Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ir-Rabat, Malta - Triq Tat-Tabija - Traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan, u jekk le, jistgħux jiġu installati traffic lights biex ir-residenti li joqogħdu fi Triq Tat-Tabija, ir-Rabat, Malta, ikunu jistgħu jaqsmu b’mod sigur lejn Triq in-Normanni u l-kumplament tal-housing estate, kif ukoll biex ikunu jistgħu jinqdew mill-ħwienet tal-madwar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament hemm zebra crossing fi Triq it Tabija, u li kienet saret waqt ix xogħlijiet preċedenti minn Infrastructure Malta. Din il-crossing twasslek b’mod sigur lejn Triq in-Normanni u l-akwati.

Ir-Rabat, Malta - Triq Għajn Qajjet - Tibdil ta’ zebra crossing għal crossing bil-lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tinbidel iż-zebra crossing fi Triq Għajn Qajjet, ir-Rabat, Malta, fejn sar proġett ġdid tas-sistema tat-traffiku, għall-crossing bil-lights, sabiex tiżdied is-sigurtà fil-post?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ser issir spezzjoni fuq il-post sabiex din it-talba tiġi evalwata.

Swatar, Birkirkara - Triq il-Vittmi tal-Gwerra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Vittmi tal-Gwerra fis-Swatar, Birkirkara hijiex one-way? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex m’hemmx sinjali li jiggwidaw lis-sewwieqa? Jekk mhijiex one-way, jista’ jgħid għaliex, meta l-flow tat-traffiku huwa dejjem lejn in-naħa ta’ Triq l-Imsida?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta m’għandhiex records ta’ restrizzjoni fid-direzzjoni tat-traffiku fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra, Swatar, Birkirkara. Għaldaqstant, restrizzjonijiet ma jeżistux u t-triq hija two-way flow. Barra minn hekk, l-Awtorità m’għandiex talbiet mill-kunsill lokali sabiex tinbidel il-flow tat-traffiku f’din it-triq.

Ras Ħanżir - Moll ġdid - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet, inkluż dawk tekniċi u professjonali, saru s’issa fuq moll ġdid u xogħol ieħor f’Ras Ħanżir permezz ta’ Direct Order u għal kemm jammontaw? Jista’ jgħid ukoll għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interperlant f’Ras Ħanżir, minn meta ġie terminat il-kuntratt, baqa’ għaddej xogħol magħruf bħala Deep Soil Mining.  Għal dan ix-xogħol ġew inkarigati is-subcontractors oriġinali li diġa’ kienu għaddejjin b’dan ix-xogħol.  Id-Deep Soil Mining kompla sabiex il-proġett ma jkollux problemi ta’ deadlines mill-Unjoni Ewropea.  Dan ix-xogħol se jiġi eskuż mit-tender il-ġdid li x-xogħol fuqu ser jitħallas minn fondi Ewropej meta joħroġ it-tender minn Infrastructure Malta.

Site at Triq il-Moll tax-’Shipwrights’ c/w, Triq il-Bacir, Paola Description of works: The placing on land of plant required temporarily as per class 9 - in connection with PA 5917/22 and PA 8472/19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-applikazzjoni li saret minn Infrastructure Malta permezz ta’ DNO “Site at, Triq il-Moll tax-’Shipwrights’ c/w, Triq il-Baċir, Paola Description of works: The placing on land of plant required temporarily as per class 9 - in connection with PA 5917/22 and PA 8472/19”?  Jista’ jgħid ukoll ta’ min hi l-art fejn saret din l-applikazzjoni u jispjega fid-dettall għal xiex u minn min kienet qed tintuża f’dawn l-aħħar xhur u fil-preżent, u x’kera qed titħallas?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li dan is-sit kien qed jintuża bħala parti mill-proġetti ta’ Infrastructure Malta f’Ras Ħanżir u proġetti oħra.

Ħaż-Żabbar - Venda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex issir venda f’Ħaż-Żabbar? Jekk iva, jista’ jindika fejn?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rotta 90 għandha t-tluq tagħha minn Ħaż-Żabbar. Il-bidu ta’ din ir-rotta huwa mill-bus stop “Baruni”, li jinsab fi Triq is-Santwarju. Dan minbarra l-ewwel tliet vjaġġi ta’ filgħodu li jibdew mill-bus stop “Santwarju”.

Il-Fgura - Vjal il-Kottonera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser titlesta Vjal il-Kottoner fil-Fgura?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett ta’ Vjal Kottoner fil-Fgura qed isir f’fażijiet sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent għar-residenti, ħwienet u dawk kollha li jagħmlu użu minn din it-triq. Infurmat lix-xogħol hu previst li jkun lest f’nofs is-sena 2026.

Il-Fgura - Triq il-Karmnu - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru xi xogħlijiet biex titranġa Triq il-Karmnu l-Fgura, speċifikament in-naħa t’isfel lejn Triq Hompesch?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Karmnu l-Fgura għadhom mhux finalizzati kollha u għad irid isir l-ittestjar neċessarju.

San Ġiljan – Triq Ċensu Tabone u Triq il-Kbira – Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31119, fejn intqal li “bħalissa qed jiġu mgħoddija xi servizzi f’toroq oħrajn fl-istess l-akkwata u għaldaqstant qed issir kordinazzjoni kemm mal-kuntratturi kif ukoll mal-entitajiet ikkonċernati sabiex tiġi stabbilita data ta’ meta mbgħad jista’ jingħata l-asfalt fit-toroq kollha kkonċernati”, jista’ l-Ministru jgħid fejn huma dawn it-toroq fl-akkwata fid-dawl li ma hemm l-ebda xogħol fl-ebda triq viċin jew madwar Triq il-Kbira u Triq Ċensu Tabone?

Response (BONETT, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ xogħlijiet li qed isiru/iridu jsiru ġewwa San Ġiljan.  Il-pjan huwa li kif jitlestew ix-xogħlijiet neċessarji, it-toroq jingħataw l-asfaltar batch batch.

In-Naxxar u l-Iklin – Kostruzzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31280 u jagħti d-data ta’ meta ser tinfetaħ it-triq li hija proġettata li tgħaqqad in-naħa ta’ wara ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary u l-Maria Regina College Middle School, ma’ Triq Giorgio Locano, Ħal Lija? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ostakli biex din it-triq tinfetaħ u jekk iva, x’inhuma?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta lestiet il-kostruzzjoni tat-triq fuq talba tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Għaldaqstant nirreferih biex  jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Gżira - Triq D’Argens - Problema ta’ għargħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandha l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta biex tissolva darba għal dejjem il-problema ta’ għargħar ikkawżata mill-ilma tax-xita fi Triq D’Argens, il-Gżira?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed iħejji pjan għad-drenaġġ effettiv tal-ilma tax-xita minn Triq D’Argens sax-Xatt tal-Gżira.

Il-Fgura - Triq il-Karmnu - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien daħlu rapporti li Triq il-Karmnu l-Fgura, speċifikament in-naħa t’isfel lejn Triq Hompesch, għerqet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li Infrastructure Malta kellha rapport wieħed fejn sar ilment rigward ilmijiet f’din iż-żona.

Birżebbuġa - Promenade mill-Freeport sal-Bajja s-Sabiħa - Kontenituri tal-iskart

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi fejn hemm il-ħsieb li jitpoġġew il-kontenituri tal-iskart li jintużaw mill-istabbilimenti tal-ikel u xorb kummerċjali meta jitlesta l-embellishment tal-promenade mill-Freeport sal-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31346.

Birżebbuġa - Promenade mill-Qajjenza sal-Bajja s-Sabiħa - Kontenituri tal-iskart

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi fejn hemm il-ħsieb li jitpoġġew il-kontenituri tal-iskart li jintużaw mill-istabbilimenti tal-ikel u xorb kummerċjali meta jitlesta l-embellishment tal-promenade mill-Qajjenza sal-Bajja s-Sabiħa f'Birżebbuġa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se jsiru diskussjonijiet meħtieġa sabiex tittieħed l-aħjar deċiżjoni fl-interess tal-utenti ta’ dawn il-kontenituri.

Bormla - Pjazza Gavino Gulia - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30324, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress fix-xogħlijiet fi Pjazza Gavino Gulia, f’Bormla?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorveli Interpellant li wara testijiet li saru, ser tinħareġ sejħa għall-offerti biex issir it-tiswija neċessarja.