Legislature:
Category:
Reset
Active:

PBS — programmi ffukati fuq kunsilli lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jieħdu sehem fi programm tal-Public Broadcasting Services iffukat fuq il-kunsilli lokali? Meta ħarġet sejħa għall-kunsilli biex jieħdu sehem f'dawn il-programmi? Xi proċedura ntużat biex kollox isir above board?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-iskeda kurrenti l-PBS ma għandhiex programmi dwar il-kunsilli lokali.

Persuni mhux miżżewġa — pensjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna miżżewġa, iżda li ma taħdimx u li tieħu ħsieb ġenitur anzjan tikkwalifikax għall-pensjoni bħalma jsir f'każ ta' persuni mhux miżżewġa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna miżżewġa ma tikkwalifikax għal Pensjoni għal Wens li titħallas biss lil persuna xebba jew għażeb, armla jew armel, jew persuna separata li ma jkollhiex tfal joqgħodu magħha.

każ ta' persuna li għandha saqajha amputata

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex persuna li għandha saqajha amputata għandha bżonn ċertifikat ta' tabib li jgħid dan, meta dan huwa fatt li jkun jidher u mhux qed nitkellmu fuq fatt li ma jidhirx, biex jintbagħat personnel apposta ħalli jgħin lil din il-persuna u din il-persuna ma jkollhiex titla' l-Evans Building fis-sular ta' fuq biex tagħmel il-passaport?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Din il-Mistoqsija għandha ssir lill-Ministru kkonċernat.

Kunsill tal-Università — permessi meħtieġa

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ir-rettur applikax għall-permess meħtieġ mill-Kunsill tal-Università biex ikun jista' jagħmel konsulenza? Jekk iva, tista' tgħid meta saret it-talba u meta l-kunsill laqa' din it-talba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-Rettur ingħata il-permess meħtieġ mill-Kunsill tal-Università biex ikun jista’ jagħmel konsulenza għall-Gvern fit-22 ta’ Settembru 2006.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet

Question

B'referenza għat-twegiba ta' mistoqsija parlamentari 24775, tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' bordijijiet li jaqgħu taħt il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ "ETC - Trade Testing Boards"? Kemm fih membri kull bord u kemm jitħallsu kull sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fi ħdan il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ hemm 59 Trade Testing Board. Kull bord hu magħmul minn chairperson u żewġ technical members. Minkejja li hemm 59 Trade Testing Board appuntat, hemm numru sostanzjali ta' bordijiet li ma jiltaqgħux peress li ma jkunx hemm individwi li applikaw sabiex jiġu assessjati jew apprendisti li temmew l-apprendistat tagħhom f`dak il-qasam partikolari. Il-bordijiet jitħallsu għal kull darba li jiltaqgħu. Ir-rata ta’ ħlas hija ta` €15 għal kull session ta` sagħtejn. Fl-2010 in-nefqa totali fi ħlas dovut lill-Trade Testing Boards kienet tammonta għall-€ 41,310.

Lista ta' studenti fl-iskejjel statali

Question

Tista’ l-Ministru tpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-iskejjel kollha f’Malta u f’Għawdex a) statali, b) tal-Knisja u c) indipendenti u kemm kellhom studenti fil-kindergarten, fil-primarja u fis-sekondarja fis-sena skolastika 2010-2011, skola bi skola u bniet għalihom u subien għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lingwa li se tintuża fit-tagħlim fl-iskejjel lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser tittieħed deċiżjoni dwar f’liema lingwa se jsir it-tagħlim fl-iskejjel lokali? Ma taħsibx li fid-dinja globalizzata tal-lum tajjeb li t-tagħlim jibda jsir bl-Ingliz kif għamlu snin ilu pajjiżi bħal Hong Kong u Singapore u bis-saħħa t’hekk żiedu l-opportunitajiet għat-tfal tagħhom u għal pajjiżhom li llum igawdi minn workforce ta’ kwalita` mondjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-ħtieġa għal-Politika Nazzjonali dwar il-lingwa ġiet indikata bħala waħda mill-oqsma li trid tiġi indirizzata mill-qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali. F’dan id-dokument intwera tħassib dwar il-profiċjenza tal-istudenti kemm fl-Ingliż kif ukoll fil-Malti. Kompetenza għolja fl-Ingliż hija kruċjali fid-dinja tal-lum. Jekk it-tagħlim għandux isir bl-Ingliż jew le għandu jiġi mgħarbel minn min ikun qed ifassal il-Politika Nazzjonali dwar il-lingwa u bi qbil mal-awtoritajiet konċernati.

Skemi ESTS fl-ITS

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikanti żgħażagħ għall-skemi ESTS fl-ITS sena akkademika 2010-2011 u kemm se jkun hemm għas-sena 2011-2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ applikanti għall-iskema ESTS fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi għas-sena akkademika 2010-11 kien ta’ 101 filwaqt li għas-sena 2011-12 kien 38. Din is-sena l-istudenti għandhom firxa usa’ ta’ korsijiet u programmi li jistgħu jagħżlu minnhom.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — impjieg ta' perusni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni b’diżabilità f’dawn l-aħħar sitt xhur mill-ministeru u mid-dipartimenti u enitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ persuni b’diżabilita’ li ġew impjegati f’dawn l-aħħar sitt xhur mill-Ministeru, dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru huwa hekk: Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ 2 Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi 1 Università ta’ Malta 2

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — nefqa fuq safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Below the line account

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tagħha? Tista tgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għalliema li għamlu interview biex jgħallmu fi skola tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' għalliema li għamlu interview biex jidħlu jgħallmu f'xi skola tal-gvern iżda s'issa għadhom ma sabux xogħol? X'suġġett jgħallem kull għalliem li s'issa għadu ma sabx xogħol fl-ebda skola tal-Gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Marsa Sports Grounds — pjanijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu l-pjanijiet għall-Marsa Sports Grounds?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa tinsab miftuħa sejħa għall-interess ta’ investituri prospettivi għall-proġett tal-Villaġġ Sportiv tal-Marsa. Din is-sejħa tagħlaq fil-25 ta’ Ottubru 2011.

White Rocks — proġett ta' villaġġ sportiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jekk kienx hemm xi progress fuq il-proġett ta' villaġġ sportiv fil-White Rocks?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-negozjati dwar il-proġett tal-White Rocks Sports and Leisure Village għadhom għaddejjin. L-informazzjoni neċessarja tingħata meta n-negozjati jiġu konklużi.

post għall-isport tal-karting

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-delettanti tal-karting ikollhom post fejn jippratikaw l-isport tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Island Karting Club ilu li ngħata art f’Ħal Far biex tkun żviluppata fi track tal-Karting sa mill-2002. Il-valur ta’ din l-art hu stmat li hu ta’ €384,000. Barra minhekk qed isiru diskussjonijiet mal-Malta Motor Sport Federation biex jinstabu alternattivi biex dawn id-dilettanti jkunu jistgħu jipprattikaw l-isport tagħhom.

Għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema li qed jgħallmu l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat hemm 92 (tnejn u disgħin) għalliema tal-edukazzjoni Fiżika. Dan l-ammont ma jinkludix l-għalliema peripathetic li jgħallmu fl-iskejjel Primarji tal-Istat.

edukazzjoni fiżika — lezzjonijiet fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika fil-klassijiet primarji u sekondarji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni jirrakkomanda li jsiru erbgħa lezzjonijiet tal-Edukazzjoni Fiżika fl-iskejjel Primarji iżda n-numru ta’ lezzjonijiet ivarja minn skola għal skola u ukoll ġo l-istess skola. Lezzjoni waħda fil-ġimgħa ssir mill-għalliem Peripatetic filwaqt li lezzjonijiet oħra jsiru mill-għalliema tal-klassi. Fl-iskejjel Sekondarji n-numru ta’ lezzjoni huwa kif ġej: Form 1 u 2 – 2 lezzjonijiet fil-ġimgħa Form 3,4 u 5 – lezzjoni waħda fil-ġimgħa Minbarra fil-każ tal-Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Subien Kirkop fejn isiru : Forms 1 u 2 – 3/4 lezzjonijiet fil-ġimgħa Forms 3, 4 u 5 – 2/4 lezzjonijiet fil-ġimgħa

Qawra — Ċentru tal-Appoġġ

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu s-servizzi li jingħataw miċ-Ċentru tal-Appoġġ, flimkien ma' servizzi oħra li diġà qed jingħataw mill-Ministeru fl-uffiċċju/faċilità li hemm fil-Qawra? Jekk iva, x'servizzi hu mistenni li jiżdiedu u meta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fiż-żmien qrib iċ-Ċentru Access tal-Qawra se jkollu iktar facilitajiet fejn ikun jista’ jorganizza iktar attivitajiet u servizzi għall-komunità. Dan peress li l-istess Ċentru se jkun estiż biex jilqa’ fih żewġ swali li fihom jistgħu jibdew jsiru diversi inizjattivi għall-benefiċċju tal-komunità tal-lokalita’. F’din l-estenzjoni hemm il-ħsieb li jibdew isiru diversi proġetti u inizjattivi mill-entitajiet li joperaw minn ħdan iċ-Ċentru, bl-għajnuna t’ entitajiet oħra, li jifformaw parti min-network tal-Aċċess, bħal ma huma, per eżempju, l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi. Ħafna xogħol isir bil-kollaborazzjoni ta’ entitajiet lokali wkoll. Fost proġetti oħrajn, dawn jistgħu jinkludu dan li ġej: Proġetti indirizzat għall-adolloxxenti u żgħażagħ bil-għan li jkunu offruti spazji fejn huma jkunu jistgħu jieħdu sehem fi proċess edukattiv li huwa taħt forma non-formali u informali. Dawn il-proġetti ser ikunu qed isiru bis-sapport tal-Aġenzija Zgħażagħ u Sedqa. · Taħriġ għar-reġistranti tal-area bil-għan li jkunu offruti aktar opportunitajiet biex isaħħu l-abiltajiet tagħhom u b’hekk ikun aktar faċli għalihom biex isibu mpjieg. · Laqgħat għall membri tal-Komunità fejn il-management tal-Qawra Aċċess Centre bil-għajnuna tal-‘Community Workers’ ikun jista’ jiltaqa’ ma’ sezzjonijiet tar-residenti bil-għan li tissaħħaħ il-komunikazzjoni bejn il-membri tal-komunità u l-impjegati li jaħdmu fil-Qawra Aċċess Centre. · Taħriġ għall-ġenituri bil-għan li jkollhom sapport fuq diversi temi dwar it-trobbija ta’ uliedhom bis-sehem tal- Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi u Sedqa. · Proġetti edukattivi oħra li fost l-oħrajn jinvolvu esperjenza hands on għall parteċipanti li jkunu qed jibbenefikaw minnhom. Ix-xogħol imwettaq fiċ- Ċentru Aċċess tal- Qawra ser ikun qed jiġi msaħħaħ permezz ta’ tkabbir fis-servizzi li ser ikunu qed jiġu mogħtija mill-istess Ċentru. Il-Fondazzjoni għas Servizzi Edukattivi ser tkompli żżid is- servizzi tagħha fiċ- Ċentru Smart Kids għal trabi ta’ bejn 3 xhur u sena u nofs. Minn naħa l-oħra l- Korporazzjoni ghax- Xogħol u t-Taħriġ se tkompli tkabbar is- servizzi tagħha permezz ta’ ftuħ ta’ uffiċċju tar- reġistrar (flok wiehed joqgħod imur il- Belt Valletta sabiex jirreġistra l-ewwel darba) fost diversi servizzi oħrajn. L-Awtorita’ tad- Djar ukoll ser ikollha rapreżentant tagħha li ser ikun qed jagħti servizz lill-komunita’ tal- inħawi minn dan l-istess Ċentru. L-Aġenzija APPOGG timmira li tkompli ssaħħaħ u tespandi s-servizzi ta’ Ħidma Socjali u Ħidma fil-Kommunita’ permezz ta’ aktar professjonisti bħal social workers u community workers, filwaqt li jiġi offrut ukoll servizzi ta’ terapija permezz ta’ psikologi u terapisti ghall-familja. L-APPOGG qegħda tesplora wkoll il-possibilita li jiġi mwaqqaf ukoll servizz ta Homestart għan naħa ta’ fuq ta’ Malta, u dan isseħħ jekk l-Agenzija tiddentifika xi entitajiet kummercjali li lesti li jikkontribwixxu finanzjarjament għal dan is-servizz.

Servizz tal-internet għall-għalliema fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern li m'għandhomx is-servizz tal-internet għall-użu tal-għalliema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Investigazzjoni dwar l-abbuż ta' prezzijiet u spiża fix-xiri ta' uniformijiet tal-iskejjel

Question

Peress li xi żmien ilu kienet saret xi investigazzjoni dwar l-abbuż ta' prezzijiet u spiża involuta fix-xiri ta' uniformijiet tal-iskejjel primarji u sekondarji minħabba prattiċi monopolistiċi abbużivi, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet mid-Dipartiment biex l-abbuż ma jibqax isir, għax ta' min jinnota li sa din is-sena l-prattiċi monopolisitiċi baqgħu jiġu prattikati mingħajr l-ebda intervent mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew tal-Konsumatur?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-mistoqsija tal-Onor. Interpellant fiha bosta asserzjonijiet mhux korretti. Mhux minnu li hemm prattiċi monopolistiċi. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ħa l-pariri kollha neċessarji biex jassigura kompetizzjoni ġusta. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ħareġ sejħa pubblika biex kull min hu interessat jissuplixxi l-uniformijiet skont l-ispeċifikazzjoniet stabbiliti fis-sejħa. Applikaw diversi suppliers u rebħu dawk li kienu technically compliant u kellhom l-irħas prezzijiet. Mhux minnu li d-Direttorat qabbad supplier partikolari imma kien hemm proċess ġust fejn kulħadd seta’ jikkompeti. Ta’ min jgħid ukoll li ħafna ġenituri jgħidu li huwa aktar komdu li tmur post wieħed u tixtri l-uniformi kollha milli ddur ħafna ħwienet għall-oġġetti differenti.