Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022 il-Ministeru għat-Turiżmu ma kellu l-ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali u għaldaqstant m’hemm l-ebda Direttiva li hija pendenti.

Remunerazzjoni ta' Eks Membru Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7242 u jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Dr Gavin Gulia ġie maħtur Chairman tal-Bord tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2013. Sussegwentement, minħabba l-esperjenza tiegħu fis-settur, fl-2018 huwa ġie maħtur Executive Chairman tal-Awtorità u ngħata rwoli addizzjonali ta’ Chair tar-Regulatory Policy Committee, Chair tal-iSpecial Projects Committee, Chair tal-Isponsorships Committee, Chair tal-Arrears Review Committee u rappreżentant tal-MTA fuq l-Insolvency Fund Board b’pakkett finanzjarju ta’ €97,000. Il-perkaċċi huma dawk li għandu kull Chairman ta’ Awtorità Regolatorja.

Film Napoleon – Cash rebate

Question

Peress li f’Novembru li għadda parti mill-film Napoleon ġie miġbud f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-figura tal-cash rebate li hija stmata skont iċ-ċertifikat proviżorju li l-Kummissjoni Maltija tal-Films (MFC) ħarġet/tat lill-kumpanija li ħadmet il-film hawn Malta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Paceville Town Management

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Paceville Town Management għadux jiffunzjona? Jekk iva, min huma l-membri? Kemm-il darba ltaqgħu l-membri mit-twaqqif tiegħu sena b'sena? Min huwa ċ-Chairperson? X'inhuma t-termini ta’ referenza tiegħu/tagħha? Kemm sigħat huwa/hija irid/trid jagħmel/tagħmel u kemm qed jitħallas/titħallas?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – spezzjonijiet ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni ta’ infurzar saret mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid fejn saru dawn l-ispezzjonijiet, żona b’żona?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu u Awtorità Maltija għat-Turiżmu — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders illi ngħataw mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżm (MTA) matul is-sena 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – kuntratti tal-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt tal-kera daħlet fih l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) mill-2017 sal-lum, inkluż tiġdid tal-kera, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess kuntratt?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MTA għandha kuntratti tal-kera tas-segwenti postijiet: · Uffiċini fi Smart City, · l-Uffiċju tar-Rabat Għawdex, · Uffiċini fl-Imsida, · Stores tal-Imrieħel, · Warehouse f’Ħal Għaxaq, · Uffiċini f’ibliet barranin – Varsavja, Pariġi, Londra u Ruma, · Tourist Information Offices fl-Imdina, Valletta Cruise Port, MIA, Buġibba, Pjazza Tritoni, Birgu, Mellieħa, M’Xlokk u Mġarr Għawdex. Il-kuntratti huma kummerċjalment sensittivi u għaldaqstant ma jistgħux jingħataw.

MCC – kariga ta’ CEO

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7162, jista’ l-Ministru jgħid bħala medja kemm-il siegħa xogħol fil-ġimgħa ħadem is-CEO ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) sa mid-data tal-bidu tal-impjieg tiegħu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Kif kien spejgat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7162, ic-CEO m’għandux ħinijiet fissi u dawn ivarjaw skont l-esiġenzi tal-MCC. Minħabba n-natura tal-kariga, hija prassi illi l-Kap Eżekuttiv jaħdem siegħat li jmorru ferm lill’hinn minn dak stipulat fil-kuntratt, inkluż filgħaxijiet u weekends, u jżomm kuntatt mal-impjegati.

Kumpaniji Barranin – cash rebates

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il cash rebate ġie mħallas lil kumpaniji barranin u kemm tħallsu lil kumpaniji Maltin f’dawn l-aħħar tliet snin, ċjoè mis-sena 2021 s’issa? Jista’ jippreżenta lista ta’ liema huma dawn il-kumpaniji u kemm ħadu kull wieħed?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Cash Rebates – Studju dwar is-sostenibbiltà

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra studju dwar is-sostenibbiltà fit-tul tal-programm tal-cash rebate għas-snin li ġejjin? Kemm hu verament sostenibbli l-cash rebate?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

San Ġiljan – Triq Mikiel Anton Vassalli u Triq San Ġorġ – soft areas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għaż-żamma tas-soft areas li hemm fid-dħul għal Paceville ħdejn il-lights, li parti minnhom huma fi Triq Mikiel Anton Vassalli u parti oħra huma fi Triq San Ġorġ?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Żoni turistiċi – ħruġ ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan biex f’żoni turistiċi ma jsirx ħruġ ta’ skart barra mill-ħinijiet li suppost, fid-dawl li dan mhuwiex riklam tajjeb għall-isforzi li qegħdin isiru biex jinġieb it-turiżmu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, ninfurmah li min-naħa tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni, flimkien mal-awtoritajiet ikkonċernati, matul ix-xhur meqjusa li l-iktar li jkun hemm influss ta’ nies fiż-żoni turistiċi, ser ikun qed isir eżerċizzju ta’ infurzar sabiex isir monitoraġġ ta’ ħruġ ta’ skart skont l-iskeda nazzjonali.

Remunerazzjoni ta’ Eks Membri Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu — rapporti lill-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Jista' jgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministru għat-Turiżmu – laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġiżlatura ma kien hemm l-ebda laqgħat Informali Ministerjali dwar it-turiżmu u mhumiex ippjanati laqgħat informali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-turiżmu sal-aħħar tal-Presidenza Svediża.

Financial Incentives for the Audiovisual industry — għoti ta' inċentivi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896, 5647, 5844, 6251, 6478, 6774 u 6966 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministru għat-Turiżmu — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6203, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.

MCC – kariga ta’ CEO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta' xogħol tinvolvi l-kariga ta’ CEO ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC)?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għad-dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6560, ninfurmaha li r-rwol ta’ CEO m’għandux sigħat fissi. Ix-xogħol ta’ CEO jitkejjel fuq il-kwalità u l-prestazzjoni aktar milli fuq il-kwantità. Il-kisbiet li għamel is-CEO ta’ Dar il-Mediterran huma bla preċedent. Il-finanzi tal-MCC huma fuq sisien sodi wara li l-entità rreġistrat profitti operazzjonali rekord minkejja li għaddiet minn pandemija u saru investimenti massivi fil-propjetà b’medja ta’ €1.05m fis-sena għall-kuntrarju ta’ €190,000 fis-sena li kienu jiġu investiti mill-amministrazzjoni preċedenti bejn l-2008 u l-2012.