Legislature:
Category:
Reset
Active:

Università ta' Malta — proġett mal-kumpanija Periplo SA

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti li l-Università ta' Malta għandha mal-Kumpanija Periplo SA?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università ta’ Malta m’għandha l-ebda proġetti mal-Kumpanija Periplo SA.

PBS — OB Units

Question

Tista' l-Ministur tgħid kemm għandha OB units il-Public Broadcasting Services? Tista' tgħid jekk dawn l-OB units humiex in good running order ? Jekk le, tista' tgħid kemm ilhom bil-ħsara?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-PBS għandha 2 OB Units. Wieħed ilu aktar minn 30 sena u huwa obsolete u l-ieħor għadu jintuża.

PBS — xiri ta' OB Units

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta nxtraw l-OB Units li għandha l-Public Broadcasting Services u kemm qamu meta nxtraw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ebda wieħed miż-żewġ OB Units li għandha il-PBS ma nxtraw. Wieħed ilu mill-1980 u huwa obsolete . Dan kien ingħata mill-Gvern Ġermaniż. L-ieħor il-PBS akkwistatu meta ħadet over Channel 12.

PBS — ħaddiema li jaħdmu biss fl-OB Unit

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Public Broadcasting Services għandux ħaddiema li jaħdmu biss mal-OB Unit? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm hemm minn dawn il-ħaddiema u f'liema skala qegħdin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Public Broadcasting Services m’għandux ħaddiema li jaħdmu biss mal-OB Unit.

PBS — cameras tal-filming

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha cameras għall-filming tal-Public Broadcasting Services? Tista' tgħid meta nxtraw dawn il-cameras u kemm qamu? Tista' tgħid jekk kienx hemm xi cameras li ġew obsolete minħabba s-sistema diġitali? Tista' tgħid fil-każ li kien hemm cameras li ġew obsolete x'sar minnhom dawn il-cameras?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

impjegati fuq kuntratt definit

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn impjegati f’pajjiżna minn Jannar 2008 sa Marzu 2012, li qegħdin jaħdmu abbażi ta’ kuntratt definit, kemm mas-settur pubbliku u anke fis-settur privat? Tista' tagħti din l-informazzjoni mitluba u tiddefenixxi kemm huma impjegati abbażi ta’ kuntratt definit full-time u kemm abbażi ta’ kuntratt part-time?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ impjegati f’Malta u Għawdex li bdew jaħdmu fuq bażi ta’ kuntratt definit minn Jannar 2008 sa Novembru 2011 mas-settur pubbliku kien ta’ 2,511-il persuna, filwaqt li mas-settur privat kien hemm 12,095 persuna. Kien hemm 11,787 persuna fuq Kuntratt definit full-time u 2,819-il persuna fuq Kuntratt definit part-time .

impjegati fuq xogħol temporanju

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-ammont ta’ impjegati minn Jannar 2008 sa Marzu 2012, li qed jiġu impjegati fuq bażi ta’ xogħol temporanju (dawk mhux impjegati part-time)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ impjegati f’Malta u Għawdex li bdew jaħdmu minn Jannar 2008 sa Novembru 2011 fuq bażi ta’ xogħol temporanju full-time (casuals) kien ta’ 1,147 persuna kemm mas-settur pubbliku kif ukoll mas-settur privat
Leg 11 PQ #34042 Sitting 466 2012-04-30 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — ħaddiema bit-teleworing

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx impjegati mal-Public Broadcasting Services li qed jaħdmu bis-sistema tat-teleworking? Jekk fl-affermattiv, kemm huma l-ħaddiema b'din is-sistema u x'inhuma l-kundizzjonijiet tal-ingaġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mal-Public Broadcasting Services mhemmx impjegati jaħdmu bis-sistema tat-teleworking.

trainee career advisors, trainee counsellors u trainee educational psychologists — tiġdid tal-kuntratt

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk humiex se jiġġeddu l-kuntratti tat-trainee career advisors, trainee counsellors u trainee educational psychologists li ġew impjegati mad-Direttorat fl-2009 fuq kuntratt ta' tliet snin peress li dawn l-istess impjegati kienu mwegħda minn qabel ma ffirmaw il-kuntratti tagħhom, li se jkun hemm vacancies ta' career advisors, counsellors, educational psychologists, college career advisors u college counsellors u bħala parti mill-career progression tagħhom se jkunu jistgħu japplikaw għalihom la darba jlestu l-istudji fl-ispeċjalizzjoni rispettiva tagħhom? Tista' l-Misnistru tikkonferma li dawn il-vacancies se jiġu offruti fil-futur immedjat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ebda professjonist li ġie ingaġġat minn 2009 sal-ġurnata tal-lum qatt ma ġie mwiegħed li hu/hi ser/sejra jiġi/tiġi maħtur/a awtomatikament bħala grad iktar għola skont il-professjoni tagħhom. Bħal kull professjonisti oħra li huma impjegati fid-Direttorat ġew mgħarrfa bil-pożizzjonijiet li ġew maħluqa skont id-dokument Student Services within the Directorate for Educational Services: A Framework for Operations 2007. Għalhekk il-professjonisti ikollhom id-dritt li japplikaw meta dawn il-pożizzjonijiet jiġu pubblikati fil-Gażżetta tal-Gvern, fejn jibda l-proċess ta’ kull applikazzjoni skont ir-regoli. Qatt ma ngħatat indikazzjoni tax-xahar jew sena meta l-applikazzjonijiet ser jinħarġu. Matul dawn l-aħħar sentejn ħarġu applikazzjonijet fi gradi għola minħabba n-neċessita’ tas-servizz. Hija l-mira tad-Direttorat Għal Servizzi Edukattivi li jiġu inġaġġati professjonisti skont id-dokument Student Services within the Directorate for Educational Services: A Framework for Operations 2007.
Leg 11 PQ #33397 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Mistoqsija li għadha mhux imwieġba

Question

Peress li għall-mistoqsija li għamilt ingħatajt risposta li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra, tista’ l-Ministru tagħti raġuni għaliex l-informazzjoni għadha ma ngħatatx? Tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija parlamentari 16063 (datata 25 ta' Marzi 2010)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Imtarfa — Face lift liċ-Ċentru tad-Diżabilità tal-Adulti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-Ċentru tad-Diżabilità tal-Adulti ġewwa l-Imtarfa jingħata face lift ġenerali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ta' Qali — outdoor gym

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-outdoor gym f'Ta' Qali: a) hux mgħasses minn security guard eċċ. biex ma jsirx vandaliżmu; b) hemmx persuna li tista' tassigura li tfal ta' età li mhux tajjeb għalihom li jagħmlu użu mill-apparat ma jagħmlux użu minnhu; u c) jitnaddafx regolarment minħabba l-ħmieġ li ta' spiss qed ikun hemm?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l- outdoor gym f’Ta’ Qali huwa sorveljat il-ħin kollu permezz ta’ CCTV cameras. Kif inhi l-prassi fi strutturi simili, il-faċilità hi mgħammra b’tabelli li tindika l-eta’ ta’ kull persuna li tista’ tagħmel użu minn kull magna. Il-post jitnaddaf b’mod regolari mill-PARKS.

ETC — traniers self employed

Question

Tista' l-Ministru tivverifika l-fatt jekk hux minnu li trainers fuq bażi self employed Maltin mhux se jiġġeddu l-kuntratti li għandhom u anqas se jiġu ngaġġati Maltin oħra, iżda se jiġu ngaġġati barranin mal-istess Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minħabba l-fatt illi l-Korporazzjoni m'għandhiex programm ta’ taħriġ permanenti, imma il-korsijiet jiġu mfassla skont il-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol, l-għalliema tal-korsijiet offruti mil-ETC jagħtu s-servizzi tagħhom permezz ta’ sejħiet għal-tenders. Il-kuntratti, li jseħħu wara l-aġġudikar tat-tenders, huma marbutin mal-programm attwali ta’ taħriġ. Il-programm ta’ taħriġ li qiegħed fis-seħħ bħalissa huwa l-Employability Programme. Dan il-programm, li hu ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew, u li kellu baġit ta’ 5,253,211 Ewro, issa jinsab fi stat avvanzat ħafna. B’konsegwenza tas-suċċess ta’ dan il-programm, fejn ‘il fuq minn 32,000 persuna ġew imħarrġin, il-Korporazzjoni ħasbet sabiex tagħmel applikazzjoni oħra biex tikseb programm ieħor ta’ taħriġ mil-Fond Soċjali Ewropew fl-aħħar sejħiet mit-8 sejħa taħt l-Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013. Din l-appikazzjoni bħal issa qed tiġi evalwata u fil-każ li l-applikazjoni tiġi milqugħa, jerggħu jinfetħu sejħiet oħra sabiex il-Korporazzjoni tkun tista’ tikkuntratta servizzi ta’ taħriġ għal numru ta’ korsijiet. Il-programmi ta’ taħriġ li ser jingħataw qed jiġu mfasslin fuq bażi ta’ konsultazzjoni ma’ għaqdiet ta’ min iħaddem, u fuq analizi interna li qed issir mil-Korporazzjoni, fejn fiha qed jiġu identifikati l-ħiliet li qed jiġu mitluba min dawk li jħaddmu. Dawn is-sejħiet iridu isiru skont il-liġijiet ta’ Malta f’dak li jirrigwardja kuntratti pubbliċi, u ukoll fil-kuntest legali ġdid ta’ kif entita’ tista’ tikkuntratta il-provisjoni ta’ servizzi.

informazzjoni dwar xogħol part-time

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont sena b’sena tul din il-leġislatura, kemm kien l-ammont ta’ impjiegi li nħolqu part-time bħala l-unika xogħol, kemm kienu l-impjiegi ġodda li nħolqu esklużi dawk part-time u part-time bħala l-unika xogħol? Tista' tgħid kemm minn dawn kienu barranin residenti f'Malta li ngħataw impjieg tul din il-leġislatura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — tqassim ta' fuljetti u materjal ieħor fid-djar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu fuljetti u materjal ieħor fid-djar matul l-aħħar sitt xhur? Tista' tagħti d-dettalji tal-materjal imqassam fid-djar, x'tip ta' karta intużat, fejn ġie stampat il-materjal, kemm sewa kull fuljett jew materjal li ntbagħat u jekk tqassamx bil-posta jew xi mezz ieħor? Jekk b'mezz ieħor, min qassamhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32960 Sitting 464 2012-04-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtha? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #33138 Sitting 464 2012-04-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

talba għal LSA

Question

Tista' l-Ministru tinvestiga l-każ ta’ tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu bżonn LSA almenu co-shared u minkejja r-rakkmandazzjoni qawwijja tas-psychologist mqabbda mill-istess skola, għadhom kif qalulu mid-dipartiment li trid mill-anqas sena sakemm il-każ tiegħu jinstema' quddiem il-bord relevanti għaliex hu ma jbatix minn diżabilità speċifika? Tista' l-Ministru tinvestiga dan il-każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikazzjoni waslet quddiem l-Istatementing Moderating Panel fi Frar 2012 u ħa tingħata l-attenzjoni meħtiega tul is-sena skolastika kurrenti .
Leg 11 PQ #33162 Sitting 464 2012-04-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — informazzjon dwar il-konsulenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32272, tista’ Ministru tgħid xi kwalità ta' moniteraġġ tal-aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services qed isir, jekk qed isir? Huma kuntenti bih għaliex fit-tweġiba ntqal li qed jiġbru biss in-numru tal-items u dan ukoll fl-isfond tal-kritika li qed issir għal dawn l-aħbarijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-monitoraġġ tal-Aħbarijiet li qed isir tkompla jittejjeb minn dak li kien isir qatt qabel. Minkejja dan il-PBS bi ħsiebha tkompli ttejjeb dan il-monitoraġġ u żżidu wkoll fuq ir-radju. L-aktar mod effettiv tal-monitoraġġ tal-aħbarijiet li kellu TVM f’dawn l-aħħar snin kien il-pubbliku, li survey wara l-ieħor urew titjib fl-udjenzi tant li llum l-aħbarijiet ta’ TVM jarawhom id-doppju ta’ dawk li kienu jarawhom 4 snin ilu.

Raħal Ġdid — pjanti preliminari ta' bini ta' skola

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33263, tista' l-Ministru tispjega għaliex qed ikun hemm tant dewmien sabiex jitlestew pjanti li hi stess tiddeskrivihom bħala pjanti preliminari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ix-xogħol fuq il-pjanti tal-iskola sekondarja flok il-ground ta’ Pace Grasso għadu għaddej mill-Periti tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada. Il-Fondazzjoni tkun qegħda tikkonsulta u tiddiskuti dawn il-pjanti mad-Direttorati tal-Edukazzjoni u ma’ professjonisti oħra. Dawn il-pjanti mhumiex ta’ xi residenza imma ta’ istituzzjoni edukattiva fuq skala kbira.

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tagħha, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.