Legislature:
Category:
Reset
Active:

Building Construction Agency – periti mqabbda biex jirrevedu l-method statements

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4092 u 5154 u jgħid min huma l-periti u/jew ditti tal-periti li huma mqabbdin mill-Building Construction Authority (BCA) sabiex jirrevedu l-method statements li jiġu sottomessi u jekk humiex imqabbdin permezz ta’ direct orders jew b’mod ieħor, kif ukoll ir-rata ta’ remunerazzjoni tagħhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Diviżjoni tax-xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6862, dwar xogħol għall-kunsilli lokali mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti li qed jitwettqu bħalissa bil-mod kif indikat fir-risposta, kemm fejn ix-xogħol qed isir kollu mid-dipartiment, kif ukoll fejn il-kunsill qed jipprovdi l-materjal?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Diviżjoni tax-xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6862, dwar xogħol għall-kunsilli lokali mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu x-xogħlijiet li saru bil-modi indikati fit-tweġiba għas-sena 2022?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Diviżjoni tax-xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6862, dwar xogħol għall-kunsilli lokali mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li hemm indikat fir-risposta, bejn id-dipartiment u l-kunsilli lokali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn id-Dipartiment tax- Xogħlijiet Pubbliċi u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

Xemxija – Dawret in-Nawfraġju – manutenzjoni ta’ turġien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat it-taraġ tal-ħadid minn Dawret in-Nawfraġju, fix-Xemxija, għall-boat houses peress li ilhom fi stat deterjorat u ma jistgħux jintużaw għal snin sħaħ? Jista’ jgħid ukoll meta l-promenade ta’ Dawret in-Nawfraġju se jkun irranġat kif imwiegħed mill-kunsill lokali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Multi pendenti relatati ma' każ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6662 dwar il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jagħti d-dati ta’ meta bdew jinħarġu l-multi u meta ntlaħaq l-ammont massimu ta’ € 50,000?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Il-multa inkwistjoni bdiet tiddekorri mis-7 ta’ Novembru 2016, filwaqt li l-massimu ta’ €50,000 intlaħaq fid-19 ta’ Frar 2020.

Fgura – Triq tax-Xemx u l-Qamar – żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-archaeological drawing tal-permess PA/07155/19 li jinsab fi Triq tax-Xemx u l-Qamar kantuniera ma’ Triq il-Karmnu, side road ta’ Triq id-Dejma, Fgura? Jista’ jgħid kemm instabu features b’kollox fuq dan is-sit? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’lista deskrittiva ta’ features li nstabu fuq dan is-sit (cross-referenced mal-archaeological drawing ta’ PA/07155/19), il-valur kulturali mogħti għal kull feature u d-deċiżjoni li ttieħdet għal kull feature hekk kif indikat fit-tabella li qed tintbagħat separatament? Jista' jgħid ukoll jekk instabux special finds fuq dan is-sit u jagħti informazzjoni dwar xi nstab u fejn instabu fis-sit? Peress li diġà għaddiet sena minn mindu nħareġ il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar, hemm ħsieb li xi fdalijiet li nstabu fuq dan is-sit jiġu skedati? Jekk iva, liema u f’liema livell?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tindirizza d-domandi tagħha lill-Ministeru responsabbli mis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.

BCA — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamlet spezzjonijiet l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) minn meta twaqqfet sal-lum? Kemm inħarġu stop notices u multi mill-istess Awtorità?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant bis-segwenti statistika: 2021: Spezzjonijiet – 7,159 (Apr-Diċ). Penali imposti – 76 (Jan-Diċ). Stop Works – 90 (Jan-Diċ). 2022: Spezzjonijiet – 10,298. Penali imposti – 129. Stop Works – 350. 2023 (Jan-Frar): Spezzjonijiet – 3,089. Penali imposti – 119. Stop Works – 133.

Awtorità tal-Ippjanar — fondi miġburin minn skemi diversi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6810 u jgħid kemm għandha fondi l-Awtorità tal-Ippjanar li huma miġburin permezz tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS), id-Development Planning Fund jew xi skemi oħrajn ta' ġbir ta' fondi mill-istess Awtorità, lokalità lokalità? Kemm minn dawn il-fondi huma committed ma' kunsilli lokali, jew xi għaqdiet volontarji oħra, lokalità lokalità, u f'kull każ għal liema żviluppi huma committed dawn il-fondi, kemm hu l-valur approvat committed u minn liema kunsill lokali jew għaqda saret l-applikazzjoni? Meta ġew approvati u meta ġie ffirmat kull ftehim li għad irid jitħallas?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għall-ewwel sentenza fil-mistoqsija parlamentari 6810 tinsab f’Tabella A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-istess tabella tagħti wkoll tagħrif kemm fuq id-diversi fondi kif ukoll fuq il-fondi li hemm “committed” imma li għadhom mhux imħallsa. Rigward applikazzjonijiet u kuntratti, l-applikazzjonijiet jitqiesu bħala “appovati” meta jkunu kuntratti. Tabella B turi l-kuntratti bl-ammonti u d-dati tal-kuntratt mill-bidu tat-2017 sal-bidu ta’ Marzu 2023. Tabella C turi l-ħlasijiet li saru fuq l-istess perjodu ta’ żmien.

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – ħruġ ta’ clearances

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6471, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm fil-maġġor parti tal-każi l-method statement li jiġi pprovdut lill-Awtorità jkun konformi mal-liġi, l-Awtorità xorta qiegħda titlob lill-perit konċernat sabiex jemenda l-method statement?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità titlob lill-perit ikkonċernat sabiex jemenda l-method statement f’dawk il-każi biss meta l-method statement ikun fih informazzjoni nieqsa u/jew ma jkunx formulat skont it-template uffiċjali pprovduta mill-Awtorità. It-template tal-method statement tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità u tista tiġi aċċessata u mniżżla mil-periti bħala word document.

Segretarjat Privat tal-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żewġ karozzi li, skont il-Manwal, jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt. Toyota Yaris Hybrid Kuntratt tal-kiri mit-3 ta’ Novembru 2022 wara li saret sejħa għall-offerti (quotations). €15.28 (VATeskluża) mingħand is-SIXT Leasing, Fremond Ltd Hyundai i10 Inxtrat fl-2019 permezz ta’ tender. € 6,916.35 (VAT eskluża) mingħand Motors Inc.

Diviżjoni tax-xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet hux qed iwettqu xogħol għall-kunsilli lokali? Jekk iva, liema xogħlijiet qed iwettqu u kif isir il-ħlas ta’ tali xogħlijiet? F’liema lokalitajiet qed jitwettaq xogħol bħalissa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li iva, il-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jaħdmu fuq numru ta’ proġetti madwar Malta bi qbil mal-kunsilli lokali li qed isiru fl-intier tagħhom mill-istess Dipartiment. Hemm numru ta’ proġetti oħra li qed isiru bis-saħħa ta’ ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-kunsilli lokali, fejn il-materjal jitħallas mill-kunsill u x-xogħol isir minn ħaddiema tal-istess Dipartiment.

Ta’ Qali – art għall-bini ta’ Arkivju Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-bini ta’ Arkivju Nazzjonali fuq l-art f’Ta' Qali li fit-3 ta’ Ġunju 2019 kienet mgħoddija uffiċjalment lill-Arkivji Nazzjonali għal dan l-iskop u li l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien kien ikkonferma li fuqha ser jinbena l-Arkivji Nazzjonali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Siġġiewi – Limiti tal-Għajn il-Kbira – xogħlijiet

Question

Fid-dawl li numru ta’ residenti Siġġiwin qed jilmentaw dwar l-istat ħażin tat-triq fiż-żona fil-Limiti tal-Għajn il-Kbira fis-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din iż-żona fis-Siġġiewi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jispjega għalfejn ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tal-Ippjanar – ċertifikat ibbażat fuq design rating tal-bini

Question

Peress illi skont l-Avviż Legali 47 tal-2018 persuna jew aġent li jaġixxi f’isem is-sid li jipprovdi d-disinn ta’ bini ġdid għandu jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ibbażat fuq design rating tal-bini sad-data eżatt qabel ma dik il-persuna jew aġent jikseb permess għal żvilupp totali mill-Awtorità tal-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tali ċertifikat mhuwiex qiegħed jintalab mill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tlett emendi tal-Avviż Legali 47 tal-2018 bl-isem A.L.134/2020, li kien emendat għall-A.L.409/2021 u finalment għall-A.L.231/2022.