Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12101, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — impjieg lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-persuna in kwestjoni qatt ma ngħatat impjieg taħt l-ebda forma u titlu, kemm fil-Ministeru, kif ukoll mal-entitajiet fid-dekasteru tiegħi.