B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7933, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet ikkonċernati li qed jagħmel referenza għalihom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposti jiġu minn entitajiet bħalma huma l-Enemalta u service providers bħall-GO u l-Melita.
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Final Opinion on works carried out by Infrastructure Malta on the Marsa footbridge sent to Parliament” datat 8 ta’ Ottubru 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8555 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendation not implemented: Loading Bay and relative works order infringed both the Authority for Transport in Malta Act and the Development and Planning Act" datat 20 ta’ Diċembru 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tindika għal liema rakkomadazzjonijiet qed tirreferi.
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: complaint on car damages suffered due to sea water flooding at Birżebbuġa” datat 20 ta’ Diċembru 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestew it-toroq madwar il-Knisja tal-Gżira, ċjoè Triq Manoel De Vilhena u Triq Carlo Manchè?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta diġà temmet ix-xogħlijiet kollha previsti fi Triq Carlo Manche. Dawn ix-xogħlijiet tlestew fis-26 t'April 2022. Triq Carlo Manche ġiet mgħoddija lid-dipartiment tax-xogħlijiet biex jesegwixxi xogħlijiet ta' pavimentar minn April 2022. Fir-rigward ta’ Triq Manuel de Vilhena, Infrastructure Malta diġà temmet l-ewwel fażi ta' xogħlijiet sal-knisja u għaddiet din il-parti tas-sit lid-dipartiment tax-xogħlijiet, għax-xogħlijiet tal-pavimentar. Il-kuntrattur tal-aġenzija issa qed jara li jlesti l-fażi finali tax-xogħlijiet fi Triq Manuel de Vilhena, fin naħa ta’ fuq tas-sit, fi żmien ġimagħtejn. Din iż-żona mbagħad tiġi trasferita lid-dipartiment tax-xogħlijiet biex tkompli bix-xogħlijiet tal-pavimentar kif previst.
Jista' l-Ministru jgħid meta se titlesta t-triq tax-xatt tal-Imsida (isem proprju x-Xatt ta' Ta' Xbiex) peress li jidher li x-xogħol tas-servizzi huwa lest iżda t-triq għadha fi stat diżastruż bi trabijiet u ħofor?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8629 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma ingaġġa l-ebda fotografu, la full-time u lanqas part-time, matul il-2022. Madankollu, persuni fis-Segretarjat tiegħi, li jagħmlu xogħol relatat mal-komunikazzjoni, jieħdu wkoll ritratti skont kif meħtieġ.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8496, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid għaliex fl-applikazzjoni PA 03215/20 Transport Malta ma talbitx li jsir AADT report meta f’każi simili jsir? Jista’ jgħid ukoll għaliex Transport Malta ħarġet il-clearance u ma sabet l-ebda oġġezzjoni li jitneħħew ħames parkeġġi, inkluż parkeġġ għall-persuni b’diżabiltà?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni msemmija tinvolvi titjib ta’ faċilitajiet għall-istess użu diġà eżistenti fuq is-sit. Għaldaqstant mhux mistenni li għandu jkun hemm żieda fl-influss tat-traffiku minħabba dan l-iżvilupp. Fir-rigward tal-immaniġġar tat-traffifku, TM ma sabitx oġġezzjoni biex ikun hemm upgrading tal-pompa tal-petrol fi Triq it-Torri tas-Sliema u dan sakemm is-sinjali u t-tabelli kollha meħtieġa jsiru skont il-leġiżlazzjoni sussidjarja 65.05.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5694 u 8481 dwar Triq De Warsbergh, Gudja, jista’ l-Ministru jgħid kemm hi prevista l-ispiża għall-istess tiswijiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-ispiża prevista tax-xogħlijiet fuq Triq De Warsbergh hija ta’ Euro 93,034.47 (mingħajr VAT).
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsiiet parlamentari 5962 u 8482, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru l-arranġamenti u l-koordinazzjoni neċessarja sabiex ix-xogħlijiet fi Triq Kurvetti, f’Raħal Ġdid ma jdumux ma jsiru?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajna fit-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti, Infrastructure Malta qiegħda taħdem mall-Kunsilli Lokali u x-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalità rispettiva tagħhom.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender li kien ġie ppubblikat f'Marzu 2022 bin-numru SPD6/2022/009 – Tender for the Sand Replenishment Pilot Study Including the Construction of a Groyne at Southern Għadira Bay, Mellieħa – u jgħid jekk ix-xogħol mitlub minn dan it-tender sarx u jekk le, għaliex għadu ma sarx u meta hu maħsub li jsir u jitlesta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prijoritajiet inbidlu u għaldaqstant il-Gvern qed jiffoka fuq proġetti li huma kkunsidrati bħala aktar essenzjali u importanti f’dan il-mument partikolari.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5953, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx avvanz fil-pjani sabiex il-pavimentar tax-Xatt ta’ Wied-il-Għajn isir?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed taħdem fuq pjan għax-Xatt ta' Wied il-Għajn. Bħalissa qed isiru d-disinji preliminari. Jekk il-proġett jintlaqa' jkun jista' jiġi mwettaq fis-snin li ġejjin.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — impjegati ġodda f'Awtoritajiet u Entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8346 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ ħaddiema impjegati minn kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew impjegati 39 persuna li huma minn dawn il-lokalitajiet: Żurrieq (3), Mosta, Imtarfa (2), Rabat (4), Pembroke, Naxxar, Kalkara, Mellieħa, Marsa, Marsaskala, Siġġiewi (2), Tarxien (3), Sta Venera, B’Kara, Żebbuġ, Lija, Swatar, Fgura, Ħamrun, Imsida, Gżira, Baħrija, Swieqi, Dingli, Għargħur, Luqa, Pieta’, Marsaxlokk, Qala Għawdex u Xewkija.
Transport Malta – ħruġ ta’ number plates jibdew LY
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġet number plates Transport Malta li jibdew ‘LY’ mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Minn meta t-trasport pubbliku sar mingħajr ħlas, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm passiġġieri u jekk dawn kinux ċittadini Maltin jew inkella barranin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ottubru 2022, meta daħlet il-miżura tat transport publiku b’xejn għal kull min għandu it-Tal-linja Card personalizzata, u Marzu 2023, in-numru totali ta’ passenger trips li saru taħt din il-miżura kien ta’ 23,574,757. Infurmat ukoll li bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena kien hemm 181,873 passiġier li bbenefikaw minn din il-miżura. Dawn iċ-ċifri ma jinkludux lil dawk li ma jgawdux minn tali benefiċċju (inklużi barranin li jkunu qed iżuruna) u allura kellhom iħallsu n-noll tas-servizz biex għamlu u mis-servizz tat-trasport pubbliku Malti.
San Ġiljan – Spinola – xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8199, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet b’rabta mar-riġenerazzjoni tal-pjazza/ġnien ta’ Spinola?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta m’għandhiex xi żżid mal-informazzjoni li ngħatat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari preċedenti. Madanakollu, jekk jixtieq aktar tagħrif rigward ix-xogħlijiet fuq is-servizzi, għandu jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Birkirkara — Triq Monsinjur Emanuel Vella - responsabilità ta' manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli minn Triq Monsinjur Emanuel Vella, f'Birkirkara, ġaladarba din it-triq qed tisfronda u l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara qiegħed jabdika mir-responsabbiltajiet li jieħu f'idu dan il-każ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjoni kontinwa mal-Kunsilli Lokali sabiex isir pjan ta’ xogħol f’toroq residenzjali li se jkunu qed isiru f’kull lokalità, inkluż dik ta’ Birkirkara. Triq Mons. Emanuel Vella, Birkirkara hija waħda mit-toroq li tinsab fuq il-lista li ressaq il-Kunsill Lokali sabiex isir xogħol infrastrutturali fiha. Fl-istess waqt, sakemm din it-triq terġa’ tinbena mill-ġdid, peress li r-responsabbiltà tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-kunsilli lokali, dawn għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jdum għaddej ix-xogħol fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa fil-karreġġjata minn Ħaż-Żabbar lejn il-Fgura billi qiegħda tingħalaq arterja importanti għat-traffiku kuljum?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa fil-karreġġjata minn Ħaż-Żabbar lejn il-Fgura hu previst li jkun lest f’Awwissu ta’ din is-sena. Ta’ min jinnota li t-traffiku baqa’ għaddej b’mod ikkontrollat mis-south bound lanes.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7916 u jagħti rendikont ta' xi żvilupp sar dwar il-pjan li l-wires tad-dawl jgħaddu minn taħt l-art, u meta hi l-mira li l-wires kollha jkunu għaddew minn taħt l-art?
Response (FARRUGIA, AARON)
Infrastructure Malta twettaq il-proposti mressqa minn entitajiet varji fil-proġetti tagħha u taħdem mal-entitajiet kkonċernati f’dan ir-rigward u diversi proġetti li diġà twettqu inkorporaw din il-prassi skont il-proposti tal-entità kkonċernata.