Legislature:
Category:
Reset
Active:

ħlas tal-liċenzji tan-nassaba għall-istaġun li ma nfetaħx — kumpens

Question

Jista' l-Ministu jgħid jekk mill-flus li nġabru mill-ħlas tal-liċenzji tan-nassaba għall-istaġun li ma nfetaħx hux se jingħata kumpens għall-ispejjeż li għamlu biex ħallsu dawn il-liċenzji li baqgħu m'għamlux użu minnhom peress li l-istaġun baqa' magħluq?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — applikazzjonijiet għal ċentru ċiviku fis-Swieqi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni mill-Gvern innifsu lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jinbena ċentru ċiviku ġewwa s-Swieqi? X’inhu l-file number? Jekk huwa minnu li nbeda x-xogħol mingħajr il-permessi meħtieġa, x’passi ttieħdu mill-awtoritajiet dwar dan?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni għall-iscreening, numru 145527 għall-"Proposed civic centre and recreational area" ġiet sottomessa fil-31 t'Ottubru 2011 u ma jirriżultax li inbeda xi żvilupp marbut ma' dan il-proġett, ħlief li tqabbdet gaffa għal ftit siegħat biex tikxef xi punti fuq is-sit (test holes) sabiex ikun stabbilit il-livell tal-blat. Għaldaqstant mhux il-każ li jittieħdu xi passi t'infurzar min-naħa tal-Awtorità.

Tiġdid tal-liċenzja tal-kaċċa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-liċenzji għad-dilettanti tan-namra tal-kaċċa għadhom ma ħarġux biex jerġgħu jiġġeddu din is-sena? Jista' l-Ministru jinforma meta dawn se jerġgħu jiġġeddu? Kemm-il liċenzja tal-kaċċa kien hemm matul l-2011?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont id-dispożizzjonijiet ta’ Regolamenti tal-2006 dwar il-Konservazzjoni ta’ l-Għasafar Selvaġġi, A.L. 79 tal-2006 kif emendat, permess tal-kaċċa ma jistax jiġġedded sakemm il-persuna liċenzjata ma jagħtix lura l-Carnet de Chasse tas-sena ta’ qabel. Bejn il-Ħamis 23 ta’ Frar u l-Erbgħa 29 ta’ Frar il-kotba tal-Carnet de Chasse tal-2011/12 se jinġabru mill-fergħat tal-MaltaPost u ladarba dawn il-kotba jiġu proċessati l-Carnet de Chasse tal-2012/13 se jintbagħtu bil-posta. Peress li l-liċenzji tal-kaċċa msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari jinħarġu mill-Kummisarju tal-Pulizija, nissuġġerixxi li n-numru tal-liċenzji għall-2011 ikun mistoqsi lill-Pulizija.

Enforcement Notice

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31417, issa li l-perjodu ta' ħmistax-il ġurnata kif imsemmi fir-risposta għadda, jista' l-Ministru x'passi se jieħdu l-Enforcement Directorate dwar dan il-każ?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra

Lista ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ngħataw skont l-Att ta' Kurazija minn mindu twaqqfet il-Liġi tal-Patrimonju Kulturali sal-lum? Lil min ingħataw? Għal liema skop u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (DEMARCO, MARIO)

Mindu twaqqfet il-Liġi tal-Patrimonju Kulturali fl-2003 sal-lum ġew iffirmati tlettax-il Att ta’ Kurazija. L-Att ta’ Karazija sar biex il-proprjetà jkun: - Restawrat; - Mantnut; - Ikun aċċessibbli għal-pubbliku. L-Atti ta’ Kurazija saru għal perijodu preskritt u li jista’ jiġi mġedded. L-Atti ta’ Kurazija huma indikati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

lista ta' enforcement cases pendenti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' enforcement cases pendenti għall-azzjoni diretta (direct action)? Jista' jara li din il-lista tinkludi l-enforcement number, data ta' meta nħareġ l-avviż tal-infurzar, id-data ta' meta l-każ ġie mgħoddi għad-direct action, lokalità u deskrizzjoni tal-illegalità?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (DEMARCO, MARIO)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — strutturi li nbnew għal skopijiet agrikoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' strutturi li nbnew qabel ma twaqqfet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal skopijiet agrikoli, fis-sens, jekk dawn jiġux sanzjonati mill-awtorità jew le?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont artiklu 70 tal-Att tal-2010 dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, "l-Awtorità tista’ tagħti li jingħata permess biex jinżammu fuq art bini jew xogħolijiet oħra mibnija jew magħmula fuqha, jew biex jitkompla kull użu ta’ art, li jkun sar mingħajr permess taħt dan l-Att". F'każijiet bħal dawn, xorta trid issir applikazzjoni għall-permess ta' żvilupp u l-Awtorita` hija obbligata li tipproċessa tali applikazzjoni skond il-provvedimenti kollha tal-Att, tal-policies u tar-regolamenti oħra li huma applikabbli għall-każ.

MEPA — customer care office

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk riċentement ġiex stabbilit Customer Care Office ad hoc fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Min qed jieħu ħsieb dan il-Customer Care Office u kemm ġew addetti ħaddiema għal dan l-uffiċċju? Kemm fondi ġew ivvotati għat-twaqqif ta' dan il-Customer Care Office?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta' Uffiċċju tal-Customer Care ad hoc qed isir mis-Segretarjat tal-Board tal-MEPA. Is-Segretarja tal-Bord qed tieħu ħsieb tgħaqqad l-inizijattivi kollha tal-Customer Care. Fir-realta ma ġew addetti l-ebda persuni ġodda f'dan il-qasam imma qed isir rationalisation u ċentralizzazjoni tax-xogħolijiet ħalli s-servizz ikun wieħed uniformi u komplut. Ma kienu vvutati ebda fondi għal dan il-proġett u s-Segretarja tal-Bord ingħatat dan ix-xogħol b'mod addizzjonali għax-xogħol normali tagħha.

MEPA — Applikazzjonijiet għall-bini ta' farms

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet għall-bini ta' farms tal-annimali li huma pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar preżentament? Għal liema tip ta' annimali huma l-applikazzjonijiet pendenti bħalissa? F'liema lokalità jinsabu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess Awtorità għandha quddiema pendenti ħmistax (15)-il applikazzjoni għall-bini ta' farms tal-annimali ġodda. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba. It-tfittxija saret fuq applikazzjonijiet li għandhom fil-proposta waħda mill-kliem farm, cow, cattle, bull, heif, calf, calves, poultry, hen, chicken, broiler, fattening, layers, sheep, ruminant, goat, rabbit, pig, sow, razzett, baqra, baqar, barri, għoġol, tiġieġ, ngħaġ, muntun, mogħża, mtaten, fniek, ħanżir, ħnieżer, maqjel, mqajjel.

BirdLife — tneħħija ta' ħaxix ħażin minn taħt siġar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31510, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba l-BirdLife neħħew ħaxix niexef li jkun hemm taħt is-siġar (almenu f'dawk il-partijiet li huma l-eqreb lejn it-triq prinċipali) kif ukoll kemm-il darba saret żabra ta' siġar li huma qrib l-istess triq biex jiġi evitat li jinġabar materjal li jista' jaqbad taħt l-istess siġar?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żona msemmija tinsab ġo sit li ġie protett bħala Natura 2000 minħabba l-biodiversita li fih. It-tneħħija ta’ ħaxix niexef jew iż-żbir tas-siġar mhumiex parti mill-immaniġjar ta’ dawn it-tip ta’ siti għaliex il-ħaxix niexef jifforma ekosistema fih innifsu. Dan huwa bżonnjuż sabiex ma tintilifx il-ħamrija u tinżamm l-umdita fil-ħamrija fix-xhur kiefra tas-sajf. Għaldaqstant, sabiex tiġi evitata ħsara f’każ ta’ nirien u bħala parti mill-immanġjar tas-sit, fir-riserva tas-Simar hemm 'fire extinguishers' li huma miżmuma skont l-aħjar prattiċi f’każ ta’ xi nar fiż-żona taħt ir-responsabbilita tal-Birdlife. Ikun hemm ukoll 'watchmen' iħares is-sit erba' u għoxrin siegħa kuljum. Fil-qrib hemm stazzjonati d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li jistgħu jiġu msejħa mill-'watchmen' f'każ ta' nirien. Dawn kollha huma miżuri li qed jittieħdu bħala prekawzjoni sabiex jiġu evitati inċidenti li jistgħu jkunu ta' dannu għal dan is-sit importanti.

MEPA -spiża fuq pagi u benefiċċji tal-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni ta' kemm qed jiswew lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-uffiċċji taċ-chairman, tas-CEO u tal-erba' diretturi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-gradi, il-paga, il-perkaċċi u l-overtime li tħallsu lil kull impjegat f'dawn l-uffiċċji? Tista' din l-informazzjoni tkun maqsuma sena b'sena mil-1998 sal-lum u tingħata spjegazzjoni ta' kif telgħu l-ispejjeż fuq kull individwu?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Multilateral Environment Agreements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' multilateral environment agreements li ġew iffirmati bejn il-Gvern u entitajiet oħra? Jista' jgħid ma' min ġew iffirmati dawn il-multilateral environmental agreements? Jista' jgħid liema entità qed tagħmel il-moniteraġġ ta' dawn il-ftehim?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali (Multilateral Environmental Agreements - MEAs) li huma kompitu tal-MEPA jinkludu 12-il Konvenzjoni, 11-il Protokoll, 2 Ftehimiet u 11-il Emenda li Malta hija parti minnhom. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawn. Dawn l-MEAs ġew iffirmati man-Nazzjonijiet Uniti, il-Programm tal-Ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Mediterran tal-Programm tal-Ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kunsill tal-Ewropa. Il-MEPA hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-MEAs fuq livell nazzjonali, waqt li l-Konferenzi jew Laqgħat rispettivi tal-Partijiet huma responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom fuq livell internazzzjonali.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — rapporti tal-awditur

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'inhi r-raġuni li min hu inkarigat fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qiegħed jieħu żmien twil biex jirrispondi rapporti tal-awditur tal-awtorità b'rizultat li dawn idumu ma jiġu ppubblikati? X'inhi r-raġuni li r-rapport tal-awditur, relatat mar-riforma tal-awtorità, rigward impjegati tas-sezzjoni tal-barrieri li ġew trasferita fi ħdan l-Awtorità ta' Malta tar-Riżorsi għadu ma ġiex ippubblikat? Jista' l-Ministru jindika meta dan ir-rapport se jkun imwieġeb u ppubblikat?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-Awtorita għandha f’idejha rapporti preliminari li l-Awditur jkun bagħat liċ-Ċermen għar-risposta tiegħu qabel jippublika r-rapport finali tiegħu. Ir-rapport dwar it-trasferiment ta' ħaddiema tas-sezzjoni tal-barrieri mill-MEPA għall-MRA huwa wieħed minnhom. Ir-risposta taċ-Ċermen dwar dan ir-rapport qed tiġi finalizzata u fil-ġranet li ġejjin tintbagħat lill-Awditur. Wara l-Awditur jkun jista' jippublika r-rapport tiegħu.

Strategic Environment Assessment Focal Point

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tas-Strategic Environment Assessment Focal Point?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-membri tal-punt Fokali dwar Stima Ambjentali Strateġika huma: Ċerperson: Arch. Kevin Gatt Membru: Dr Joe Borg Bartolo Membru: Dr Louis Cassar

Proċeduri tas-SEA

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma t-time lines tal-istadji varji tal-proċeduri tal-SEA (Strategic Environment Assessment) inkluż dawk għall-konsultazzjoni pubblika?

Response (DEMARCO, MARIO)

Avviż Legali 497 ta’ l-2010 jobbliga lill-awtorità responsabbli tal-pjan jew programm biex tiddetermina jekk il-plan jew programm propost humiex ser ikollhom effetti ambjentali sinifikanti. Dan il-proċess huwa magħruf bħala Screening u l-SEA Focal Point ipprovdiet template għal dan l-istadju. Meta stima ambjentali strateġika tkun meħtieġa, għandu jiġi ppreparat rapport dwar l-ambjent li fih jiġu identifikati, deskritti u valutati l-effetti sinifikanti li x’aktarx ikun hemm fuq l-ambjent b’konsegwenza ta’ l-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm, u alternattivi raġjonevoli. Għal skop ta’ konsultazzjoni pubblika, l-abbozz tal-pjan jew tal-programm u r-rapport dwar l-ambjent għandhom ikunu mqiegħda, mill-awtorità responsabbli, għad-disposizzjoni tal-awtoritajiet nominati, tal-awtorità kompetenti u tal-pubbliku. Il-limitu ta’ żmien għal din il-konsultazzjoni m’għandux ikun iktar minn sittax-il ġimgħa mill-publikazzjoni tal-pjan jew programm u r-rapport dwar l-ambjent tiegħu. Huwa għalhekk li t- timelines tal-istudji huma varji u jiddependu mill-pjan jew programm konċernat u kif dan ikun qiegħed jiżviluppa. Filwaqt li huwa fl-interess ta’ l-entita li tħaffef kemm jista’ jkun il-proċess, il-fatt li l-istima ambjentali strateġika trid issir pari passu mat-tfassil tal-programm, dan jimplika li ma hemmx terminu fiss biex jiġi konkluż dan il-proċess. Li hu ċert huwa li pjan jew programm ma jistgħax jiġi adottat qabel dan il-proċess ma jkun konkluż kif mitlub fir-regolamenti.

Delimara — power station - rimi ta' skart tossiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid il-pjanijiet ta' kif skart tossiku se jkun dispost mill-power station ta' Delimara? Se jkun suġġett għal strategic environment assessment?

Response (DEMARCO, MARIO)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat għall-livell ta’ dettal mitlub, irrid niċċara li Strategic Environmental Assessment huwa applikabbli għal pjanijiet u programmi u mhux għal policies jew proġetti.

Informazzjoni dwar niċeċ u statwi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex informazzjoni kollha dwar niċeċ u statwi li għandna f'kull belt u raħal f'Malta

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra