nisa tal-età tax-xogħol; u d) in-numru ta’ nies inattivi, nisa għalihom u rġiel għalihom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Labour Force Survey — paga medja gross annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 il-paga medja gross annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 35751.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, jista' l-Ministru jgħid jekk kien każ ta' tender jew direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contracter ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Luqa — bdil ta' bibien tal-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li qegħdin jiġu mibdula l-bibien tal-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'Ħal Luqa? Jekk fl-affermattiv xi bżonn kien hemm għal dan ix-xogħol u kemm se jiġi jiswa ix-xogħol kollu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35162.

valur tal-esportazzjoni ta' affarijiet ta' merċa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar fl-2011 u sal-aħħar ta’ April ta’ din is-sena maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35629.

Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34503 dwar in-nefqa kull sena fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-Gozo Channel Co., jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kull sena li tkopri l-passiġġieri Għawdxin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 35748.

Labour Force Survey — paga medja gross annwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34647 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 il-paga medja gross annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 35751.

Labour Force Survery — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34646 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011: a) kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol, dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ 'l fuq minn 25 sena għalihom kif ukoll nisa għalihom u rġiel għalihom; b) kemm kienet il-popolazzjoni tal-età tax-xogħol, nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-età, jiġifieri dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘l fuq minn 25 sena; ċ) ir-rata ta’ attività, il-forza lavorattiva totali ( labour force ) bħala persentaġġ tal-popolazzjoni totali tal-età tax-xogħol kif ukoll il-forza lavorattivi tal-irġiel bħal persentaġġ tal-irġiel tal-età tax-xogħol u l-forza lavorattivi tan-nisa bħal persentaġġ tan-nisa tal-età tax-xogħol; u d) in-numru ta’ nies inattivi, nisa għalihom u rġiel għalihom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34646.

qtugħ ta’ dawl estensiv — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33946 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugħ tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33946.

Pjanijiet għal tibdil tal-post minflokk ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 34675 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Jista' jgħid x'inhuwa l-pjan fejn qabel kien hemm ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 35982.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Esportazzjoni ta' affarijiet ta' merċa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34942, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta' affarijiet ta' merċa (goods) xahar b'xahar fl-2011 u sal-aħħar ta' April 2012 maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35629.

pubblikazzjoni -B'Għaqal u b'Serjetà Biss Nirbħu l-Maltemp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippubblikati u kemm ġew jiswew dawn il-pubblikazzjonijiet - B'Għaqal u b'Serjetà Biss Nirbħu l-Maltemp tal-Budget 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35664.

Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — breakdown tar-returns

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34509 fejn bħala risposta rreferini għall-mistoqsija parlamentari 34508 li jiena kont għamilt lill-Ministru għal Għawdex u li għal-liema mistoqsija, il-Ministru ma tatx l-informazzjoni mitluba u allura ż-żewġ Ministri qed jitfgħu dubbji serji fuq it-trasparenza, serjetà u kontabilità tal-gvern fl-infiq ta’ flus il-poplu, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi breakdown dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tiegħu għal Diċembru 2010 u għal Diċembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34509.

Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35020 u cioè: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34503 dwar in-nefqa kull sena fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-Gozo Channel Co., jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kull sena li tkopri l-passiġġieri Għawdxin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 35748.

Għawdex — enerġija mill-photovoltaic panels

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ammont ta' enerġija qed tiġi prodotta minn photovoltaic panels istallati f'Għawdex? X'ammont fi flus ingħataw lis-sidien bħala għajnuna f'xi skema? Kemm minn din l-enerġija qed tiġi trasferita mill-Korporazzjoni Enemalta u kemm tħallas kumpens lis-sidien fl-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ enerġija li qed tiġi prodotta minn photovoltaic panels istallati f’Għawdex, huwa kif muri fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-ammont fi flus li ngħataw lis-sidien bħala għajnuna f’xi skema, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru responsabbli għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali.

Maltin li jaħdmu l-Libja — Taxxa tad-Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li l-Maltin li jaħdmu l-Libja ma kenux iħallsu t-Taxxa tad-Dħul Malta, minn meta dawn l-istess ħaddiema bdew ikollhom iħallsu t-Taxxa tad-Dħul f'Malta? B'liema strument ġiet introdotta din it-Taxxa tad-Dħul ġdida għal dawn il-ħaddiema? Kemm hija r-rata tat-Taxxa tad-Dħul li biha qed ikollhom iħallsu dawn il-ħaddiema? Kemm daħħal s'issa u kemm qed jikkalkula li se jibda jdaħħal il-gvern minn din it-taxxa ġdida fuq dawn il-ħaddiema, fis-sena finanzjarja li fiha ġiet introdotta, f'dik kurrenti u fis-sentejn li ġejjin? Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li diġà ntlaqtu minn din il-miżura u kemm qed jikkakkula li se jintlaqtu fis-sena kurrenti u fis-sentejn li ġejjin? Din il-miżura kif affettwat kuntratti li kienu diġà in vigore, kemm dawk ta' xogħol bejn ħaddiema Maltin u l-employers tagħhom u bejn kuntratturi u ażjendi/Gvern Libjan? Din l-istess miżura kif se taffettwa l-kompetittività ta' kuntratturi Maltin li jridu jikkompetu ma' dawk barranin għal xogħol fil-Libja? X'kienet ir-raguni tal-gvern li ddeċieda li jintroduci din il-miżura?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li mis-sena ta’ stima 2012 (sena bażi 2011) daħal fis-seħħ trattat ġdid dwar ħelsien mit-taxxa doppja mal-Libja. It-trattat il-ġdid jimxi mal-mudell tal-OECD li fuqu huma bbażati t-trattati ta’ Malta u ta’ ħafna pajjiżi. Dan it-trattat issostitwixxa t-trattat preċedenti mal-Libja li kellu format differenti mill-bqija tat-trattati u li minħabba l-mod kif kien miktub kien jirriżulta li kien biss il-pajjiż fejn isir ix-xogħol li seta’ jintaxxa. Skont it-trattat il-ġdid, u kif hemm fit-trattati li Malta għanda ma kull pajjiż ieħor, kemm il-pajjiż fejn qed isir ix-xogħol kif ukoll il-pajjiż tar-residenza għandhom dritt prima facie li jintaxxaw. Naturalment imbagħad jidħol fis-seħħ il-mekkaniżmu tad- double tax relief li jingħata fil-pajjiż tar-residenza. Għalhekk ma titħallasx taxxa doppja fuq l-istess income. Ħaddiema Maltin fil-Libja huma taxxabbli bil-15% hawn Malta meta jikkwailfikaw taħt id-dispożizzjonijiet tal- overseas employment . Kif għedna iktar ‘il fuq, din it-taxxa mbagħad tiġi mnaqqsa bil-mekkaniżmu tad -double tax relief jekk tkun qed titħallas ukoll taxxa fil-Libja. Iż-żieda fuq id-dħul mit-taxxa b’effett ta’ l-introduzzjoni tat-trattat il-ġdid dwar ħelsien mit-taxxa doppja bejn Malta u l-Libja mistenni jkun mininu minħabba l-kunċett ta’ double tax relief . Għal din ir-raġuni m’għandux iħalli konsegwenzi fuq kuntratti ta’ xogħol bejn ħaddiema Maltin u l- employers tagħhom u bejn kuntratturi u ażjendi/Gvern Libjan u lanqas m’għandha taffetwa l-kompettivita ta’ kuntratturi Maltin meta dawn jikkompetu ma’ barranin għall-xogħol fil-Libja.

ħruq tal-mercaptan — kuntrattur

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34318, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din it-talba tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-offerta tal-kuntrattur li ngħata l-kuntratt? Il-kuntrattur ta' dan is-servizz li kien offra, x'servizz fil-fatt ta? Kemm spiċċat ħallset il-Korporazzjoni Enemalta għal dan is-servizz?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35858.

Xiri ta' Petrol u Diesel tal-Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu l-Platts average monthly CIF Med. tal-petrol u diesel li tixtri l-Korporazzjoni Enemalta bejn Jannar u Mejju 2012? Jekk għal xi raġuni ma jistax jagħti l-prezzijiet taż-żewġ prodotti, jista' juża l-prezzijiet ta' dawn iż-żewġ prodotti kif kienu f'Jannar 2012 u juża 100 bħala bażi, imbagħad iżid jew inaqqas skont kif kien il-każ fi tmien Frar, Marzu, April u Mejju 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35601.